LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 9/1 pp. 12-16
  • Ibqaʼ Wissi Dwar ix-Xogħol Mhux tas-Soltu taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Wissi Dwar ix-Xogħol Mhux tas-Soltu taʼ Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Is-​Sufan Wera li Hu Qasir Wisq”
  • L-​Egħmil Stramb taʼ Jehovah
  • Inwissu dwar l-​Att taʼ Jehovah
  • “Oħorġu Minnha”
  • “Fuqu l-​ispirtu taʼ Jehovah Irid Jissetillja”
  • Isaija Jbassar l-​‘Għemil Misterjuż’ taʼ Jehovah
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • Il-Kenn Tagħhom—Gidba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Id Jehovah Ma Qsaritx
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
  • Jehovah Jumilja lill-​Kburin
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 9/1 pp. 12-16

Ibqaʼ Wissi Dwar ix-​Xogħol Mhux tas-​Soltu taʼ Jehovah

“Jehovah se jqum sewwa sew bħal fil-​Muntanja Perażim, hu se jkun aġitat sewwa sew bħal fil-​pjanura baxxa qrib Gibeon’.”−ISAIJA 28:21.

1, 2. Jehovah liema xogħol mhux tas-​soltu wettaq għan-​nom tal-​poplu Tiegħu fi żmien David?

EGĦMIL stramb! Xogħol mill-​iktar mhux tas-​soltu! Dak hu li Jehovah wettaq għan-​nom tal-​poplu tiegħu fi żminijiet tal-​qedem lura fis-​seklu 11 Q.E.K. U dan l-​egħmil stramb kien mudell għal xogħol saħansitra iktar mhux tas-​soltu li hu wasal biex iwettaq fil-​futur qarib. X’kien dak l-​egħmil li sar fil-​qedem? Malajr wara li David ġie maħtur bħala sultan f’Ġerusalemm, il-​ġirien Filistej fetħu attakk, u dan kien dak li ta bidu għall-​egħmil stramb taʼ Jehovah. L-​ewwel, il-​Filistej bdew jattakkaw fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refaim. David staqsa lil Jehovah x’għandu jagħmel u ngħatatlu l-​istruzzjoni biex imur fuq l-​offensiva. Billi obda l-​kelma taʼ Jehovah, David għeleb b’mod sod lill-​armata setgħana tal-​Filistej f’Baal-perażim. Imma l-​Filistej ma ammettewx it-​telfa. Malajr huma ġew lura biex ifarrku u jkissru ftit ieħor fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refaim, u għal darb’oħra David fittex id-​direzzjoni taʼ Jehovah.

2 Din id-​darba ntqallu biex imur fuq wara tal-​Filistej bit-​truppi tiegħu. Qal Jehovah: “Meta tismaʼ l-​ħoss taʼ immarċjar fil-​quċċati tal-​mixtliet, f’dak il-​ħin aġixxi b’deċiżjoni, għaliex f’dak il-​ħin Jehovah se jkun ħareġ qablek biex jolqot lill-​kamp tal-​Filistej.” U hekk ġara. David stenna sakemm Jehovah ipproduċa l-​ħoss taʼ immarċjar fil-​quċċata tal-​mixtliet—forsi permezz taʼ xi riħ qawwi. Minnufih, David u t-​truppi tiegħu qabtu ’l barra minfejn kienu qed jistaħbew u attakkaw lill-​Filistej mifxulin, billi għelbuhom b’qatla kbira. L-​idoli reliġjużi li l-​Filistej ħallewhom mitluqin fuq il-​kamp tal-​battalja ġew miġburin flimkien u meqrudin.—2 Samwel 5:17-25; 1 Kronaki 14:8-17.

3. L-​egħmil stramb taʼ Jehovah għala kien taʼ interess għal-​Lhud taʼ żmien Isaija, u għala għandu jkun taʼ interess għall-​Kristjaneżmu llum?

3 Dan kien xogħol mhux tas-​soltu, għemil stramb, imwettaq minn Jehovah kontra l-​Filistej u għan-​nom tas-​sultan midluk tiegħu. Dan l-​egħmil tal-​għaġeb huwa taʼ interess partikulari għaliex il-​profeta Isaija wissa li Jehovah kellu jagħmel xi ħaġa daqstant stramba u qawwija kontra s-​sakranazzi spiritwali taʼ Ġuda. B’hekk, il-​mexxejja reliġjużi mhux leali taʼ żmien Isaija kellhom bżonn jieħdu nota. Il-​Kristjaneżmu llum ukoll għandu jieħu nota għaliex dak li ġara lil Ġuda kien mudell għad-​destin eventwali tal-​Kristjaneżmu.

“Is-​Sufan Wera li Hu Qasir Wisq”

4, 5. (a) Isaija kif jagħti stampa grafika tas-​sitwazzjoni skomda tal-​mexxejja reliġjużi taʼ żmienu? (b) Liema ħaġa tikkaġuna nuqqas taʼ kumdità għall-​Kristjaneżmu llum?

4 L-​ewwel, Isaija espona l-​fatt li t-​trattati li fihom fdaw dawk is-​sakranazzi spiritwali tal-​qedem kienu qerq, gidba. Imbagħad hu wera b’mod grafiku s-​sitwazzjoni skomda ferm taʼ dawk li kienu qed jittamaw f’dik il-​gidba. Hu qal: “Is-​sufan wera li hu qasir wisq biex wieħed jimtedd fuqu, u l-​liżar minsuġ innifsu hewa dejjaq wisq meta wieħed jitgeżwer fih.” (Isaija 28:20) Kulmin jimtedd fuq sodda li hi qasira wisq se jsib li saqajh joħorġu ’l barra fil-​kesħa. Mill-​banda l-​oħra, jekk jitkebbeb biex ipatti għall-​qosor tas-​sodda, il-​liżar jew il-​kutra jsiru dojoq wisq u ħafna minn ġismu xorta jibqaʼ mikxuf. Jagħmel x’jagħmel, xi parti minnu tibqaʼ barra fil-​kesħa.

5 Dik kienet is-​sitwazzjoni, b’mod simboliku, taʼ dawk fi żmien Isaija li poġġew il-​fiduċja tagħhom fil-​kenn taʼ gidba. U hija wkoll is-​sitwazzjoni skomda taʼ dawk illum li jpoġġu l-​fiduċja tagħhom fil-​kenn taʼ gidba tal-​Kristjaneżmu. Qegħdin barra fil-​kesħa, bħal li kieku. Dan mhux iż-​żmien biex wieħed ifittex faraġ ġewwa l-​arranġamenti dinjin għal paċi u sigurtà. Taħt id-​dell taʼ atti taʼ ġudizzju li ġejjin minn Alla, alleanzi maʼ ħakkiema politiċi ma se jipprovdu ebda faraġ kordjali għall-​Kristjaneżmu.

L-​Egħmil Stramb taʼ Jehovah

6. Jehovah kif kien se jaġixxi kontra Ġuda, u kif se jaġixxi kontra l-​Kristjaneżmu?

6 Wara li ddeskriva b’mod grafiku s-​sitwazzjoni skomda taʼ Ġerusalemm mhix leali taʼ żmienu—u tal-​Kristjaneżmu mhux leali tal-​lum—Isaija ssokta jgħid: “Jehovah se jqum sewwa sew bħal fil-​Muntanja Perażim, hu se jkun aġitat sewwa sew bħal fil-​pjanura baxxa qrib Gibeon, biex ikun jistaʼ jagħmel l-​għemil tiegħu—l-​għemil tiegħu huwa stramb—u biex ikun jistaʼ jaħdem ix-​xogħol tiegħu—ix-​xogħol tiegħu huwa mhux tas-​soltu.” (Isaija 28:21) Iva, wissa Isaija, Jehovah dalwaqt se jqum bħalma għamel f’Baal-perażim. Imma din id-​darba hu kellu jaġixxi kontra l-​poplu mhux leali tiegħu, u dan kellu jagħmlu bħal dulluvju rreżistibbli taʼ ilma li joħroġ minn ġo toqba f’diga mmermra. Il-​patt taʼ Ġerusalemm mal-​mewt kellu jiġi muri li hu fieragħ u vojt. Bl-​istess mod, Jehovah se jaġixxi fil-​futur qarib kontra l-​Kristjaneżmu, u dan se jsib li l-​ftehimiet kollha tiegħu li jsakkru u li għamel maʼ din id-​dinja ma jfissru xejn. L-​organizzazzjoni vasta kollha tiegħu se tiġi mkissra u dawk li jappoġġjawh se jiġu mferrxin ’l hawn u ’l hinn. L-​allat foloz tiegħu se jiġu maħruqin għalkollox.

7. Il-​għanijiet taʼ Jehovah rigward Ġuda għala kienu msemmijin ‘strambi’ u “mhux tas-​soltu”?

7 L-​att taʼ Jehovah kontra Ġerusalemm Isaija għala jsejjaħlu xogħol stramb u mhux tas-​soltu? Sewwa, Ġerusalemm kienet il-​post tal-​qima taʼ Jehovah u l-​belt tas-​sultan midluk taʼ Jehovah. (Salm 132:11-18) Bħala tali, hi qatt ma kienet ġiet meqruda qabel. It-​tempju tagħha qatt ma kien ġie maħruq. Id-​dar irjali taʼ David, li darba kienet stabbilita f’Ġerusalemm, qatt ma kienet ġiet megħluba. Affarijiet bħal dawn ma kinux igħaddu minn moħħ dak li jkun. Kien ferm mhux tas-​soltu li Jehovah kellu jikkontempla li jħalli affarijiet bħal dawn jiġru.

8. Jehovah liema twissija ta dwar l-​att tiegħu mhux tas-​soltu li ġej?

8 Imma Jehovah ta twissija ġusta permezz tal-​profeti tiegħu li ġrajjiet li jkexkxu kienu se jseħħu. (Mikea 3:9-12) Per eżempju, il-​profeta Ħabakkuk, li kien igħix fis-​sebaʼ seklu Q.E.K., qal: “Araw, fost il-​ġnus, u ħarsu, u stagħġbu lejn xulxin. Kunu mbellhin; għax hemm attività li wieħed qed iwettaq fil-​jiem tagħkom, li intom mhux se temmnuha għalkemm irrakkontata. Għax hawn jien qed inqajjem lill-​Kaldin, il-​ġens aħrax u bla konsiderazzjoni, li sejjer lejn il-​postijiet miftuħin beraħ tal-​art sabiex jieħu pussess taʼ residenzi li ma jappartjenux lilu. Taʼ twerwir u li jqanqal il-​biżaʼ huwa.”−Ħabakkuk 1:5-7.

9. Jehovah b’liema mod wettaq it-​twissija tiegħu kontra Ġerusalemm?

9 Fis-​sena 607 Q.E.K., Jehovah wettaq it-​twissija tiegħu. Wara li kien ippermetta lill-​armati Babilonjani jiġu kontra Ġerusalemm hu ħalliehom jeqirdu kemm lill-​belt u kemm lit-​tempju. (Biki taʼ Ġeremija 2:7-9) Barra minn hekk, hu ppermetta li Ġerusalemm tiġi meqruda għat-​tieni darba. Għala? Sewwa, wara 70 sena taʼ eżilju, Lhud li nidmu marru lura lejn arthom, u eventwalment tempju ieħor ġie mibni f’Ġerusalemm. Għal darb’oħra, iżda, il-​Lhud bil-​mod il-​mod telquh lil Jehovah. Fl-​ewwel seklu E.K., Pawlu kkwota l-​kliem taʼ Ħabakkuk lil-​Lhud taʼ żmienu, u b’hekk wera li din il-​profezija kellha jkollha applikazzjoni futura. (Atti 13:40, 41) Ġesù nnifsu kien wissa b’mod speċifiku li Ġerusalemm u t-​tempju tagħha kellhom jiġu meqrudin minħabba nuqqas taʼ fidi min-​naħa tal-​Lħud. (Mattew 23:37–24:2) Taw kas dawk il-​Lhud tal-​ewwel seklu? Le. Bħal missirijiethom tal-​qedem, huma rrifjutaw totalment it-​twissija taʼ Jehovah. B’hekk, Jehovah irrepeta x-​xogħol stramb tiegħu. Ġerusalemm u t-​tempju tagħha kienu meqrudin fis-​sena 70 E.K. permezz tal-​leġjuni Rumani.

10. Jehovah kif se jaġixxi kontra l-​Kristjaneżmu fil-​futur viċin?

10 Għala, allura, għandu xi ħadd jaħseb li Jehovah mhux se jagħmel xi ħaġa simili fi żmienna stess? Il-​fatt hu, hu se jwettaq l-​iskop tiegħu għalkemm jidher stramb u mhux tas-​soltu għal dawk li jiddubitaw. Din id-​darba l-​mira tal-​azzjoni tiegħu se tkun il-​Kristjaneżmu, li, bħal Ġuda tal-​qedem, igħid li jqim lil Alla imma sar korrott għal-​kollox. Permezz taʼ David Akbar tiegħu, Kristu Ġesù, Jehovah se jiġi fuq il-​“Filistej” tal-​Kristjaneżmu f’siegħa mhix mistennija minnhom. Hu se jwettaq ix-​xogħol mhux tas-​soltu tiegħu sal-​punt taʼ li jeqred għal-​kollox l-​aħħar ħjiel tas-​sistemi reliġjużi tal-​Kristjaneżmu.—Mattew 13:36-43; 2 Tessalonkin 1:6-10.

Inwissu dwar l-​Att taʼ Jehovah

11, 12. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif wissew dwar il-​ġudizzji li ġejjin taʼ Jehovah?

11 Għal ħafna snin ix-​Xhieda taʼ Jehovah wissew dwar dan l-​att taʼ ġudizzju li ġej taʼ Jehovah. Huma wrew li l-​qerda taʼ Ġerusalemm u tat-​tempju tagħha fis-​sena 607 Q.E.K. u jerġaʼ fis-​sena 70 E.K. kienu twissijiet profetiċi taʼ dak li se jiġrilu l-​Kristjaneżmu. Barra minn hekk, huma wrew li l-​Kristjaneżmu, minħabba fl-​apostasija tiegħu, sar parti mill-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, Babilonja l-​Kbira. Minħabba f’dan, il-​ġudizzji t’Alla fuq Babilonja l-​Kbira se jkunu mmirati b’mod speċjali lejn il-​Kristjaneżmu, ladarba huwa l-​parti li l-​iktar għandha ħtija taʼ dik il-​korporazzjoni satanika.—Rivelazzjoni 19:1-3.

12 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ippuntaw subgħajhom lejn it-​twissija profetika tal-​Bibbja li fiż-​żmien mistenni taʼ Jehovah, in-​namrati politiċi taʼ Babilonja l-​Kbira se jduru għaliha. Billi jissimbolizza lil dawn bħala l-​għaxart iqran taʼ bhima selvaġġa lewn l-​iskarlat, Rivelazzjoni jwissi: “L-​għaxart iqran li int rajt, u l-​bhima selvaġġa, dawn se jobogħdu lill-​mara żienja [Babilonja l-​Kbira] u se jagħmluha ħerba u għarwiena, u se jieklu l-​partijiet imlaħħma tagħha u se jaħarquha għalkollox bin-​nar.” (Rivelazzjoni 17:16) Il-​Kristjaneżmu reliġjuż se jiġi maħruq u meqrud flimkien mar-​reliġjonijiet foloz l-​oħra kollha. Dan se jkun il-​għemil stramb taʼ Jehovah, ix-​xogħol mhux tas-​soltu tiegħu għal żmienna.

13. Ir-​reazzjonijiet għat-​twissijiet taʼ Jehovah il-​lum kif kienu simili għal dak li ħabbat wiċċu miegħu Isaija?

13 Meta x-​Xhieda taʼ Jehovah iwissu dwar din il-​katastrofi li ġejja, huma spiss jiltaqgħu maʼ nies li jiddiehqu bihom u jwaqqgħuhom għaċ-​ċajt. Xi nies jistaqsu min jaħsbu li huma biex igħidu affarijiet bħal dawn. Il-​Kristjaneżmu jidher tant stabbli, tant stabbilit sewwa. Heqq, xi wħud iħossu li l-​pożizzjoni tiegħu qiegħda saħansitra titjieb. Xi gvernijiet li kienu jaħqruħ dan l-​aħħar ippermettewlu libertà akbar taʼ azzjoni! Fil-​fatt, iżda, il-​Kristjaneżmu għandu jagħti kas il-​parir taʼ Isaija: “Turux li intom minn dawk li jwaqqgħu għaċ-​ċajt, sabiex l-​irbit tagħkom ma jitilgħux b’saħħithom, għax hemm qerda, saħansitra xi ħaġa li ttieħdet deċiżjoni dwarha, li smajt dwarha mingħand il-​Mulej Sovran, Jehovah tal-​armati, għall-​art kollha.”−Isaija 28:22; 2 Pietru 3:3,4.

14. L-​irbit tal-​Kristjaneżmu kif se jsir iktar b’saħħtu u iktar issikkat?

14 Fil-​biċċa l-​kbira, il-​Kristjaneżmu se jkompli jkun antagonist lejn is-​Sultan u s-​Saltna. (2 Tessalonkin 2:3,4,8) Fl-​istess waqt, madankollu, l-​irbit tiegħu se jsiru iktar b’saħħithom u iktar kompatti. Fi kliem ieħor, il-​qerda tiegħu se ssir iktar u iktar ċerta. Jehovah mhux se jdur lura mid-​deċiżjoni tiegħu li l-​Kristjaneżmu jiġi meqrud bħalma ma darx lura mid-​deċiżjoni tiegħu li jippermetti l-​qerda taʼ Ġerusalemm u tat-​tempju tagħha fis-​sena 607 Q.E.K.

“Oħorġu Minnha”

15. Liema triq taʼ ħarba hi miftuħa għal individwi taʼ qalbhom sewwa?

15 Kif jistaʼ xi ħadd jaħrab mid-​destin tal-​Kristjaneżmu? Lura fi żmien Iżrael, Jehovah bagħat profeti leali biex isejjaħ lura lil dawk taʼ qalb tajba lejn il-​qima pura. Illum, hu rawwem lix-​Xhieda tiegħu, li issa jgħoddu bil-​miljuni, għal skop simili. Huma jesponu bla biżaʼ l-​qagħda mejta spiritwalment tal-​Kristjaneżmu. F’li jagħmlu hekk, huma jidwu fedelment it-​tħabbiriet bħal kastig tad-​daqq tat-​trumbetta tal-​anġli taʼ Rivelazzjoni kapitli 8 u 9. Barra minn hekk, huma ppubblikaw bil-​għaqal it-​twissija miktuba f’​Rivelazzjoni 18:4: “oħorġu minnha, poplu tiegħi, . . . jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha.” Il-​kelma “tagħha” rreferuta hawn hija Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, li l-​membru taʼ quddiemnett tagħha huwa l-​Kristjaneżmu.

16. Miljuni sħaħ b’liema mod ħarbu mir-​reliġjon falza?

16 Mill-​1919 ’il hawn, u b’mod partikulari mis-​sena 1922 ’il hawn, folla li dejjem tikber taʼ wħud ġwejdin, billi wieġbu għal dik it-​twissija, abbandunaw lil Babilonja l-​Kbira. L-​ewwel eluf, imbagħad mijiet taʼ eluf, u issa miljuni sseparaw ruħhom mir-​reliġjon falza, b’mod partikulari mill-​Krlstjaneżmu, u ħarbu lejn il-​qima pura. (Isaija 2:2-4) Huma jafu li biss billi b’hekk jitilqu minn Babilonja l-​Kbira jistgħu huma ma jbatux il-​kastigi tagħha, li se jilħqu l-​quċċata fil-​qerda tagħha meta jiġi ż-​żmien biex ix-​xogħol mhux tas-​soltu taʼ Jehovah jiġi mwettaq.

17, 18. Jehovah kif sar kuruna taʼ tiżjin u girlanda taʼ ġmiel għall-​poplu tiegħu?

17 Il-​profeta Isaija jiddeskrivi s-​sitwazzjoni hienja taʼ dawk li jieħdu l-​waqfa tagħhom favur il-​qima pura. Hu jgħid: “F’dak il-​jum Jehovah tal-​armati se jsir bħal kuruna taʼ tiżjin u bħal girlanda taʼ ġmiel għal dawk li jibqaʼ mill-​poplu tiegħu, u bħal spirtu taʼ ġustizzja għal dak bil-​qiegħda fil-​ġudizzju, u bħal setgħa għal dawk li qed iwarrbu l-​battalja mix-​xatba.”−Isaija 28:​5,6.

18 Minħabba l-​lealtà tagħhom lejn il-​verita, Jehovah huwa l-​kuruna tal-​glorja li ma tmutx għall-​membri tal-​klassi tal-​irsir fidil u diskret. Dan kien veru speċjalment mill-​1926 ’il hawn. F’dik is-​sena l-​ħarga taʼ The Watch Tower tal-​1 taʼ Jannar enfasizzat il-​ħtieġa vitali li wieħed jigglorifika l-​isem taʼ Jehovah f’artiklu li jqanqal bl-​isem taʼ “Who Will Honor Jehovah?” (“Min Se Jonora lil Jehovah?”) Minn dak in-​nhar ’il hawn, Kristjani midlukin ippubblikaw dak l-​isem mad-​dinja kollha bħal qatt qabel. Fl-​1931 huma saru identifikati saħansitra iktar mill-​qrib maʼ Jehovah billi aċċettaw l-​isem Xhieda taʼ Jehovah. Barra minn hekk, folla kbira taʼ ngħaġ oħra wkoll ħarġet mill-​Kristjaneżmu u mill-​bqija taʼ Babilonja l-​Kbira. Dawn ukoll ħaddnu l-​isem t’Alla. X’kien ir-​riżultat? Jehovah innifsu—minflok xi indipendenza nazzjonali temporanja—sar kuruna taʼ tiżjin u girlanda taʼ ġmiel għal iktar minn erbaʼ miljuni nies f’xi 212-il art u gżira tal-​baħar. X’unur għandhom dawn li jġorru l-​isem tal-​uniku Alla veru u ħaj!—Rivelazzjoni 7:3, 4, 9,10; 15:4.

“Fuqu l-​ispirtu taʼ Jehovah Irid Jissetillja”

19. Min hu dak li qiegħed bil-​qiegħda f’ġudizzju u Jehovah kif sar spirtu taʼ ġustizzja għalih?

19 Għal Ġesù, “dak bil-​qiegħda fil-​ġudizzju,” Jehovah sar “spirtu taʼ ġustizzja.” Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu rrifjuta li jiġi megħlub mill-​ispirtu li jsakkar tal-​alleanzi dinjin. Illum, bħala s-​Sultan imqiegħed fuq it-​tron taʼ Jehovah, huwa mimli spirtu qaddis, u dan jidderiġih f’li jieħu deċiżjonijiet ibbilanċjati u ċari. F’Ġesù ġiet imwettqa l-​profezija: “Fuqu l-​ispirtu taʼ Jehovah irid jissetillja, l-​ispirtu taʼ għerf u taʼ fehma, l-​ispirtu taʼ parir u taʼ setgħa, l-​ispirtu taʼ għarfien u tal-​biżaʼ taʼ Jehovah.” (Isaija 11:2) Verament, permezz taʼ Ġesù, Jehovah se “jagħmel lill-​ġustizzja l-​linja taʼ kejl u lit-​tjieba l-​istrument taʼ livellar.” (Isaija 28:17) Waqt li għedewwa li huma fis-​sakra spiritwalment se jiġu megħlubin fil-​qerda, ġustizzja se ssir fuq l-​isem qaddis u s-​sovranità universali taʼ Jehovah.

20, 21. Il-​kliem taʼ Isaija 28:1-22 b’liema mod jeffettwak?

20 X’tifsir tal-​għaġeb, allura, għandha għalina llum din il-​profezija taʼ Isaija kapitlu 28! Jekk noqogħdu ’l bogħod mis-​sakranazzi spiritwali tal-​Kristjaneżmu u naqbdu qabda soda mal-​qima pura, aħna se nkunu protetti meta Jehovah jagħmel l-​egħmil stramb tiegħu u x-​xogħol mhux tas-​soltu tiegħu. Kemm aħna ferħanin li nafu dan! U kemm aħna henjin li nirriflettu li meta dawn l-​affarijiet iseħħu, kulħadd se jiġi mġiegħel ikun jaf li Jehovah tal-​armati aġixxa għan-​nom tal-​poplu leali tiegħu u għall-​ivvindikar tiegħu stess b’Ġesù Kristu!—Salm 83:17,18.

21 Mela jalla l-​Kristjani ġenwini kollha jkomplu bla biżaʼ jwissu dwar l-​egħmil stramb taʼ Jehovah. Ħallihom jippersistu f’li jitkellmu dwar ix-​xogħol mhux tas-​soltu tiegħu. Waqt li jagħmlu dan, ħallihom ixandru lil kulħadd li t-​tama soda tagħna qiegħda fis-​Saltna t’Alla taħt is-​Sultan tiegħu mqiegħed fuq it-​tron. Jalla ż-​żelu, id-​determinazzjoni, u l-​lealtà tagħhom jikkontribwixxu lejn it-​tifħir taʼ dejjem taʼ Alla tagħna li jistaʼ kollox, Jehovah.—Salm 146:1, 2,10.

Tistaʼ Tiftakar?

◻ Il-​Kristjaneżmu għala qiegħed f’sitwazzjoni skomda?

◻ Jehovah liema skop kellu għal Ġerusalemm, u dan għala kien “stramb” u “mhux tas-​soltu”?

◻ Ix-​Xhieda taʼ Jehovah liema twissija ppubblikaw rigward il-​Kristjaneżmu, u liema reazzjoni sabu maʼ wiċċhom?

◻ In-​nies kif jistgħu jaħarbu mid-​destin tal-​Kristjaneżmu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja