LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 12/15 pp. 3-5
  • It-Talb taʼ Min Jiġi Mwieġeb?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Talb taʼ Min Jiġi Mwieġeb?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Prova li Alla Jwieġeb it-​Talb
  • Għala xi Talb Ma Jiġix Imwieġeb
  • Ġesù “Kien Mismugħ b’Favur”
  • Kif Jehovah Iwieġeb Talb Illum
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ġeħova Kif Iwieġeb it-Talb Tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Introduzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • It-Talb Taʼ Min Jinstemaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 12/15 pp. 3-5

It-​Talb taʼ Min Jiġi Mwieġeb?

JEHOVAH huwa dak Alla li jwieġeb it-​talb. Fil-​fatt, il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, issejjaħlu “Semmiegħ it-​talb.” (Salm 65:2) Hu lest li jwieġeb it-​talb. Imma attwalment it-​talb taʼ min iwieġeb hu?

Alla jwieġeb it-​talb taʼ individwi li qed jogħġbu lilu. Huma għandhom l-​attitudni reverenzjali tas-​salmista li qal: “Bħall-​għażżiela li tixxennaq għan-​nixxigħat tal-​ilma, hekk l-​istess ruħi tixxennaq għalik, O Alla. Ruħi tabilħaqq hi għatxana għal Alla, għal Alla l-​ħaj.” (Salm 42:1, 2) Iżda, x’evidenza hemm li tagħti prova li Jehovah iwieġeb it-​talb tal-​veri adoraturi tiegħu?

Prova li Alla Jwieġeb it-​Talb

Il Bibbja fiha rekord estensiv li jagħti prova li Jehovah iwieġeb it-​talb tal-​qaddejja leali tiegħu. Per eżempju, meta s-​Sultan Ġeħosafat taʼ Ġuda talab għal ħelsien, Alla wieġeb it-​talba tiegħu u taħ rebħa billi kkaġuna lill-​egħdewwa tiegħu biex jodorbu sew lil xulxin. (2 Kronaki 20:1-26) Meta s-​Sultan Ħeżekija b’mod simili ffaċċja forza militari formidabbli, hu bl-​umiltà kollha talab lil Alla għall-​għajnuna. Ħeżekija ra s-​salvazzjoni taʼ Jehovah meta anġlu qatel 185,000 Assirjan f’lejl wieħed.—Isaija 37:14-20, 36-38.

Alla għala wieġeb dak it-​talb? Fiż-​żewġ każi, is-​slaten talbu bil-​ħniena illi jekk tintilef il-​battalja kien se jirrifletti ħażin fuq l-​isem taʼ Jehovah. (2 Kronaki 20:6-9; Isaija 37:17-20) Huma kienu kkonċernati dwar ir-​reputazzjoni tiegħu.“L-​oġġettiv prinċipali tat-​talb,” tgħid The International Standard Bible Encyclopedia “m’huwiex sempliċement il-​ġid taʼ min jagħmel il-​petizzjoni imma l-​unur tal-​isem t’Alla.” Għalhekk, qaddejja leali taʼ Jehovah jistgħu jkunu żguri li hu se jgħinhom “minħabba f’ismu.” Ir-​rekord li jagħti prova li talb bħal dan ġie mwieġeb iġiegħel lill-​poplu t’Alla jkun kunfidenti li hu jismaʼ t-​talb tagħhom.—Salm 91:14, 15; 106:8; Proverbji 18:10.

Saħansitra jekk sitwazzjoni tinvolvi lill-​isem taʼ Jehovah, madankollu, Alla jiddeċiedi jekk iweġibx ċertu talb jew le. Hu jistaʼ jkollu raġunijiet validi għala ma jweġibx xi talb. Jekk aħna nħossu li t-​talb tagħna m’huwiex qed jiġi mismugħ, huwa tajjeb li nikkunsidraw għala dan hu hekk.

Għala xi Talb Ma Jiġix Imwieġeb

“Saħansitra għalkemm tagħmlu ħafna talb m’iniex qed nagħti widen,” Jehovah darba qal lill-​Iżraeliti. Billi wera x’kienet ir-​raġuni, hu kompla: “B’tixrid taʼ demm idejkom stess saru mimlijin.” (Isaija 1:15) Kif jistaʼ jkun li xi ħadd jinjora l-​liġi taʼ Jehovah u sadattant ikollu udjenza miegħu? Proverbju Bibliku jagħti tweġiba ċara, billi jgħid: “Dak li qed idawwar widintu biex ma jismax il-​liġi—saħansitra t-​talba tiegħu hi xi ħaġa mistmerra.”−Proverbji 28:9.

Il-Bibbja tagħti raġuni oħra għala xi talb ma jiġix mismugħ, meta tgħid: “Intom tassew titolbu, u madankollu ma taqilgħux, għaliex qed titolbu għal skop ħażin, biex tistgħu tonfqu[h] għax-​xenqat tagħkom għal pjaċir senswali.” (Ġakbu 4:3) Le, Jehovah mhux se jwieġeb talb biex jiġu ssodisfati xewqat ħżiena. Irridu niftakru wkoll li Alla m’huwiex jieħu l-​ordnijiet mingħand il-​bnedmin, biex ingħidu hekk. Huwa l-​Wieħed li jiddeċiedi kif se jwieġeb it-​talb tagħna.

Talb li żgur jiġi mwieġeb huwa talb li jasal għand Alla minn qalb nadifa, b’mottiv xieraq, u bil-​mod maħtur minnu—permezz taʼ Ġesù Kristu. (Ġwann 14:6, 14) Imma saħansitra dawk li t-​talb tagħhom jilħaq dawn il-​ħtiġijiet xi kultant ħassew li m’humiex qed jiġu mismugħin. Alla għala ma jweġibx ċertu talb tal-​qaddejja tiegħu immedjatament?

Jehovah jaf meta hu l-​aħjar żmien biex iwieġeb it-​talb. Għalkemm tifel jitlob rota, missieru jistaʼ ma jakkwistalux waħda sakemm it-​tifel ikun kiber biżżejjed biex jirkibha mingħajr periklu. L-​istess jistaʼ jiġri bit-​talb taʼ dawk li jħobbu lil Alla. Billi jaf x’inhu l-​aħjar għalihom, hu jagħti dak li hu meħtieġ fl-​iktar żmien favorevoli.

Iżda, il-​qaddejja taʼ Jehovah ma jirċevux dak kollu li forsi jitolbu għalih. Billi huma imperfetti, huma forsi jixtiequ xi affarijiet li ma jkunux tajbin għalihom. Il-​Missier tas-​sema tagħhom mimli mħabba m’huwiex se jagħtihom xi ħaġa li hi taʼ ħsara, għax hu Dak li Jagħti “kull għotja tajba u kull rigal perfett.” (Ġakbu 1:17) Bl-​istess mod, Alla jistaʼ ma jagħtix xi ħaġa li m’hijiex bżonnjuża skond l-​opinjoni tiegħu. (Qabbel 2 Korintin 12:7-10. ) Hu jwieġeb it-​talb fi qbil mar-​rieda u l-​għan tiegħu għall-​poplu tiegħu.—1 Ġwann 5:14,15.

Ġesù “Kien Mismugħ b’Favur”

Ġesù Kristu kien bniedem li jħobb jitlob. (Mattew 6:9-13; Ġwann 17:1-26) Hu kien kunfidenti għalkollox li Missieru tas-​sema kien se jismaʼ u jwieġeb it-​talb tiegħu. Ġesù darba qal: “Missier . . . kont naf li int dejjem tismagħni.” (Ġwann 11. 41, 42) Imma ma kienx iddiżappuntat Ġesù eżattament fit-​tmiem tal-​ħajja tiegħu fuq l-​art? Ma għajjatx dak in-​nhar: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni?”−Mattew 27:46.

Meta Ġesù qal dawk il-​kelmiet, evidentement kien qed iwettaq profezija li kienet tikkonċerna l-​mewt tiegħu. (Salm 22:1) F’sens ikkwalifikat, Ġesù setaʼ wkoll ifisser li Jehovah kien neħħa l-​protezzjoni tiegħu u ħalla lil Ibnu jmut mewta kiefra u taʼ mistħija sabiex jittestja l-​integrità tiegħu sal-​limitu. Eżami tal-​ġrajjiet taʼ dak l-​aħħar jum tal-​ħajja fuq l-​art taʼ Ġesù juri li Alla samaʼ t-​talb tiegħu.

Fil-lejl tal-​arrest tiegħu, Ġesù talab fil-​ġnien taʼ Ġetsemani. Tliet darbiet hu talab bil-​ħniena: “Missieri, jekk inhu possibbli, ħalli dan il-​kies iwarrab minni.” (Mattew 26:39, 42, 44) Ġesù ma ħasibhiex darbtejn biex jagħti ħajtu bħala rahan għall-​bnedmin li jemmnu. Le, imma hu milli jidher kien ikkonċernat b’mod profond dwar il-​possibiltà li jiddiżonora lil Missieru li tant kien iħobb billi jmut fuq zokk tat-​tortura bħala midgħi misħut. Jehovah semagħha t-​talba taʼ Ġesù?

Snin wara l-​appostlu Pawlu kiteb: “Fil-​jiem tal-​laħam tiegħu Kristu offra tħannin u wkoll petizzjonijiet lil dak li setaʼ jsalvah mill-​mewt, b’għajjat qawwi u dmugħ, u kien mismugħ b’favur minħabba l-​biżaʼ tiegħu minn Alla.” (Ebrej 5:7; Luqa 22:42, 44) Iva, fil-​jum agonizzanti taʼ qabel il-​mewt tiegħu, Ġesù “kien mismugħ b’favur.” Imma kif?

Jehovah bagħat anġlu li “deher [lil Ġesù] u saħħu.” (Luqa 22:43) Billi ġie msaħħaħ b’dan il-​mod, Ġesù kien kapaċi jiffaċċja l-​mewt fuq iz-​zokk tat-​tortura. Milli jidher, Jehovah imbagħad assigurah li l-​mewt tiegħu fuq iz-​zokk ma kinetx se ġġib tmaqdir fuq l-​isem divin imma kellha eventwalment tkun hi l-​ħaġa li kellha tiġi wżata biex tqaddsu. Tabilħaqq, il-​mewt taʼ Ġesù fuq iz-​zokk tat-​tortura fetħet it-​triq għal-​Lhud li kienu misħutin taħt il-​Liġi, biex jiġu salvati mill-​kundanna għall-​mewt.—Galatin 3:11-13.

Tlett ijiem wara, Jehovah irxoxta lil Ġesù u ħelsu minn kwalunkwe akkuża taʼ dagħa billi għollieh għal pożizzjoni superjuri fis-​sema. (Filippin 2:7-11) X’mod meraviljuż biex iwieġeb it-​talba taʼ Ġesù rigward “dan il-​kies”! Dik it-​talba ġiet imwieġba bil-​mod taʼ Jehovah. U Ġesù ġarrab barkiet tal-​għaġeb minħabba li hu qal lil Missieru tas-​sema: “Ħa sseħħ, mhux ir-​rieda tiegħi, imma tiegħek.”−Luqa 22:42.

Kif Jehovah Iwieġeb Talb Illum

Bħal Ġesù, dawk li qed ifittxu li jogħġbu lil Jehovah illum għandhom dejjem jitolbu biex tintgħamel ir-​rieda t’Alla. Jinħtieġ li jkollhom il-​fidi li Jehovah se jwieġeb it-​talb tagħhom b’mod li se jibbenefikahom l-​iktar. Fil-​fatt, hu se ‘jagħmel iktar bil-​kotra mill-​affarijiet kollha li huma jitolbu jew jaħsbu.’—Efesin 3:20.

Żagħżugħa Kristjana li kienet tgħix mal-​ġenituri tagħha li ma kinux jemmnu esperjenzat il-​verità taʼ dik l-​iskrittura. F’ittra mill-​Watch Tower Society, hi ġiet mitluba biex tikkunsidra bit-​talb il-​possibiltà li taċċetta nkarigu missjunarju speċjali. Għalkemm ix-​xewqa fil-​fond taʼ qalbha kienet li tibqaʼ d-​dar biex tgħin lill-​ġenituri tagħha biex isiru Kristjani, hi talbet lil Alla f’talba: “X’inhi r-​rieda tiegħek? Hija li naċċetta din l-​istedina minkejja l-​oppożizzjoni tal-​ġenituri tiegħi, jew hija li ngħin lill-​ġenituri tiegħi billi nkompli ngħix magħhom?” Kull darba li kienet titlob, il-​kuxjenza tagħha kienet tgħidilha biex taċċetta l-​istedina. Hi ddeċidiet li din kienet it-​tweġiba mingħand Jehovah.

Alla saħħaħ lil din il-​mara biex iżżomm sħiħ mad-​deċiżjoni tagħha. Meta hi ġiet mitluba biex tmur lejn il-​Gzira taʼ Awaji, fil-​Ġappun, il-​genituri tagħha kienu xxukkjati u żiedu l-​persekuzzjoni tagħhom. Madankollu, billi ma setgħetx tikkonvinċiha biex tbiddel il-​ħsieb tagħha, ommha ddeċidiet li tistudja l-​Bibbja sempliċement biex tara għala bintha għamlet deċiżjoni bħal din. Tliet xħur wara l-​ġenituri tagħha żaruha. Hekk kif raw kemm kienu ħadu ħsiebha Xhieda oħrajn taʼ Jehovah, missierha kien impressjonat ħafna u beka meta ħadd ma setaʼ jarah. Wara ftit żmien hu wkoll beda jistudja l-​Bibbja. Maż-​żmien iż-​żewġ ġenituri taʼ din iż-​żagħżugħa tgħammdu u bdew jaqdu lil Jehovah fedelment. Ma berikhiex Alla Jehovah lil din il-​mara Kristjana b’mod abbundanti ferm?

Jekk tħoss li t-​talb tiegħek mhux qed jiġi mwieġeb, staqsi lilek innifsek: ‘Għandi jien relazzjoni persunali maʼ Jehovah, “Semmiegħ it-​talb”? Jekk le, qiegħed jien nieħu passi biex nitgħallem dwaru u nsir wieħed mill-​qaddejja ddedikati tiegħu?’ Hu jwieġeb it-​talb taʼ dawk li jħobbuh u jagħmlu r-​rieda tiegħu. Huma “jipperseveraw fit-​talb” u qed jiġu mismugħin b’mod favorevoli, bħal Ġesù. (Rumani 12:12) Mela, “ferraʼ qalbek” lil Jehovah u agħmel ir-​rieda tiegħu. (Salm 62:8) Imbagħad it-​talb tiegħek jiġi mismugħ.

Illum, miljuni taʼ nies qed jitolbu għal xi ħaġa speċjali. Iva, u t-​talb tagħhom qed jiġi mismugħ. Ejjew naraw għala nistgħu nkunu żguri li talb bħal dan se jiġi mwieġeb.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja