LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 5/1 p. 3
  • Oqgħod Attent Minn Profeti Foloz!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Oqgħod Attent Minn Profeti Foloz!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’ifisser li Tipprofetizza
  • “Uliedkom subien u bniet jipprofetizzaw”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • X’inhi profezija?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ħu Bħala Xempju l-Profeti t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Profeti Foloz Illum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 5/1 p. 3

Oqgħod Attent Minn Profeti Foloz!

KOPPJA Brażiljana kienu diġà daħlu jorqdu meta semgħu xi ħallelin deħlin f’darhom. Il-​koppja mwerwrin irnexxielhom jaħarbu mit-​tieqa tal-​kamra tas-​sodda u ċemplu lill-​pulizija. Imma wara l-​mara kienet tant maħsuda bl-​esperjenza li ma setgħetx torqod id-​dar u kellha tmur għand ommha.

Kulmin kellu d-​dar tiegħu misruqa jew lil min serquh b’xi mod jew ieħor se jissimpatizza magħha. Esperjenza bħal din tistaʼ titliflek il-​kuraġġ, u, sfortunatament, iktar u iktar nies qed isofru b’dan il-​mod. Hemm, madankollu, forma taʼ serq, li għandu bil-​wisq iktar konsegwenzi serji.

X’inhi din il-​forma iktar serja taʼ serq, u min huma l-​ħallelin? Ġesù Kristu tana xi tagħrif dwarha, meta, waqt li tkellem dwar żmienna, hu qal: “Ħafna profeti foloz se jqumu u jiżżvijaw lil ħafna.” (Mattew 24:11) Il-​profeti foloz huma ħallelin. B’liema mod? X’qed jisirqu? Is-​serq tagħhom huwa marbut mal-​ipprofetizzar tagħhom. Mela sabiex nifhmu l-​kwistjoni sewwa, għandna bżonn l-​ewwel li nkunu nafu l-​ipprofetizzar x’inhu skond il-​Bibbja.

X’ifisser li Tipprofetizza

Meta taħseb dwar l-​ipprofetizzar, forsi l-​ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok hi t-​tbassir tal-​futur. Dan kien tabilħaqq aspett tax-​xogħol tal-​profeti t’Alla tal-​qedem, imma ma kienx ix-​xogħol primarju tagħhom. Per eżempju, meta f’viżjoni l-​profeta Eżekjel intqallu biex “jipprofetizza lir-​riħ,” hu sempliċement kellu joħroġ kmand mingħand Alla. (Eżekjel 37:9, 10) Meta Ġesù kien għaddej ġuri quddiem il-​qassisin, beżqulu u tawh bil-​ħarta, u l-​persekuturi tiegħu biex iwaqqgħuh għaċ-​ċajt qalu: “Ipprofetizzalna, int Kristu. Min laqtek?” Huma ma bdewx jitolbu lil Ġesù biex ibassar il-​futur. Kienu qed jisfidawh biex jidentifika bil-​qawwa t’Alla lil dawk li kienu sawtuh.—Mattew 26:67, 68.

Fil-fatt, il-​ħsieb prinċipali li nsibu fil-​lingwa oriġinali tal-​Bibbja tal-​kelmiet tradotti “tipprofetizza” jew “profezija” huwa bażikament li tgħid il-​moħħ t’Alla fuq xi kwistjoni jew, kif ipoġġieha l-​ktieb tal-​Atti, li tgħid “l-​affarijiet manjifiċi t’Alla.” (Atti 2:11) Huwa f’dan is-​sens li ħafna nies qed jiġu misruqin minn profeti foloz.

Min, iżda, huma l-​profeti foloz, u x’qed jisirqu? Biex inwieġbu din il-​mistoqsija, ejjew inħarsu lura lejn l-​istorja tal-​ġens taʼ Iżrael fi żmien Ġeremija.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja