LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 5/15 pp. 12-16
  • Se Twieġeb Int Għall-Imħabba taʼ Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Twieġeb Int Għall-Imħabba taʼ Ġesù?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Rispons Xieraq għall-​Imħabba taʼ Ġesù
  • Dak li Ġesù Jridna Nagħmlu
  • Segwi l-​Eżempju taʼ Ġesù
  • Imħarrġin biex Nagħtu Xiehda bir-Reqqa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Għalkemm Ma Rajtuhx, Intom Tħobbuh”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Imita lil Ġesù—Għallem bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • ‘Nagħrfu l-imħabba ta’ Kristu’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 5/15 pp. 12-16

Se Twieġeb Int Għall-​Imħabba taʼ Ġesù?

“L-​imħabba li l-​Kristu għandu ġġigħelna.”—2 KORINTIN 5:14.

1. L-​imħabba taʼ Ġesù kif tistaʼ tiġi deskritta?

VERAMENT, kemm hi meraviljuża l-​imħabba taʼ Ġesù! Meta nqisu kemm sofra b’mod li ma tistax tid-deskrivih hekk kif ipprovda r-​rahan, li bih biss nistgħu niksbu l-​ħajja taʼ dejjem, żgur li qlubna jitqanqlu b’apprezzament lejh! Alla Jehovah u Ġesù nnifsu ħadu l-​inizjattiva. Huma ħabbewna l-​ewwel, waqt li aħna konna għadna midinbin. (Rumani 5:6-8; 1 Ġwann 4:9-11) Li tkun taf “l-​imħabba tal-​Kristu,” kiteb l-​appostlu Pawlu, ‘jisboq il-​għarfien.’ (Efesin 3:19) Tabilħaqq, l-​imħabba taʼ Ġesù titlaʼ ferm ’il fuq mill-​għarfien akkademiku tar-​ras. Tmur lil hinn minn kwalunkwe ħaġa li qatt raw jew ġarrbu l-​bnedmin.

2. X’ma jistax iżomm lil Ġesù milli jħobbna?

2 Meta kiteb lill-​Kristjani f’Ruma, Pawlu staqsa: “Min se jifridna mill-​imħabba tal-​Kristu? Tribulazzjoni jew niket jew persekuzzjoni jew ġuħ jew għera jew periklu jew sejf?” Ebda ħaġa minn dawn ma tistaʼ żżomm lil Ġesù milli jħobbna. “Jien konvint,” ikompli Pawlu, “li la l-​mewt u la l-​ħajja u la l-​anġli u la l-​gvernijiet u la affarijiet issa hawn u la affarijiet li għandhom jiġu u la qawwiet u la għoli u la fond u lanqas kull ħolqien ieħor ma se jkun kapaċi jifridna mill-​imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna.”−Rumani 8:35-39.

3. Liema hi l-​unika ħaġa li tistaʼ ġġiegħel lil Ġesù u lil Missieru jitilquna?

3 L-​imħabba taʼ Alla Jehovah u taʼ Ġesù għalik hi daqshekk qawwija. Hemm ħaġa waħda biss li tistaʼ żżommhom milli jħobbuk,u dan ikun jekk inti tiċħad minn rajk l-​imħabba tagħhom billi tirrifjuta li tagħmel dak li jitolbu minnek. Wieħed profeta t’Alla darba spjega lil wieħed sultan Ġudean: “Jehovah miegħek sakemm int turi li inti miegħu; u jekk int tfittex għalih, hu se jħalli lilu nnifsu jinstab minnek, imma jekk int titilqu hu se jitlaq lilek.” (2 Kronaki 15:2) Min minna qatt se jkun jixtieq li jabbanduna ħbieb tal-​għaġeb u li jagħdru bħal Alla Jehovah u Ibnu, Ġesù Kristu?

Rispons Xieraq għall-​Imħabba taʼ Ġesù

4, 5. (a) L-​imħabba taʼ Ġesù għalina kif għandha teffettwa r-​relazzjonijiet tagħna maʼ bnedmin sħabna? (b) Lil min iktar għandna nkunu mqanqlin biex inħobbu minħabba l-​imħabba taʼ Ġesù għalina?

4 Int kif inti personalment effettwat mill-​imħabba bla tarf taʼ Ġesù? Kif għandek tkun? Sewwa, Ġesù wera kif it-​turija tiegħu taʼ mħabba għandha teffettwa r-​relazzjonijiet tagħna maʼ bnedmin sħabna. Wara li b’mod umli qeda lill-​appostli tiegħu billi ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal: “Qigħedtilkom ix-​xempju, biex, sewwa sew bħalma għamiltilkom jien, intom għandkom tagħmlu wkoll.” Hu żied: “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien, li intom ukoll thobbu lil xulxin.” (Ġwann 13:15, 34) Id-​dixxipli tiegħu tgħallmu, u ġew imqanqlin biex jippruvaw jagħmlu kif għamel hu. “B’dan sirna nafu l-​imħabba,” kiteb l-​appostlu Ġwanni, “għaliex dak ċeda ruħu għalina; u aħna qegħdin taħt obbligu li nċedu lil erwieħna għal ħutna.”−1 Ġwann 3:16.

5 Iżda, aħna nitilfu l-​għan tal-​ħajja u l-​ministeru taʼ Ġesù jekk niġu mqanqlin mill-​eżempju tiegħu sempliċement biex inħobbu u naqdu l-​interessi taʼ bnedmin sħabna. M’għandhiex l-​imħabba taʼ Ġesù għalina ġġagħalna wkoll inħobbu lilu bħala tpattija u speċjalment inħobbu lil Missieru, li għallmu dak kollu li jaf? Se twieġeb int għall-​imħabba taʼ Kristu u taqdi lil Missieru kif għamel hu?—Efesin 5:1, 2; 1 Pietru 1:8, 9.

6. L-​appostlu Pawlu kif kien effettwat mill-​imħabba taʼ Ġesù lejh?

6 Ikkunsidra l-​każ taʼ Sawlu, li iktar tard sar magħruf bħala Pawlu. Darba hu kien jippersegwita lil Ġesù, billi kien “nifsu kollu theddid u qtil kontra d-​dixxipli.” (Atti 9:1-5; Mattew 25:37-40) Meta Pawlu tassew sar jaf lil Ġesù, hu tant kien grat talli rċieva maħfra li mhux talli kien lest li jsofri minħabba Ġesù imma talli kien lest ukoll li jmut għalih. “Jien imsammar maʼ zokk flimkien maʼ Kristu,” hu kiteb. “M’huwiex iktar jien li ngħix . . . Tabilħaqq, il-​ħajja li issa ngħix fil-​laħam ingħixha bil-​fidi li hi lejn l-​Iben t’Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu f’idejn ħaddieħor għalija.”−Galatin 2:20.

7. L-​imħabba taʼ Ġesù x’għandha ġġigħelna nagħmlu?

7 X’forza li tqanqal fil-​ħaijiet tagħna għandha tkun l-​imħabba li Ġesù għandu għalina! “L-​imħabba li l-​Kristu għandu ġġigħelna,” kiteb Pawlu lill-​Korintin,‘biex ingħixu mhux iktar għalina nfusna, imma għal dak li miet għalina u ġie mqajjem.’ (2 Korintin 5:14, 15) Tabilħaqq, gratitudni lejn Ġesù talli ta ħajtu għalina għandha tqanqalna biex nagħmlu dak kollu li hu jitlob minna. B’dan il-​mod biss nistgħu aħna nagħtu prova li verament inħobbuh. “Jekk tħobbuni, se tosservaw il-​kmandamenti tiegħi,” qal Ġesù. “Dak li għandu l-​kmandamenti tiegħi u josservahom, dak hu li jħobbni.”−Ġwann 14:15, 21; qabbel 1 Ġwann 2:3-5.

8. L-​imħabba taʼ Ġesù kif effettwat il-​ħajjiet taʼ ħafna wħud li żballjaw?

8 Malli tgħallmu l-​kmandamenti taʼ Ġesù nies żienja, adulteri, omosesswali, ħallelin, sakranazzi, u ħattafin f’Korintu tal-​qedem wieġbu għall-​imħabba taʼ Ġesù billi waqfu minn dawk il-​prattiċi. Pawlu kiteb dwarhom: “Intom ġejtu mnaddfin, . . . intom ġejtu ddikjarati twajbin f’isem il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.” (1 Korintin 6:9-11) Bl-​istess mod, l-​imħabba taʼ Ġesù ġiegħlet lil ħafna llum biex jagħmlu bidliet tal-​għaġeb fil-​ħajjiet tagħhom. “It-​trijonfi veri tal-​Kristjanità kienu jidhru f’li tagħmel nies tajbin minn dawk li kienu jipprofessaw id-​duttrini tagħha,” kiteb il-​kittieb tal-​istorja John Lord. “Għandna xiehda għall-​ħajjiet bla ħtija tagħhom, għall-​morali bla tmaqdir tagħhom, għaċ-​ċittadinanza tajba tagħhom, u għall-​grazzji Kristjani tagħhom.” X’differenza għamel it-​tagħlim taʼ Ġesù!

9. X’inhu involut f’li wieħed jismaʼ lil Ġesù?

9 Żgur li ebda studju taʼ iktar importanza ma jistaʼ jsir minn persuna llum minn dak tal-​ħajja u l-​ministeru taʼ Ġesù Kristu. “Ħarsu fissi lejn . . . Ġesù,” ħeġġeġ l-​appostlu Pawlu. “Tabilħaqq, ikkunsidraw mill-​qrib lil [dak] il-​wieħed.” (Ebrej 12:2, 3) Waqt it-​trasfigurazzjoni taʼ Ġesù, Alla nnifsu kkmanda rigward Ibnu: “Isimgħu minnu.” (Mattew 17:5) Għandu jiġi enfasizzat, iżda, illi li tismaʼ minn Ġesù jinkludi iktar minn sempliċi li tismaʼ x’għid. Ifisser li tagħti kas l-​istruzzjonijiet tiegħu, iva, li tikkopja lilu billi tagħmel dak li għamel hu bil-​mod li għamlu hu. Inwieġbu għall-​imħabba taʼ Ġesù billi nadottaw lilu bħala l-​mudell tagħna, billi nsegwu mill-​qrib fil-​passi tiegħu.

Dak li Ġesù Jridna Nagħmlu

10. Ġesù lil min ħarreġ u għal liema skop?

10 Il-​ħatra taʼ Ġesù mingħand Alla kienet biex jippriedka dwar is-​Saltna taʼ Missieru, u hu ħarreġ lis-​segwaċi tiegħu biex jagħmlu l-​istess xogħol. “Ejjew immorru x’imkien ieħor,” hu qal lill-​ewwel dixxipli, “biex inkun nistaʼ nippriedka hemm ukoll, għax huwa għal dan il-​għan li jien ħriġt.” (Mark 1:38; Luqa 4:43) Iktar tard, wara li ħarreġ b’mod estensiv lit-​12-il appostlu, Ġesù taħom l-​istruzzjoni: “Intom u sejrin, ippridkaw, tgħidu,‘Is-​saltna tas-​smewwiet qorbot.”ˈ (Mattew 10:7) Xi xhur iktar tard, wara li ħarreġ lil 70 oħrajn, hu bagħathom‘il quddiem bil-​kmand: “Ibqgħu għidulhom,‘Is-​saltna t’Alla qorbot lejkom.’” (Luqa 10:9) Jidher ċar li Ġesù jrid lis-​segwaċi tiegħu jkunu predikaturi u għalliema.

11. (a) Id-​dixxipli taʼ Ġesù b’liema mod kienu se jagħmlu xogħlijiet akbar milli għamel hu? (b) Xi ġralhom id-​dixxipli wara li Ġesù ġie maqtul?

11 Ġesù kompla jħarreġ lid-​dixxipli tiegħu għal dan ix-​xogħol. Matul l-​aħħar lejla qabel mewtu, hu nkuraġġiehom bil-​kelmiet: “Dak li jeżerċita fidi fija, dak ukoll se jagħmel ix-​xogħlijiet li nagħmel jien; u se jagħmel xogħlijiet akbar minn dawn.” (Ġwann 14:12) Ix-​xogħlijiet tas-​segwaċi tiegħu kellhom ikunu akbar minn tiegħu għaliex fil-​ministeru tagħhom kellhom jilħqu ferm iktar nies fuq medda taʼ art ferm akbar u għal tul iktar taʼ żmien. Xorta waħda, wara li Ġesù ġie maqtul, id-​dixxipli tiegħu nħakmu mill-​biżaʼ.

Marru jistaħbew u ma wettqux ix-​xogħol li hu kien ħarriġhom biex jagħmlu. Xi wħud saħansitra reġgħu lura lejn in-​negozju tas-​sajd. Madankollu, b’mod li ma setgħux jinsewh, hu impressjona fuq dawn is-​sebgħa x’ried lilhom, kif ukoll lis-​segwaċi kollha tiegħu, biex jagħmlu.

12. (a) Ġesù liema miraklu wettaq ħdejn il-​Baħar tal-​Galilija? (b) B’mod evidenti, Ġesù x’ried ifisser meta staqsa lil Pietru jekk kienx iħobb Lilu “iktar minn dawn”?

12 Ġesù mmaterjalizza ġisem uman u deher fil-​Baħar tal-​Galilija. Is-​sebaʼ appostli kienu ħarġu bid-​dgħajsa imma ma kienu qabdu ebda ħut il-​lejl kollu. Ġesù għajjat minn fuq ix-​xatt: “Itfgħu x-​xibka fuq innaħa tal-​lemin tad-​dgħajsa u se ssibu xi ftit.” Meta x-​xibka b’mod mirakoluż imtliet bil-​ħut sal-​punt li kienet se tixpakka, dawk li kienu fid-​dgħajsa rrealizzaw li dak li kien hemm fuq ix-​xatt kien Ġesù, u għagglu lejn fejn kien qed jistenna hu. Wara li taħom il-​kolazzjon taʼ fil-​għodu, Ġesù, billi x’taktarx ħares lejn il-​qabda kbira ħafna taʼ ħut, staqsa lil Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int iktar minn dawn?” (Ġwann 21:1-15) Ġesù bla dubju ried ifisser, Miġbud iktar int lejn in-​negozju tas-​sajd milli lejn ix-​xogħol tal-​ippridkar li jien ippreparajtkom biex tagħmlu?

13. Ġesù kif impressjona b’mod qawwi fuq is-​segwaċi tiegħu l-​mod kif għandhom iwieġbu għall-​imħabba tiegħu?

13 Pietru rrisponda: “Iva, Mulej, int taf li għandi ġibda lejk.” Ġesù wieġeb: “Itmaʼ l-​ħrief tiegħi.” Għat-​tieni darba Ġesù staqsa: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” Għal darb’oħra Pietru rrisponda, bla dubju b’konvinzjoni iktar qawwija: “Iva, Mulej, int taf li jien għandi ġibda lejk.” Għal darb’oħra Ġesù kkmanda: “Irgħa n-​ngħaġ ċkejknin tiegħi.” Għat-​tielet darba Ġesù staqsa: “Xmun bin Ġwanni, għandek int ġibda lejja?” Issa Pietru kien tassew imnikket. Ftit jiem biss qabel, hu kien ċaħad għal tliet darbiet li kien jaf lil Ġesù, u għalhekk setaʼ jitħasseb jekk Ġesù ddubitax il-​lealtà tiegħu. Għalhekk, għat-​tielet darba, Pietru wieġeb, x’aktarx b’ton imqanqal: “Mulej, inti taf l-​affarijiet kollha; inti taf li jien miġbud lejk.” Ġesù sempliċement wieġeb: “Itmaʼ n-​ngħaġ ċkejknin tiegħi.” (Ġwann 21:15-17) Jistaʼ jkun hemm xi dubju dwar dak li Ġesù ried lil Pietru u lill-​imseħbin tiegħu jagħmlu? B’liema mod qawwi hu wera lilhom—kif ukoll lil dawk kollha li jridu jkunu dixxipli tiegħu llum—li jekk iħobbuh, se jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ li jagħmlu dixxipli!

14. F’okkażjonijiet oħrajn, Ġesù kif wera l-​mod kif id-​dixxipli tiegħu għandhom iwieġbu għall-​imħabba tiegħu?

14 Xi ftit jiem wara dik il-​konversazzjoni fuq xatt il-​baħar, Ġesù deher fuq muntanja fil-​Galilija u struwixxa lil konvenzjoni hienja taʼ madwar 500 segwaċi: “Morru għalhekk u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, . . . billi tgħallmuhom josservaw l-​affarijiet kollha li kkmandajtkom.” (Mattew 28:19, 20; 1 Korintin 15:6) Aħseb ftit dwar dan! Irġiel, nisa, u tfal ilkoll irċevew dan l-​istess inkarigu. Jerġaʼ iktar tard, preċiż qabel ma telaʼ fis-​sema, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Se tkunu xhieda tiegħi . . . sal-​iktar parti ’l bogħod tal-​art.” (Atti 1:8) Wara dawn it-​twissijiet kollha, mhux taʼ b’xejn li Pietru snin wara, qal: “[Ġesù] ordnalna biex nippridkaw lin-​nies u biex nagħtu xiehda bir-​reqqa.”−Atti 10:42.

15. Dwar liema ħaġa ma jistaʼ jkun hemm ebda dubju?

15 Ma jistaʼ jkun hemm ebda dubju dwar kif aħna għandna nwieġbu għall-​imħabba taʼ Ġesù. Bħalma qal lill-​appostli tiegħu: “Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi, se tibqgħu fl-​imħabba tiegħi . . . Intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li qed nikkmandakom.” (Ġwann 15:10-14) Il-​mistoqsija hi, Se turi int apprezzament lejn l-​imħabba taʼ Ġesù billi tobdi l-​kmand tiegħu biex tieħu seħem fix-​xogħol taʼ li tagħmel dixxipli? Veru, dan jistaʼ ma jkunx faċli għalik għal diversi raġunijiet. Imma ma kienx faċli għal Ġesù lanqas. Ikkunsidra l-​bidliet li kienu nvoluti għalih.

Segwi l-​Eżempju taʼ Ġesù

16. Ġesù pprovda liema eżempju meraviljuż?

16 L-​Iben uniġenitu t’Alla gawda pozizzjoni pre-eminenti taʼ glorja tas-​sema superjuri għall-​anġli kollha. Kien tabilħaqq għani! Madankollu minn rajh battal lilu nnifsu, twieled bħala membru taʼ familja fqira, u kiber imdawwar minn bnedmin morda li jmutu. Hu għamel dan għalina, bħalma spjega l-​appostlu Pawlu: “Intom tafu l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li għalkemm kien għani sar fqir minħabba fikom, biex intom tistgħu ssiru għonja permezz tal-​faqar tiegħu.” (2 Korintin 8:9; Filippin 2:5-8) X’eżempju! X’turija taʼ mħabba! Ħadd ma ta iktar jew sofra iktar għan-​nom taʼ oħrajn. U ħadd ma għamilha possibbli għal oħrajn biex igawdu rikkezzi akbar, iva, ħajja taʼ dejjem fil-​perfezzjoni!

17. Liema korsa hi mqiegħda quddiemna, u x’se jkun ir-​riżultat taʼ li nsegwuha?

17 Aħna nistgħu nsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù u nkunu taʼ benefiċċju bħal dan għal oħrajn. B’mod ripetut, Ġesù ħeġġeġ lin-​nies biex isiru segwaċi tiegħu. (Mark 2:14; Luqa 9:59; 18:22) Fil-​fatt, Pietru kiteb: “Għal din il-​korsa intom kontu msejħin, għaliex saħansitra Kristu bata għalikom, billi ħallielkom mudell għalikom biex issegwu l-​passi tiegħu mill-​qrib.” (1 Pietru 2:21) Se twieġeb int għall-​imħabba taʼ Kristu sal-​punt li ssofri sabiex taqdi lil Missieru bħalma għamel hu? Kemm tistaʼ tkun taʼ benefiċċju għal oħrajn korsa bħal din! Tabilħaqq, billi ssegwi l-​eżempju taʼ Ġesù, billi tapplika bis-​sħiħ it-​tagħlim li hu rċieva mingħand Missieru, “int se ssalva kemm lilek innifsek u kemm lil dawk li jisimgħuk.”−1 Timotew 4:16.

18. (a) Ġesù liema eżempju ta rigward l-​attitudni tiegħu lejn in-​nies? (b) In-​nies kif wieġbu għall-​personalità taʼ Ġesù?

18 Biex ingħinu lin-​nies bl-​almu tagħna, aħna rridu wkoll inħossu dwarhom kif ħassu Ġesù. Profezija qalet dwaru: “Hu se jiddispjaċih għall-​wieħed baxx u għall-​wieħed fqir.” (Salm 72:13) Is-​segwaċi tiegħu setgħu jinnotaw li Ġesù “ħass imħabba” lejn dawk li tkellem magħhom u li hu verament ried li jgħinhom. (Mark 1:40-42; 10:21) “Malli ra l-​folol,” tgħid il-​Bibbja, “tħassarhom, għaliex kienu mqaxxrin u mitfugħin ’il hawn u ’l hemm bħal ngħaġ mingħajr ragħaj.” (Mattew 9:36) Saħansitra dawk li kienu jidinbu bil-​kbir ħassew l-​imħabba tiegħu u kienu jinġibdu lejh. Bit-​ton taʼ leħnu, bl-​imġieba tajba tiegħu, u bil-​manjiera taʼ kif kien igħallem, huma kienu jħossuhom komdi. Bħala riżultat, saħansitra kolletturi tat-​taxxa u nisa żienja mistmerrin kienu jfittxuh.—Mattew 9:9-13; Luqa 7:36-38; 19:1-10.

19. Pawlu kif imita lil Ġesù, u x’se jkun ir-​riżultat jekk aħna nagħmlu l-​istess?

19 Id-​dixxipli taʼ Ġesù tal-​ewwel seklu kkopjaw l-​eżempju taʼ mħabba tiegħu. Pawlu kiteb lil xi wħud li lilhom imministra: “Sirna ġentili f’nofskom, bħal meta omm li trabbi tgħożż lit-​tfal tagħha stess . . . Bħalma missier jagħmel lil uliedu, aħna bqajna nħeġġu lil kull wieħed minnkom, u nikkonslaw u nagħtu xiehda lilkom.” (1 Tessalonkin 2:7-11) Tħoss int l-​istess tħassib ġenwin għal dawk fit-​territorju tiegħek li ġenituri li jħobbu jħossu għat-​tfal maħbubin tagħhom? Li turi tħassib bħal dan fit-​ton taʼ leħnek, fl-​espressjoni taʼ wiċċek, u fl-​aġir tiegħek se jagħmel lill-​messaġġ tas-​Saltna attraenti għal uħud bħal ngħaġ.

20, 21. Liema huma xi eżempji moderni taʼ persuni li segwew l-​eżempju taʼ mħabba taʼ Ġesù?

20 Jum kiesaħ fi Spanja, żewġ Xhieda ltaqgħu maʼ mara anzjana bil-​krozzi li d-​dar tagħha kienet kiesħa silġ għaliex in-​nar imqabbad bl-​injam kien intefa. Hi kienet qiegħda tistenna lil binha jiġi lura mix-​xogħol biex jaqtaʼ iktar injam. Ix-​Xhieda qatgħu l-​injam, u ħallewlha wkoll xi rivisti biex taqrahom. Meta l-​iben ġie lura, tant impressjona ruħu bit-​tħassib taʼ mħabba tax-​Xhieda lejn ommu li qara l-​letteratura, beda jistudja l-​Bibbja, tgħammed, u fi żmien qasir daħal fil-​ministeru taʼ pijunier.

21 Fl-​Awstralja raġel u martu spjegaw lil Xhieda li kienu qegħdin iżuruhom li ma kellhomx flus biex jitimgħu lill-​familja tagħhom. Iż-​żewġ Xhieda telqu u xtraw xi affarijiet tal-​ikel, inkluż xi ħelu għat-​tfal. Il-​ġenituri nfaqgħu jibku, billi qalu li kienu tant iddisprati li kienu kkontemplaw suwiċidju. It-​tnejn li huma bdew jistudjaw il-​Bibbja, u l-​mara dan l-​aħħar tgħammdet. Mara fl-​Istati Uniti li kienet ippreġudikata kontra x-​Xhieda taʼ Jehovah irrapportat wara li ltaqgħet maʼ waħda: “Jien tassew ma niftakarx dwar xiex tkellimna, imma dak li niftakar hu kemm kienet qalbha tajba miegħi, u kemm kienet ospitabbli u umli. Ħassejtni tassew miġbuda lejha bħala persuna. Ingħożż il-​ħbiberija tagħha sa din il-​ġurnata.”

22. Wara li eżaminajna l-​ħajja taʼ Ġesù, x’inhi l-​konklużjoni tagħna dwaru?

22 Meta nwieġbu għall-​imħabba taʼ Ġesù billi nagħmlu x-​xogħol li għamel hu kif għamlu hu, liema barkiet meraviljużi nistgħu aħna ngawdu! Il-​kobor taʼ Ġesù huwa ovvju u tal-​għageb. Aħna niġu mqanqlin biex nidwu l-​kliem tal-​gvernatur Ruman Ponzju Pilatu: “Ħares! Ir-​raġel!” Iva, tabilħaqq “Ir-​raġel,” l-​aqwa bniedem li qatt għex.—Ġwann 19:5.

Kif Twieġeb Int?

◻ Kemm hi kbira l-​imħabba taʼ Gesù?

◻ L-​imħabba taʼ Ġesù lil min għandha ġġigħelna nħobbu, u l-​imħabba tiegħu x’għandha tqanqalna biex nagħmlu?

◻ Ġesù liema xogħol iridna nagħmlu?

◻ Ġesù kif kien għani, u għala sar fqir?

◻ Kif għandna nimitaw lil Ġesù fil-​mod kif hu mministra lin-​nies?

[Stampa f’paġna 13]

Ġesù kien ix-​xempju taʼ li wieħed juri mħabba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja