LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 4/1 pp. 3-5
  • Il-Ħallieq Grandjuż Tagħna u x-Xogħlijiet Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħallieq Grandjuż Tagħna u x-Xogħlijiet Tiegħu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Kapulavur tal-​Ħolqien t’Alla
  • Il-​Qalb Tajba bl-​Imħabba tal-​Ħallieq Tagħna
  • Faħħru lis-Sultan taʼ L-Eternità!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
    “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
  • X’Inhu l-​Iskop t’Alla għall-​Art?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 4/1 pp. 3-5

Il-Ħallieq Grandjuż Tagħna u x-Xogħlijiet Tiegħu

X’AFFARIJIET grandjużi! L-​ilmijiet neżlin b’tant qawwa u ħoss taʼ Iguaçú jew tan-​Niagara, il-​widien fondi bejn il-​muntanji tal-​Arizona jew tal-​Hawaii, id-​daħliet mill-​isbaħ tal-​baħar imdawrin mill-​għoljiet tan-​Norveġja jew taʼ New Zealand—x’għajtiet taʼ ammirazzjoni jgħajtu dawn l-​għeġubijiet naturali! Imma huma sempliċement prodotti b’kumbinazzjoni tal-​hekk imsejħa Ommna n-​Natura? Le, huma bil-​wisq iktar minn hekk! Huma x-​xogħol meraviljuż taʼ Ħallieq Grandjuż, missier tas-​sema kollu mħabba li dwaru l-​għaref Sultan Salamun kiteb: “Kollox għamel sabih f’waqtu. Saħansitra żmien indefinit hu poġġa f’qalbhom, biex il-​bnedmin qatt ma jistgħu jsibu x-​xogħol li dak Alla veru għamel mill-​bidu sat-​tmiem.” (Ekkleżjasti 3:11) Verament, ikun jinħtieġ eternità sħiħa taʼ żmien biex il-​bnedmin jiskopru x-​xogħlijiet grandjużi kollha li bihom il-​Ħallieq tagħna mela l-​univers.

X’Ħallieq Grandjuż għandna! U kemm aħna ferħanin li dan Alla li jistaʼ kollox “fi tmiem dawn il-​jiem kellem lilna permezz taʼ Iben, li lilu ħatar werriet tal-​affarijiet kollha, u li permezz tiegħu għamel is-​sistemi taʼ affarijiet.” (Ebrej 1:2) Dan l-​iben, Ġesù Kristu, apprezza l-​affarijiet sbieħ tal-​ħolqien taʼ Missieru. Hu taʼ spiss irrefera għalihom meta kien juri l-​għanijiet taʼ Missieru u meta kien igħid kliem taʼ inkuraġġiment lis-​semmiegħa tiegħu. (Mattew 6:28-30; Ġwann 4:35, 36) “Bil-​fidi” ħafna indunaw li l-​meravilji tal-​ħolqien kienu “tpoġġew f’ordni bil-​kelma t’Alla.” (Ebrej 11:3) Il-​ħajjiet tagħna taʼ kuljum għandhom jirriflettu fidi bħal din.​—Ġakbu 2:14, 26.

Grandjużi, tabilħaqq, huma l-​affarijiet maħluqin minn Alla tagħna. Jirriflettu b’mod tal-​għaġeb l-​għerf tiegħu, il-​qawwa tiegħu, it-​tjieba tiegħu, u l-​imħabba tiegħu. Per eżempju, hu xaqleb l-​art tagħna u għamilha ddur madwar ix-​xemx sabiex il-​ħolqien futur tiegħu, il-​bniedem, setaʼ jgawdi l-​istaġuni kollhom għaxqa wieħed wara l-​ieħor. Alla stqarr: “Il-​jiem kollha li l-​art tkompli, iż-​żrigħ taż-​żerriegħa u l-​ħsad, u l-​kesħa u s-​sħana, u s-​sajf u x-​xitwa, u l-​jum u l-​lejl, qatt ma se jieqfu.” (Ġenesi 8:22) Barra minn hekk, Alla mela l-​art tagħna b’ħażna abbundanti taʼ minerali imprezzabbli. Speċjalment, huwa pprovda abbundanza taʼ ilma, biex iktar tard isir komponent u appoġġ essenzjali għall-​ħajja kollha fuq l-​art.

F’sekwenza bl-​ordni taʼ sitt ‘ijiem taʼ ħolqien,’ kull wieħed twil eluf taʼ snin, il-​“forza attiva t’Alla” bdiet tipprepara l-​art għall-​abitazzjoni mill-​bniedem. Id-​dawl li naraw, l-​arja li nieħdu fina, l-​art niexfa li ngħixu fuqha, il-​ħxejjex, is-​sekwenza tal-​jum u l-​lejl, il-​ħut, il-​għasafar, l-​annimali​—kollha ġew miġjubin f’ordni mill-​Ħallieq Grandjuż għas-​servizz u tgawdija tal-​bniedem. (Ġenesi 1:2-25) Żgur li ningħaqdu mas-​salmista f’li nesklamaw: “Kemm huma bosta xogħlijietek, O Jehovah! Kollha kemm huma bil-​għerf int għamilthom. L-​art mimlija bil-​produzzjonijiet tiegħek.”—Salm 104:24.

Il-​Kapulavur tal-​Ħolqien t’Alla

Hekk kif is-​sitt “jum” taʼ ħolqien kien wasal biex jintemm, Alla għamel il-​bniedem u mbagħad is-​sieħba tiegħu, il-​mara. X’daqqa tal-​imgħallem għall-​ħolqien tal-​art, bil-​wisq iktar tal-​għaġeb mill-​ħolqien fiżiku kollu li kien sar qabel! Salm 115:16 jinformana: “Inkwantu għas-​smewwiet, lil Jehovah jappartjenu s-​smewwiet, imma l-​art hu taha lill-​ulied subien tal-​bnedmin.” Għaldaqstant, Jehovah iddisinnja lilna l-​erwieħ umani sabiex inkunu nistgħu kemm nitgħaxxqu u kemm nagħmlu użu mill-​ħolqien iktar bikri fuq l-​art. Kemm għandna nkunu grati għal għajnejna—iktar fini mill-​ifjen kamera—li jistgħu jassorbu d-​dinja kkulurita taʼ madwarna! Għandna widnejna—aqwa minn kwalunkwe sistema tal-​ħoss magħmula mill-​bniedem—biex igħinuna ngawdu l-​konversazzjoni, il-​mużika, u l-​għana melodjuż tal-​għasafar. Għandna mibni ġo fina mekkaniżmu biex nitkellmu, inkluż l-​ilsien. Il-​parti tal-​ilsien li ttiegħem, flimkien mas-​sens tax-​xamm, jagħmluha possibbli biex ingawdu d-​dewqien taʼ varjetà bla tmiem taʼ ikel. U kemm napprezzaw meta nħossu dik l-​id kollha mħabba! Żgur li nistgħu niżżu ħajr lill-​Ħallieq tagħna, kif għamel is-​salmista li qal: “Jien se nfaħħrek għaliex b’mod li jnebbaħ il-​biżaʼ jien magħmul b’mod tal-​għaġeb. Xogħlijietek huma tal-​għaġeb, bħalma ruħi taf sewwa.”—Salm 139:14.

Il-​Qalb Tajba bl-​Imħabba tal-​Ħallieq Tagħna

Is-​salmista kiteb: “Iżżu ħajr lil Jehovah, għax hu tajjeb . . . ; lil Dak li qiegħed jagħmel affarijiet kbar, tal-​għaġeb waħdu: għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal żmien indefinit.” (Salm 136:​1-4) Dik il-​qalb tajba bl-​imħabba qiegħda issa tqanqlu biex jagħmel affarijiet tal-​għaġeb bil-​wisq iktar grandjużi mill-​ħolqien kollu li għadna kemm niddeskrivu. Iva, saħansitra waqt li qiegħed jistrieħ milli joħloq affarijiet materjali, hu qiegħed joħloq fuq pjan spiritwali. Dan qiegħed jagħmlu bi tweġiba għal sfida mill-​agħar li ġiet mitfugħa f’wiċċu. Dan kif?

L-ewwel raġel u mara ġew impoġġijin f’ġenna glorjuża, f’Għeden. Madankollu, anġlu traditur, Satana, għolla lilu nnifsu bħala alla u mexxa lill-​koppja umana f’irvell kontra Jehovah. Bil-​ġustizzja kollha, Alla għadda s-​sentenza tal-​mewt fuqhom, bir-​riżultat li wliedhom, ir-​razza umana kollha, ġew miġjubin fi stat midneb u moribond. (Salm 51:5) Ir-​rakkont tal-​Bibbja dwar Ġob jindika li Satana sfida lil Alla, billi sostna li l-​ebda bniedem ma jistaʼ jżomm l-​integrità Lejh taħt prova. Imma Ġob ta prova li Satana kien giddieb kbir, kif għamlu ħafna qaddejja leali oħra fi żminijiet Bibliċi sal-​lum. (Ġob 1:7-12; 2:2-5, 9, 10; 27:5) Ġesù, bħala bniedem perfett, ta eżempju taʼ żamma taʼ integrità li m’hawnx bħalha.​—1 Pietru 2:21-23.

B’hekk, Ġesù setaʼ jgħid, “Il-​ħakkiem tad-​dinja [Satana] m’għandu ebda qabda fuqi.” (Ġwann 14:30) Iżda, sal-​ġurnata tal-​lum “[i]d-dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​wieħed mill-​agħar.” (1 Ġwann 5:19) Billi ħaqqaqha dwar id-​dritt tas-​sovranità taʼ Jehovah, Satana ġie mogħti xi 6,000 sena biex juri jekk il-​ħakma tiegħu stess tal-​umanità tistax tirnexxi. Kemm falliet b’mod miżerabbli, kif ikomplu jagħtu xiehda l-​kundizzjonijiet dinjin li qegħdin jiddeterjoraw! Alla tagħna kollu mħabba, Jehovah, dalwaqt se jneħħi lil din is-​soċjetà korrotta dinjija, billi jinsisti dwar is-​sovranità bi dritt tiegħu fuq l-​art. X’serħan taʼ hena se jġib dan għall-​bnedmin ħerqana għall-​ħakma taʼ paċi u taʼ tjieba!​—Salm 37:9-11; 83:17, 18.

Madankollu, dan mhux kollox! Il-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla se tiġi murija iktar fuq il-​bażi tal-​kliem taʼ Ġesù fi Ġwann 3:16: “Alla tant ħabb lid-​dinja [tal-bnedmin] li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin qiegħed jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” Din ir-​restawrazzjoni lill-​umanità tal-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-​art tinvolvi l-​ħolqien taʼ affarijiet ġodda. X’inhuma dawn? Kif se jibbenefikaw lill-​umanità li qiegħda titniegħed? L-​artiklu tagħna li jmiss se jgħidilna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja