LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 6/1 p. 32
  • Alla M’Huwiex Parzjali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla M’Huwiex Parzjali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Nistenna Saltna li “Mhix Parti Minn Din id-Dinja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Grata li Naqdi lil Ġeħova, Anki Matul il-Provi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kornelju jirċievi l-ispirtu qaddis
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 6/1 p. 32

Proklamaturi tas-Saltna Jirrapportaw

Alla M’Huwiex Parzjali

IKTAR minn 1,900 sena ilu, l-​appostlu Pietru ta xiehda lill-​uffiċjal taʼ l-​armata Kornelju, billi qal: “Ċertament qiegħed nara li Alla m’huwiex parzjali, imma f’kull ġens il-​bniedem li jibżaʼ minnu u jaħdem it-​tjieba huwa aċċettabbli għalih.” (Atti 10:34, 35) Kornelju wera biżaʼ t’Alla u mħabba għat-​tjieba. Hu aċċetta x-​xiehda mogħtija minn Pietru u sar Kristjan.

L-istess prinċipju jgħodd għal-​lum​—Alla m’huwiex parzjali. Aħna ninnotaw dan minn esperjenza mill-​Ġermanja. Ir-​rapport jgħid:

“Fit-​territorju tal-​kongregazzjoni tagħna, hemm kwartieri kbar taʼ l-​armata Russa. Fl-​1989, ftit wara l-​waqgħa tal-​ħajt taʼ Berlin, l-​anzjani staqsew jekk xi ħadd mill-​pubblikaturi kienx jaf il-​lingwa Russa. Xi wħud minna konna nafu, u morna naħdmu f’dan it-​territorju, li nstab li kien verament taʼ ferħ. Li ġejja hi waħda minn ħafna esperjenzi.

“Kont maʼ pubblikatur mhux mgħammed (issa mgħammed) meta kellimna lil kmandant. Il-​kmandant qagħad jismaʼ dak li kellna xi ngħidu u mbagħad stedinna biex inkellmu lis-​suldati tiegħu. Hu qal li huma jridu jisimgħu dwar Alla u l-​Bibbja wkoll, u għalhekk għamilna appuntament biex nerġgħu niġu.

“Staqsejna lil oħt li titkellem bir-​Russu b’mod fluwenti biex takkumpanjana bħala interpretu. Fil-​kamra fejn jiltaqgħu ġewwa l-​kwartieri, armajna mejda bil-​letteratura u stajna nitkellmu maʼ 68 suldat u nwieġbu l-​mistoqsijiet tagħhom. Wara dan huma b’ferħ aċċettaw 35 ktieb u kważi 100 rivista. Hekk kif ħriġna mill-​kamra fejn jiltaqgħu, rajna gruppi żgħar jiddiskutu l-​letteratura.

“Għamilna appuntament biex nirritornaw fl-​4 taʼ Lulju, 1992. Mal-​wasla tagħna fl–10:50 a.m., il-​gwardjan mal-​kanċell tal-​kwartieri qalilna li s-​suldati kienu qegħdin jistennewna. Maġġur ħadna fil-​kamra fejn jiltaqgħu, u sibna li sinjura li qabel morna kienet irċeviet letteratura mingħandna għal-​librerija, kienet annunzjat il-​miġja tagħna billi waħħlet kartelluni ġewwa l-​kwartieri. Tliet aħwa rġiel taw taħditiet qosra rigward ix-​xogħol tagħna madwar id-​dinja u wrew għala jistaʼ jkollna fiduċja fil-​Bibbja. Imbagħad ittrattajna l-​mistoqsijiet taʼ l-​udjenza, billi weġibna minn fuq il-​Bibbja. Fost il-​mistoqsijiet kien hemm waħda, X’inhi l-​pożizzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah dwar servizz militari, u hemm xi ħadd minnhom suldat? Din tat lill-​pubblikatur mhux mgħammed li kien akkumpanjani qabel opportunità biex jiddeskrivi l-​karriera tiegħu taʼ 25 sena fil-​militar tal-​Ġermanja tal-​Lvant, l-​aħħar snin bħala kaptan tal-​qawwa taʼ l-​ajru. Hu rrakkonta kif tgħallem dwar Alla u l-​Bibbja u issa ried isir wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Is-​suldati kienu impressjonati b’dak li semgħu. F’sebaʼ minuti l-​letteratura kollha li konna ġibna kienet f’idejn is-​suldati, u ħafna riedu Bibbji. Minn ħanut tal-​kotba aħna stajna nakkwistaw sebaʼ Bibbji bir-​Russu, li huma laqgħu b’apprezzament. Kien ferħ veru li tajna lil dawn l-​uħud bil-​ġuħ spiritwalment informazzjoni Biblika, u nittamaw li huma jaġixxu fuqha.”

Verament, Alla m’huwiex parzjali. Permezz tal-​Kelma tiegħu hu jappella lil nies taʼ qalb onesta huma min huma u huma fejn huma. Hu jistedinhom biex jitgħallmu dwaru u dwar Ibnu, Ġesù Kristu, u ħafna minn kull qasam tal-​ħajja qegħdin jagħmlu hekk.—Ġwann 17:3. (w94 6/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja