LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 10/1 p. 32
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Aċċetta l-Gwida t’Alla l-Ħaj
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 10/1 p. 32

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Ikun xieraq li wieħed jaċċetta tilqima jew xi xorta oħra taʼ injezzjoni li jkun fiha l-​albumina meħuda mid-​demm uman?

Ngħiduha kif inhi, kull Kristjan irid jiddeċiedi personalment dwar dan.

Il-qaddejja t’Alla jridu jobdu kif jixraq id-​direttiva misjuba f’Atti 15:28, 29, biex jastjenu mid-​demm. Fi qbil maʼ dan, il-​Kristjani m’humiex se jieklu laħam mhux svinat jew prodotti bħalma huwa l-​mazzit. Imma l-​liġi t’Alla tapplika wkoll fil-​qasam mediku. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah iġorru dokument li jistqarr li huma jirrifjutaw ‘trasfużjonijiet tad-​demm, demm sħiħ, ċelloli ħomor, ċelloli bojod, platelets, jew plażma tad-​demm.’ Xi ngħidu, iżda, dwar injezzjonijiet tas-​serum li jkun fih ammont ċkejken taʼ proteina tad-​demm?

Ix-Xhieda ilhom li rrealizzaw li din hija kwistjoni għal deċiżjoni privata fi qbil mal-​kuxjenza taʼ kull individwu li hija mħarrġa fuq il-​Bibbja. Dan ġie muri ċar fi “Questions From Readers” taʼ The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1990, li ddiskuta l-​injezzjonijiet tas-​serum li xi tabib jistaʼ jirrikmanda jekk wieħed jiġi espost għal ċerti mardiet. Il-​komponenti attivi taʼ injezzjonijiet bħal dawn m’humiex fihom infushom plażma tad-​demm imma antibodies (sustanzi fid-​demm li jinnewtralizzaw lil oħrajn li jagħmlu ħsara) mill-​plażma tad-​demm taʼ dawk li jkunu żviluppaw reżistenza. Xi Kristjani li jħossu li jistgħu bil-​kuxjenza kollha jaċċettaw injezzjonijiet bħal dawn innotaw li l-​antibodies mid-​demm taʼ mara tqila jgħaddu fid-​demm tat-​tarbija fil-​ġuf tagħha. “Questions From Readers” semma dan, kif ukoll il-​fatt li xi albumina tgħaddi mingħand il-​mara tqila għat-​tarbija tagħha.

Ħafna jsibu dan interessanti, ladarba xi tilqim li m’huwiex ippreparat mid-​demm jistaʼ jkun fih xi ammont relattivament żgħir taʼ albumina mill-​plażma li tkun ġiet użata jew miżjuda biex tistabbilizza l-​ingredjenti fil-​preparazzjoni. Bħalissa ammont żgħir taʼ albumina qiegħed jiġi wżat fl-​injezzjonijiet taʼ l-​ormoni sintetiċi EPO (erythropoietin). Xi Xhieda aċċettaw injezzjonijiet taʼ EPO minħabba li jistaʼ jgħaġġel il-​produzzjoni taċ-​ċelloli ħomor u għalhekk iserraħ ras it-​tabib milli jħoss li trasfużjoni tad-​demm tistaʼ tkun meħtieġa.

Preparazzjonijiet mediċi oħrajn li jinvolvu ammont komparattivament żgħir taʼ albumina jistgħu jintużaw fil-​futur, ladarba kumpaniji farmaċewtiċi jiżżviluppaw prodotti ġodda jew ibiddlu l-​formuli taʼ dawk eżistenti. Il-​Kristjani b’hekk forsi jridu jikkunsidraw jekk l-​albumina hijiex parti minn tilqima jew injezzjoni oħra li jirrikmanda t-​tabib. Jekk ikollhom xi dubji jew ikollhom xi raġuni biex jemmnu li l-​albumina hija komponent, jistgħu jistaqsu lit-​tabib tagħhom.

Kif ġie nnotat, ħafna Xhieda m’oġġezzjonawx għal li jaċċettaw injezzjoni li jkun fiha kwantità żgħira taʼ albumina. Xorta waħda, kulmin irid jistudja l-​kwistjoni iktar bir-​reqqa qabel ma jagħmel deċiżjoni persunali għandu jqis mill-​ġdid l-​informazzjoni ppreżentata fi “Questions From Readers” taʼ The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1990. (w94 10/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja