Faraġ Għal Dawk fil-Bżonn
ĦAFNA kkummentaw fuq kif ċerti artikli fit-Torri Taʼ L-Għassa jew fl-Awake! saħħew ir-relazzjoni persunali tagħhom maʼ Jehovah. Qalet waħda: “Wara li qrajt dan l-artiklu, ħassejt li Jehovah bis-setgħa u l-kobor kollha tiegħu kien preċiż hemmhekk miegħi. Ħassejt li hu persuna vera.” Ittra oħra stqarret: “Qlubna u mħuħna ġew mibdulin tant drammatikament fil-fehma tagħna dwar Jehovah illi m’aħniex l-istess persuni. Huwa bħal li kieku xi ħadd naddfielna n-nuċċalijiet tagħna, u issa nistgħu naraw kollox ċar ferm.”
Xi wħud jiktbu biex jgħidu kif ir-rivisti jgħinuhom jittrattaw maʼ problemi jew sfidi speċifiċi, u b’hekk jassigurawhom mill-interess persunali taʼ Jehovah fihom. Waħda qarrejja poġġietha b’dan il-mod: “Grazzi ħafna talli għal darb’oħra ħallejtuna naraw kemm Jehovah jimpurtah mill-poplu tiegħu u kemm iħobbu.” Mara fil-Ġappun li tilfet lil wild fil-mewt qalet dan dwar artikli fl-Awake! fuq dak is-suġġett: “Il-profondità tal-ħniena t’Alla ħassejtha ħierġa mill-paġni, u jien bkejt u bkejt u bkejt. Poġġejt dawn l-artikli f’post fejn nistaʼ naqrahom immedjatament kulmeta nħossni miżerabbli u waħdi.” Mara oħra bil-vistu kitbet: “L-artikli tat-Torri Taʼ L-Għassa u taʼ l-Awake! u l-ktejjeb “Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut” tawni s-saħħa li kelli bżonn biex nissaporti ż-żmien tiegħi taʼ niket.”
L-Iskrittura Mqaddsa hija s-sors primarju tal-faraġ. (Rumani 15:4) It-Torri Taʼ L-Għassa jżomm mal-Bibbja bħala l-awtorità tiegħu, u hekk tagħmel ir-rivista msieħba miegħu, l-Awake! Minħabba dan, dawn il-ġurnali wrew li huma taʼ faraġ u inkuraġġiment għall-qarrejja tagħhom. (w96 1/15)