LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 7/1 p. 3
  • Il-Bibbja—Ktieb Uniku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja—Ktieb Uniku
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Materjal Simili
  • Alla Jinformana Dwar il-​Għanijiet Tiegħu
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Min Hu l-Awtur tal-Bibbja?
    Stenbaħ!—2008
  • Il-Bibbja—Hija verament “imnebbħa minn Alla”?
    Stenbaħ!—2017
  • “Tmexxew mill-Ispirtu Qaddis”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 7/1 p. 3

Il-​Bibbja—Ktieb Uniku

Ġiet imsejħa l-​iktar ktieb li nbiegħ fid-​dinja kollha, u bir-​raġun. Il-​Bibbja tinqara u tinżamm b’għożża iktar minn kwalunkwe ktieb ieħor. Sal-​lum, id-​distribuzzjoni tagħha (sħiħa jew parti minnha) huwa maħsub li tlaħħaq maʼ l-​erbaʼ biljun kopja f’iżjed minn 2,000 lingwa.

Ħafna iżjed interessanti miċ-​ċirkolazzjoni tal-​Bibbja, madankollu, huwa li din issostni li għandha awtur divin. “L-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla,” kiteb l-​appostlu Kristjan Pawlu. (2 Timotju 3:16) Dan x’ifisser? Il-​frażi “mnebbħa minn Alla” (Grieg, the·oʹpneu·stos) litteralment tfisser “maħruġa min-​nifs t’Alla.” Kelma Griega relatata, pneuʹma, tfisser “spirtu.” Għalhekk, dak il-​vers qed jgħid li l-​ispirtu qaddis t’Alla qanqal kittieba umani, billi nefaħ fuqhom, biex ngħidu hekk, sabiex il-​prodott aħħari setaʼ bil-​verità kollha jissejjaħ il-​Kelma t’Alla, u mhux tal-​bniedem. Tabilħaqq, ħafna li studjaw il-​Bibbja jistagħġbu bl-​armonija li fiha mill-​bidu sa l-​aħħar, l-​eżattezza xjentifika tagħha, l-​onestà u l-​frankezza tal-​kittieba tagħha, u l-​iżjed importanti, il-​profeziji mwettqin tagħha​—li kollha kkonvinċew lil miljuni taʼ qarrejja li jafu jużaw moħħhom, li dan il-​ktieb huwa minn sors ogħla mill-​bniedem.a

Imma Alla kemm iggwida mill-​qrib il-​kitba tal-​Bibbja? Xi wħud jgħidu li hu ddetta l-​Bibbja kelma b’kelma. Oħrajn jgħidu li hu nebbaħ biss il-​ħsibijiet misjubin fil-​Bibbja, mhux il-​kliem. Fir-​realtà, iżda, l-​ispirazzjoni ma tistax tiġi limitata għal proċess wieħed, għax Alla kellem “lil missirijietna . . . b’ħafna manjieri permezz tal-​profeti.” (Lhud 1:1; qabbel 1 Korintin 12:6.) Fl-​artiklu li jmiss, se neżaminaw modi li bihom Alla kellem lil madwar 40 kittieb uman li kitbu l-​Bibbja. (w97 6/15)

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni, ara paġni 53-4, u 98-​161 tal-​ktieb The Bible​—God’s Word or Man’s?, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja