LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 6/1 p. 8
  • Jużaw Kull Opportunità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jużaw Kull Opportunità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 6/1 p. 8

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Jużaw Kull Opportunità

IX-​XHIEDA TAʼ JEHOVAH huma magħrufin madwar id-​dinja kollha għax-​xogħol edukattiv tagħhom minn fuq il-​Bibbja. Imma jikkonduċu wkoll programmi li jġibu benefiċċji oħrajn għas-​soċjetà. Dan is-​servizz pubbliku ntlaqaʼ tajjeb, bħalma se juruna l-​esperjenzi li ġejjin mill-​Ekwador.

◻ Il-​mániġment taʼ fabbrika kbira li tagħmel il-​ħġieġ ried jorganizza kors fuq il-​valuri tal-​familja għall-​impjegati tiegħu. Id-​direttur tar-​riżorsi umani stieden diversi qassisin Kattoliċi biex jipparteċipaw imma ma tawh ebda tweġiba. Qassis wieħed qallu li tant hemm ftit qassisin li huma kkwalifikati biex jitkellmu fuq is-​suġġett li x’aktarx ħadd ma kien se jkun disponibbli. Malli semgħet dan, waħda Xhud impjegata hemmhekk għamlet arranġamenti biex wieħed mill-​aħwa li taʼ spiss jaħdem it-​territorju tan-​negozju jmur iżur il-​fabbrika.

L-għada stess, ix-​Xhud avviċina lid-​direttur tar-​riżorsi umani bil-​proposta taʼ kors taʼ studju. Ġabar lista taʼ suġġetti minn diversi pubblikazzjonijiet tal-​Watch Tower Society. Id-​direttur baqaʼ impressjonat. Hu għażel tliet suġġetti għal diskussjoni​—ir-​relazzjonijiet umani, l-​etika fuq il-​post tax-​xogħol, u l-​etika fil-​familja. Imbagħad saru arranġamenti biex l-​informazzjoni tiġi kkunsidrata mal-​ħaddiema kollha tal-​fabbrika.

L-impjegati ġew imqassmin f’sebaʼ gruppi taʼ tletin-il wieħed, fejn imbagħad tliet aħwa rġiel ikkwalifikati ppreżentawlhom l-​informazzjoni. X’kienu r-​riżultati? Numru mhux ħażin taʼ impjegati talbu biex issirilhom żjara d-​dar tagħhom, u ġew imqassmin 216-il biċċa letteratura bħala għajnuna għal studju tal-​Bibbja. Il-​mániġment kien tant impressjonat li staqsa jekk ix-​Xhieda setgħux jippreparaw serje oħra taʼ taħditiet.

◻ Reċentement, fl-​Ekwador għaddew liġi li tippermetti li r-​reliġjon tiġi mgħallma fl-​iskejjel. Waħda oħt missjunarja marret għand supretendenta taʼ l-​iskola primarja u staqsietha dwar kemm kienet qed tkun effettiva l-​liġi l-​ġdida. Is-​supretendenta spjegat li sar attentat biex jinbeda programm fuq il-​qima taʼ Marija imma qatt ma seħħ. Meta l-​oħt qaltilha li qima bħal dik setgħet toħloq problemi għal tfal li ma kinux Kattoliċi, is-​supretendenta qablet magħha. “Mill-​banda l-​oħra,” qalet il-​missjunarja, “aħna għandna programm li ngħallmu prinċipji morali mill-​Bibbja li ma jobbliga lil ħadd biex jaċċetta xi reliġjon partikulari.” Is-​supretendenta weġbitha: “Meta tkun tistaʼ tiġi? Pitgħada?” Wara li l-​missjunarja wrietha l-​ktieb Listening to the Great Teacher, ġie deċiż li jikkunsidraw il-​kapitlu “Happy Are the Peaceable” (Henjin Huma Dawk li Jġibu l-​Paċi).

Meta marret lura, il-​missjunarja qattgħet tliet sigħat sħaħ iżżur sebaʼ klassijiet differenti mas-​supretendenta li baqgħet hemm tismaʼ. Wara sessjoni maʼ klassi tal-​ħames sena, wieħed mill-​istudenti qal: “Miss, jekk jogħġbok qis li żżur lill-​klassi tas-​sitt sena. Dawn dejjem jipprovaw isawtuna u jaqbdu xi ġlieda!” Waħda għalliema qalet: “Il-​vjolenza tant hija suġġett importanti. Għandna bżonn iktar ħin biex niddiskutu dan is-​suġġett.”

Saru arranġamenti biex jerġgħu jsiru żjajjar fl-​iskola ħalli jiġu diskussi temi bħall-​ubbidjenza u l-​gideb. S’issa, ir-​riżultati kienu pożittivi ferm. Issa meta l-​oħt missjunarja tkun għaddejja mit-​triq, it-​tfal jiġu jiġru biex jilqgħuha u jsaqsuha mistoqsijiet dwar il-​Bibbja. Oħrajn iħossuhom onorati li jintroduċuha mal-​ġenituri tagħhom. Iżjed minn hekk, inbeda studju tal-​Bibbja maʼ tnejn mit-​tfal taʼ l-​iskola.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja