LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 7/15 pp. 29-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Inżommu l-paċi u l-indafa tal-kongregazzjoni
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • ‘Istmaw lil Dawk li Qegħdin Jaħdmu Iebes Fostkom’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Anzjani—Komplu Imitaw lill-Appostlu Pawlu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 7/15 pp. 29-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Huwa l-​‘immarkar’ imsemmi fit-2 Tessalonikin 3:14 proċess formali tal-​kongregazzjoni, jew huwa dan xi ħaġa li l-​Kristjani jagħmlu individwalment billi jevitaw lil uħud taʼ rashom iebsa?

Dak li kiteb l-​appostlu Pawlu lit-​Tessalonikin jindika li l-​anzjani tal-​kongregazzjoni għandhom irwol speċifiku f’‘immarkar’ bħal dan. Madankollu, Kristjani individwali mbagħad jaġixxu fi qbil maʼ dan, u jagħmlu hekk b’objettivi spiritwali f’moħħhom. Dan nistgħu napprezzawh l-​aħjar billi nikkunsidraw il-​parir taʼ Pawlu fl-​isfond oriġinali tiegħu.

Pawlu għen biex tiġi stabbilita l-​kongregazzjoni taʼ Tessalonika, billi ta l-​għajnuna tiegħu lil irġiel u nisa biex isiru kredenti. (Atti 17:1-4) Iktar tard hu kiteb minn Korintu biex ifaħħarhom u jinkuraġġihom. Pawlu offra wkoll xi pariri li kellhom bżonn. Hu ħeġġiġhom biex ‘jgħixu fil-​kwiet, jagħmlu li għandhom jagħmlu u jaħdmu b’idejhom.’ Xi wħud ma kinux qegħdin jaġixxu b’dan il-​mod, u għalhekk Pawlu żied: “Aħna nħeġġukom, ħuti, biex twiddbu lill-​għażżenin [“dawk li ma jimxux bl-​ordni,” NW], tagħmlu l-​qalb lill-​beżżiegħa, tgħinu lid-​dgħajfa.” Jidher ċar li fosthom kien hemm xi wħud li ma kinux qed jimxu bl-​ordnia u li kellhom bżonn jiġu mwissijin.—1 Tessalonikin 1:2-10; 4:11; 5:14.

Xi xhur wara dan, Pawlu kiteb it-​tieni ittra tiegħu lit-​Tessalonikin, li kien fiha iktar kummenti dwar il-​preżenza futura taʼ Ġesù. Pawlu ta wkoll iktar gwida dwar kif għandhom jiġu trattati wħud li ma jimxux bl-​ordni, li ‘ma ridux jaħdmu, imma li kien moħħhom fin-​nies’. L-​azzjonijiet tagħhom kienu kuntrarji kemm għall-​eżempju li ħalla Pawlu bħala ħaddiem li jaħdem iebes u kemm għall-​ordni ċara tiegħu li wieħed għandu jaħdem biex jaqlaʼ l-​għajxien tiegħu. (2 Tessalonikin 3:7-12, Karm Żammit) Pawlu ordna li jittieħdu ċerti passi. Dawn il-​passi kellhom isegwu dak li l-​anzjani jkunu diġà għamlu billi widdbu jew wissew lil dawk li ma kinux qed jimxu bl-​ordni. Pawlu kiteb:

“Ħuti, . . . nordnawlkom li żżommu ruħkom ’il bogħod mill-​aħwa kollha li jgħixu fl-​għażż [“kull ħu li hu miexi f’diżordni,” NW] u li m’humiex jimxu skond it-​tradizzjoni li ħadtu mingħandna. U intom, ħuti, agħmlu l-​ġid bla qatt ma tegħjew. Jekk ikun hemm xi ħadd fostkom li ma jagħtix widen għall-​kliem li qiegħed ngħidilkom f’din l-​ittra, immarkawh u nqatgħu minnu, ħalli jistħi; mhux li tħarsu lejh bħala għadu, imma li twiddbuh bħala ħukom.”—2 Tessalonikin 3:6, 13-15.

Għalhekk, il-​passi l-​oħrajn kienu jinkludu li jżommu ruħhom ’il bogħod minn dawk li ma kinux qed jimxu bl-​ordni, jimmarkawhom, jieqfu jassoċjaw magħhom, imma xorta waħda jwiddbuhom bħala ħuthom. Liema ċirkustanzi kienu se jwasslu lill-​membri tal-​kongregazzjoni biex jieħdu dawn il-​passi? Biex jgħinuna niċċaraw dan, ejja nidentifikaw tliet sitwazzjonijiet li Pawlu ma kienx qed jiffoka fuqhom hawnhekk.

1. Aħna nafu li l-​Kristjani huma imperfetti u għandhom in-​nuqqasijiet. Xorta waħda, l-​imħabba hija marka tal-​Kristjanità vera, li titlob minna li nkunu komprensivi u li naħfru l-​iżbalji t’oħrajn. Per eżempju, Kristjan għandu mnejn f’okkażjoni rari jitlagħlu u jinfexx jirrabja, bħalma ġralhom Barnaba u Pawlu. (Atti 15:36-40) Jew, minħabba l-​għeja, wieħed għandu mnejn jgħid kliem iebes u li jweġġaʼ. F’okkażjonijiet bħal dawn, billi nuru mħabba u napplikaw il-​pariri Bibliċi nistgħu ngħattu l-​iżball, u nkomplu ngħixu, nassoċjaw, u naħdmu mal-​Kristjan seħibna. (Mattew 5:23-25; 6:14; 7:1-5; 1 Pietru 4:8) Jidher ċar li nuqqasijiet taʼ din ix-​xorta ma kinux il-​kwistjoni li Pawlu kien qed jittratta fit-2 Tessalonikin.

2. Pawlu ma kienx qed jirreferi għal sitwazzjoni fejn Kristjan jagħżel personalment li jillimita s-​sħubija maʼ ieħor li l-​modi u l-​attitudnijiet tiegħu m’humiex tajbin​—per eżempju, xi ħadd li jidher li jagħti importanza żejda lir-​rikreazzjoni jew lill-​affarijiet materjali. Jew inkella ġenitur għandu mnejn jillimita s-​sħubija taʼ ibnu maʼ tfal li jinjoraw l-​awtorità tal-​ġenituri, jilagħbu b’mod goff jew perikoluż, jew ma jiħdux il-​Kristjanità bis-​serjetà. Deċiżjonijiet bħal dawn huma sempliċement deċiżjonijiet persunali fi qbil maʼ dak li naqraw fi Proverbji 13:20: “Min jagħmilha maʼ l-​għaref, isir għaref, min imur mal-​boloh, jaqaʼ fl-​hemm.”—Qabbel l-1 Korintin 15:33.

3. Fuq skala pjuttost iktar serja, Pawlu kiteb lill-​Korintin dwar xi ħadd li jipprattika dnub oħxon u ma jindimx. Uħud bħal dawn li ma jindmux kellhom jiġu mkeċċija mill-​kongregazzjoni. Il-​bniedem “ħażin” kellu bħallikieku jingħata f’idejn Satana. Wara dan, Kristjani leali ma kellhomx jitħalltu maʼ nies ħżiena bħal dawn; l-​appostlu Ġwanni ħeġġeġ lill-​Kristjani biex lanqas biss isellmulhom. (1 Korintin 5:1-13; 2 Ġwann 9-​11) Madankollu, dan ukoll m’għandux x’jaqsam mal-​parir tat-2 Tessalonikin 3:14.

Differenti mit-​tliet sitwazzjonijiet imsemmijin hawn fuq hija dik li tinvolvi wħud “li ma jimxux bl-​ordni” kif inhu diskuss fit-​2 Tessalonikin. Pawlu kiteb li dawn xorta kienu għadhom ‘aħwa,’ u kellhom jiġu mwiddbin u trattati bħala talin. B’hekk, il-​problema rigward l-​aħwa “li ma jimxux bl-​ordni” la kienet taʼ l-​istess livell taʼ sempliċi kwistjoni persunali u lanqas serja biżżejjed tant li jkollhom jindaħlu l-​anzjani tal-​kongregazzjoni b’azzjoni taʼ qtugħ mis-​sħubija, bħalma għamel Pawlu f’konnessjoni mas-​sitwazzjoni immorali f’Korintu. Dawk “li ma jimxux bl-​ordni” ma kinux ħatjin taʼ dnub serju, bħalma kien ir-​raġel minn Korintu li ġie maqtugħ mis-​sħubija.

Dawk f’Tessalonika ‘li ma kinux jimxu bl-​ordni’ kienu ħatjin li żvijaw b’mod sinjifikanti mill-​Kristjanità. Ma ridux jaħdmu, jew għax ħasbu li l-​miġja lura taʼ Kristu kienet imminenti jew għax kienu għażżenin. Iktar minn hekk, kienu qed ikunu kaġun taʼ ħafna tfixkil minħabba li ‘kien moħħhom fin-​nies.’ X’aktarx li l-​anzjani tal-​kongregazzjoni kienu wissewhom ripetutament, fi qbil mal-​parir taʼ Pawlu fl-​ewwel ittra tiegħu u maʼ pariri divini oħrajn. (Proverbji 6:6-11; 10:4, 5; 12:11, 24; 24:30-34) Xorta waħda, huma ppersistew f’korsa li kienet tirrifletti ħażin fuq il-​kongregazzjoni u li setgħet tinfirex fost Kristjani oħrajn. Għalhekk, l-​anzjan Kristjan Pawlu, mingħajr ma semma l-​individwi b’isimhom, ġibed l-​attenzjoni pubblikament għall-​fatt li ma kinux qed jimxu bl-​ordni, u b’hekk kixef il-​korsa żbaljata tagħhom.

Barra minn hekk, hu għarraf lill-​kongregazzjoni li kien ikun xieraq li huma, bħala Kristjani individwali, ‘jimmarkaw’ lil dawk li ma kinux qed jimxu bl-​ordni. Dan kien jimplika li l-​individwi kellhom josservaw min kienu dawk li l-​azzjonijiet tagħhom kienu jikkorrispondu mal-​korsa li dwarha l-​kongregazzjoni kienet ġiet imwissija pubblikament. Pawlu tahom il-​parir biex ‘iżommu ruħhom ’il bogħod mill-​aħwa kollha li jgħixu fl-​għażż [“kull ħu li hu miexi f’diżordni,” NW].’ Dan ċertament li ma setax ikun ifisser li jwarrbu kompletament lil wieħed bħal dan, għaliex huma kellhom ‘[“ikomplu,” NW] iwiddbuh bħala ħu.’ Kien se jibqaʼ jkollhom kuntatt Kristjan miegħu fil-​laqgħat u forsi fil-​ministeru. Huma setgħu jittamaw li ħuhom iwieġeb għat-​twiddib u jabbanduna l-​modi disturbanti tiegħu.

F’liema sens kienu se ‘jżommu ruħhom ’il bogħod’ minnu? B’mod evidenti, dan kellu jkun f’kuntest soċjali. (Qabbel Galatin 2:12.) Il-​fatt li jaqtgħu l-​kuntatt soċjali u r-​rikreazzjoni miegħu għandu mnejn jistaʼ jurih li nies taʼ prinċipju ma jogħġbuhomx il-​modi tiegħu. Anki jekk ma jistħix u ma jinbidilx, għall-​inqas ikun inqas probabbli li oħrajn jitgħallmu l-​modi tiegħu u jsiru bħalu. Fl-​istess ħin, dawn il-​Kristjani individwali għandhom jikkonċentraw fuq l-​affarijiet li jibnu. Pawlu tahom il-​parir: “U intom, ħuti, agħmlu l-​ġid bla qatt ma tegħjew.”—2 Tessalonikin 3:13.

Jidher ċar li dan il-​parir appostoliku ma jipprovdi ebda bażi biex wieħed jiddisprezza jew jiġġudika lil dawk ħutna li jagħmlu xi żball żgħir. Minflok, l-​objettiv tiegħu hu li jgħin lil xi ħadd li jaqbad korsa disturbanti li tkun f’konflitt b’mod sinjifikanti mal-​Kristjanità.

Pawlu ma stabbiliex xi regoli dettaljati, bħallikieku kien qed jipprova joħloq xi proċedura komplikata. Imma huwa ċar li l-​anzjani għandhom l-​ewwel iwissu u jipprovaw jgħinu lil xi ħadd li ma jkunx miexi bl-​ordni. Jekk ma jirnexxilhomx u l-​persuna tippersisti f’korsa li hija taʼ tfixkil u li għandha l-​potenzjal li tinxtered fost oħrajn, huma jistgħu jikkonkludu li l-​kongregazzjoni għandha tiġi avżata sabiex toqgħod attenta. Jistgħu jirranġaw biex issir taħdita dwar għala wieħed għandu jevita li jimxi f’diżordni bħal din. M’humiex se jsemmu ismijiet, imma t-​taħdita taʼ twissija li jagħmlu se tgħin biex tipproteġi lill-​kongregazzjoni, għaliex uħud li jaġixxu fi qbil magħha se joqogħdu iktar attenti biex jillimitaw attivitajiet soċjali maʼ wħud li juru b’mod ċar ma jkunux qed jimxu bl-​ordni.

Huwa ttamat li maż-​żmien l-​individwu li ma jkunx miexi bl-​ordni se jistħi minħabba l-​modi tiegħu u jitqanqal biex jinbidel. Hekk kif l-​anzjani u oħrajn fil-​kongregazzjoni jaraw il-​bidla fih, huma jistgħu individwalment jiddeċiedu li jtemmu l-​limitazzjoni li jkunu għamlu fuq l-​issoċjalizzar miegħu b’mod persunali.

Biex niġbru kollox fil-​qasir: L-​anzjani tal-​kongregazzjoni jieħdu t-​tmexxija f’li joffru għajnuna u pariri jekk xi ħadd ma jkunx qed jimxi bl-​ordni. Jekk hu ma jaċċettax li l-​korsa tiegħu hija żbaljata imma jkompli jkun influwenza li ma tibnix, l-​anzjani jistgħu jwissu lill-​kongregazzjoni permezz taʼ taħdita li tagħmel ċara l-​ħarsa tal-​Bibbja​—sew jekk inhi dwar li wieħed joħroġ maʼ xi ħadd li m’huwiex taʼ l-​istess twemmin, jew tkun xi tkun il-​korsa ħażina. (1 Korintin 7:39; 2 Korintin 6:14) Kristjani fil-​kongregazzjoni li jiġu avżati b’dan il-​mod biex joqogħdu attenti jistgħu jiddeċiedu individwalment li jillimitaw kwalunkwe ssoċjalizzar maʼ wħud li b’mod ċar qegħdin isegwu korsa taʼ diżordni imma li xorta għadhom aħwa.

[Nota taʼ taħt]

a Il-kelma Griega kienet tintuża b’referenza għal suldati li ma kinux iżommu posthom fil-​formazzjoni taʼ l-​armata jew li ma jżommux id-​dixxiplina, kif ukoll għal studenti li kienu jiskartaw l-​iskola.

[Stampi f’paġna 31]

Anzjani Kristjani jwiddbu lil dawk li ma jimxux bl-​ordni imma xorta jqisuhom bħala sħabhom fit-​twemmin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja