LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 11/1 pp. 20-23
  • Meta Toktor il-Ġenerożità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Toktor il-Ġenerożità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jiġu Għand id-​Donatur taʼ l-​Għerf
  • Jagħtu lill-​Aqwa Donatur
  • X’Inhuma l-​Bżonnijiet taʼ Bħalissa?
  • “Il-Barka tal-Mulej Iġġib l-Għana”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġenerożità bl-Abbundanza Ġġib il-Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Għoti bil-Ferħ mill-Qalb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ikkultiva Spirtu Ġeneruż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 11/1 pp. 20-23

Meta Toktor il-​Ġenerożità

KIEKU kellek l-​opportunità li tagħti rigal lil xi sultan, x’kont tagħtih? Xi ngħidu li kieku dan kien l-​iktar sultan għani u għaref tad-​dinja? Tistaʼ taħseb f’xi rigal li jistaʼ jogħġbu? Xi tlett elef sena ilu, is-​sultana taʼ Saba kellha tiżen dawk il-​mistoqsijiet meta kienet qed tipprepara biex iżżur lil ħakkiem bħal dan​—is-​Sultan Salamun taʼ Iżrael.

Il-​Bibbja tgħidilna li r-​rigal tagħha inkluda 120 talent tad-​deheb u “kotra kbira taʼ . . . [“żejt tal-​balzmu,” NW] u ħaġar prezzjuż.” Bil-​prezzijiet tal-​lum, id-​deheb waħdu kien jiswa xi $40,000,000 [Lm15,400,000]. Iż-​żejt tal-​balzmu, żejt aromatiku u mediċinali, kien jitqies mad-​deheb bħala xi ħaġa prezzjuża. Filwaqt li l-​Bibbja ma tgħidx kemm is-​sultana tat żejt lil Salamun, tgħidilna li r-​rigal tagħha baqaʼ uniku.—1 Slaten 10:10.

Is-​sultana taʼ Saba kienet ovvjament mara t’għana kbir u wkoll ġeneruża. Iktar minn hekk, pattewlha tal-​ġenerożità tagħha. “[I]s-​sultan Salamun,” tgħid il-​Bibbja, “ta lis-​sultana taʼ Saba kull ma kienet tixtieq u talbitu, aktar milli kienet ġiebet hi lis-​sultan.” (Korsiv tagħna.) (2 Kronaki 9:12) Veru, setgħet kienet id-​drawwa għas-​slaten li jpartu xi rigali; madankollu, il-​Bibbja ssemmi speċifikament li Salamun “taha minn rajh.” (1 Slaten 10:13) Salamun innifsu kiteb: “Min jagħti bil-​qalb ikollu l-​barka, u min ixabbaʼ l-​oħrajn ikollu bix-​xabaʼ.”—Proverbji 11:25.

M’għandniex xi ngħidu, is-​sultana taʼ Saba wkoll għamlet sagrifiċċju kbir fil-​ħin u l-​isforz biex iżżur lil Salamun. Milli jidher Saba kienet fl-​inħawi tar-​Repubblika tal-​Jemen tal-​lum; għalhekk is-​sultana u s-​segwitù tagħha taʼ iġmla vvjaġġaw ħafna iktar minn 1,600 kilometru sa Ġerusalemm. Bħalma qal Ġesù, “hi ġiet mit-​truf taʼ l-​art.” Is-​sultana taʼ Saba għala ħadet battikata bħal dik? Hi ġiet primarjament “biex tismaʼ l-​għerf taʼ Salamun.”—Luqa 11:31.

L-​Ewwel Slaten 10:1, 2 jgħid li s-​sultana taʼ Saba “ġiet biex iġġarrbu [lil Salamun] b’mistoqsijiet iebsa. . . . [Hi] qaltlu kull ma kellha maħżun f’qalbha.” Salamun kif irreaġixxa? “Salamun weġibha għal kull ma staqsietu; xejn ma kien hemm li baqaʼ moħbi għas-​sultan, li ma kienx jistaʼ jwieġbu.”—1 Slaten 10:3.

Mgħaġġba b’dak li semgħet u rat, is-​sultana b’umiltà wieġbet: “Henjin il-​qaddejja tiegħek, li qegħdin miegħek u jisimgħu dejjem l-​għerf tiegħek.” (1 Slaten 10:4-8) Hi ma ddikjaratx lill-​qaddejja taʼ Salamun henjin għax kienu mdawrin bil-​prosperità​—għalkemm hekk kienu. Minflok, il-​qaddejja taʼ Salamun kienu mberkin għax setgħu jisimgħu l-​ħin kollu l-​għerf taʼ Salamun mogħti minn Alla. Kemm hi t’eżempju mill-​aħjar is-​sultana taʼ Saba għan-​nies taʼ Jehovah llum. Dawn jitpaxxew bl-​għerf tal-​Ħallieq innifsu u b’dak taʼ Ibnu, Ġesù Kristu!

Taʼ min jinnota wkoll dak li s-​sultana kkummentat ftit wara lil Salamun: “Ikun imbierek il-​Mulej, Alla tiegħek.” (1 Slaten 10:9) Evidentement, hi rat l-​id taʼ Jehovah fl-​għerf u l-​prosperità taʼ Salamun. Dan jaqbel maʼ dak li Jehovah kien wiegħed qabel lil Iżrael. ‘Jekk tħarsu l-​liġijiet tiegħi,’ qal hu, “tidhru għorrief u għaqlin f’għajnejn il-​ġnus li, kif jisimgħu b’dawn il-​liġijiet kollha, jgħidu, ‘M’hemmx poplu ieħor għaref u għaqli għajr dan il-​ġens kbir.’”—Dewteronomju 4:5-7.

Jiġu Għand id-​Donatur taʼ l-​Għerf

Fiż-​żminijiet tal-​lum, miljuni taʼ nies ukoll inġibdu lejn l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah għaliex fehmu li “Iżrael taʼ Alla” huwa ‘poplu għaref u għaqli,’ mhux di natura, imma għaliex il-​liġijiet u l-​prinċipji perfetti t’Alla jiggwidawh. (Galatin 6:16) Il-​figuri tal-​magħmudija juru li fis-​snin reċenti mijiet t’eluf taʼ dixxipli ġodda kull sena qalu, fil-​fatt, lil Iżrael spiritwali: “Ħa niġu magħkom, għaliex smajna li Alla magħkom!” (Żakkarija 8:23) Kemm jistagħġbu dawn l-​uħud ġodda meta jaraw il-​mejda taʼ ikel spiritwali li Jehovah firex quddiem il-​qaddejja tiegħu! Huma qatt ma kienu raw xi ħaġa bħal din fir-​reliġjonijiet li kienu fihom.—Isaija 25:6.

Jagħtu lill-​Aqwa Donatur

Billi rċivew daqstant, dawk li japprezzaw ovvjament jistaqsu x’jistgħu jagħtu lura lill-​Aqwa Sultan u Donatur, Alla Jehovah. Il-​Bibbja turi li l-​aħjar għotja li nistgħu nagħtu lil Jehovah huwa “sagrifiċċju taʼ tifħir.” (Lhud 13:15) Għala? Għaliex dan is-​sagrifiċċju għandu x’jaqsam direttament mas-​salvazzjoni tal-​ħajja, li huwa dak li Jehovah prinċipalment għandu f’moħħu f’dan iż-​żmien tat-​tmiem. (Eżekjel 18:23) Iktar minn hekk, li wieħed jagħti minn saħħtu u ħinu biex jgħin lill-​morda, id-​dipressi, u oħrajn huwa sagrifiċċju aċċettabbli.—1 Tessalonikin 5:14; Lhud 13:16; Ġakbu 1:27.

Il-​kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom sehem fundamentali. Permezz tagħhom tkun tistaʼ ssir il-​produzzjoni taʼ Bibbji, letteratura bbażata minn fuq il-​Bibbja, u jinkisbu postijiet fejn il-​Kristjani jistgħu jiltaqgħu. (Lhud 10:24, 25) Il-​kontribuzzjonijiet jipprovdu wkoll fondi għall-​għajnuna biex jgħinu lill-​vittmi tal-​gwerer u d-​diżastri naturali.

Biex tiggwidana fil-​kwistjoni taʼ l-​għoti, il-​Kelma t’Alla tiddeskrivi xi prinċipji mill-​aħjar. Per eżempju, tgħallimna li l-​Kristjani ma jagħtux xi ammont fiss, imma dak li jistgħu jagħtu b’mod raġunevoli. Dan jagħmluh għax iridu, b’qalb ferrieħa. (2 Korintin 9:7) Xi wħud jistgħu jagħtu ħafna; oħrajn, bħal dik l-​armla fil-​bżonn fi żmien Ġesù, forsi jistgħu jagħtu biss ftit. (Luqa 21:2-4) M’hijiex xi ħaġa taʼ l-​għaġeb li Jehovah​—Sid l-​univers kollu—​japprezza kull rigal u sagrifiċċju li jingħata b’motiv tajjeb u f’ismu?—Lhud 6:10.

Sabiex ikunu jistgħu jagħtu bil-​ferħ, in-​nies taʼ Jehovah jinżammu informati bid-​diversi bżonnijiet u bil-​modi effettivi li bihom jistgħu jiġu ssodisfati dawk il-​bżonnijiet. L-​ispirtu qaddis taʼ Jehovah, imbagħad, iqanqal lil qlub disposti biex jirreaġixxu. F’Iżrael tal-​qedem din il-​proċedura ġiet segwita fil-​bini tat-​tabernaklu u, iktar tard, tat-​tempju. (Eżodu 25:2; 35:5, 21, 29; 36:5-7; 39:32; 1 Kronaki 29:1-19) Fl-​ewwel seklu E.K., dik l-​istess proċedura għenet lill-​Kristjani biex ikollhom ir-​riżorsi li kellhom bżonn ħalli jwasslu l-​aħbar tajba tas-​Saltna lill-​ġnus u jappoġġaw lill-​aħwa f’Iżrael meta kien hemm il-​ġuħ fil-​pajjiż.—1 Korintin 16:2-4; 2 Korintin 8:4, 15; Kolossin 1:23.

Bl-​istess mod illum, Jehovah bierek lill-​poplu tiegħu, u hu se jkompli jberikhom, billi jagħtihom dak li jeħtieġu biex ilestu l-​akbar kampanja taʼ ppridkar u tagħlim li qatt rat id-​dinja.—Mattew 24:14; 28:19, 20.

X’Inhuma l-​Bżonnijiet taʼ Bħalissa?

F’dawn l-​aħħar snin ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġew reġistrati f’ħafna pajjiżi fejn ix-​xogħol tagħhom qabel kien ristrett. Bħala riżultat, ħafna minn dawn il-​pajjiżi raw żjieda tremenda fl-​għadd taʼ pubblikaturi. Bir-​raġun, hemm domanda kbira għal Bibbji u letteratura bbażata minn fuq il-​Bibbja.

L-​istess għas-​Swali tas-​Saltna. Bħalissa hemm bżonn taʼ xi 9,000 Sala tas-​Saltna ġdida madwar id-​dinja. Kieku kellha tinbena Sala tas-​Saltna kuljum, kieku jieħdu iktar minn 24 sena biex jintlaħqu l-​bżonnijiet preżenti! Sadattant, madwar sebaʼ kongregazzjonijiet ġodda qed jiġu fformati kuljum. Ħafna minnhom qed jifformaw fi nħawi fid-​dinja fejn il-​finanzi huma limitati. Mill-​banda l-​oħra, ħafna minn dawn il-​postijiet ma jeħtiġux bini għali. F’xi postijiet, Sala tas-​Saltna li tissodisfa l-​bżonn u li sservi bħala xiehda tajba għall-​komunità tistaʼ titlesta b’$6,000 [Lm2,308] biss.

Fl-​ewwel seklu, ċerti Kristjani kienu tat-​tajjeb finanzjarjament iktar minn oħrajn, u għalhekk l-​appostlu Pawlu kiteb: “Bħalissa ħallu ż-​żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-​nieqes taʼ dawk li ma għandhomx, biex iż-​żejjed tagħhom għad ikun jistaʼ jpatti għan-​nieqes tagħkom. U hekk ikun kulħadd indaqs.” (2 Korintin 8:14) Illum, billi kulħadd ikun “indaqs” qed jiġu provduti fondi meħtiġin biex isiru disponibbli Bibbji, letteratura Biblika, Swali tas-​Saltna, għajnuna wara xi diżastri, u affarijiet oħrajn f’ħafna nħawi tad-​dinja. X’barka hu dan l-​għoti​—kemm għal min jagħti u kemm għal min jirċievi!—Atti 20:35.

Bħalma jindikaw l-​ittri li tirċievi s-​Soċjetà minn nies taʼ qalbhom ġeneruża, ħafna qarrejja taʼ din ir-​rivista jixtiequ jgħinu imma m’humiex ċerti kif jistgħu jagħtu l-​kontribuzzjonijiet. Bla dubju l-​kaxxa t’hawn se tgħin biex twieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

Matul ir-​renju glorjuż taʼ Salamun, “[i]s-​slaten kollha taʼ l-​art” li semgħu bih ġew jarawh. Madankollu, il-​Bibbja ssemmi ħakkiema waħda biss​—is-​sultana taʼ Saba. (2 Kronaki 9:23) X’sagrifiċċju għamlet! Imma hi ġiet imbierka bil-​kbir​—tant hu veru li fi tmiem iż-​żjara tagħha “baqgħet miblugħa.”—2 Kronaki 9:4.

Fil-​futur, Jehovah, l-​Aqwa Sultan u Donatur, se jagħmel ħafna iktar għal dawk li jagħmlulu sagrifiċċji minn dak li qatt setaʼ għamel Salamun. Huma se jirreaġixxu billi ‘jibqgħu miblugħin,’ għax Jehovah mhux talli se jħallihom jgħaddu ħajjin mill-​jum tiegħu taʼ ġudizzju li jqanqal il-​biżaʼ imma mbagħad se ‘jiftaħ idu u jxabbaʼ ’l kulħadd bil-​ġid.’—Salm 145:16.

[Kaxxa f’paġna 22]

Modi kif xi Wħud Jagħżlu li Jagħtu

KONTRIBUZZJONIJIET GĦAX-​XOGĦOL MAD-​DINJA KOLLHA

ĦAFNA jwarrbu, jew ifaddlu, ammont li jitfgħuh fil-​kaxxi tal-​kontribuzzjoni msejħin “Kontribuzzjonijiet għax-​Xogħol tas-​Soċjetà mad-​Dinja Kollha—Mattew 24;14.” Kull xahar il-​kongregazzjonijiet jibagħtu dawn l-​ammonti jew lill-​kwartieri ġenerali dinjin fi Brooklyn, New York, jew lill-​uffiċċju lokali.

Donazzjonijiet volontarji taʼ flus jistgħu wkoll jintbagħtu direttament lil IBSA House, Triq il-​Waqqafa, Mosta, MST 02. Ġojjelli jew affarijiet prezzjużi oħrajn jistgħu jingħataw bħala donazzjoni wkoll. Maʼ dawn il-​kontribuzzjonijiet għandha tintbagħat ittra qasira li tistqarr li din hija għotja għalkollox.

ARRANĠAMENT GĦAL DONAZZJONI B’KUNDIZZJONI

Jistgħu jingħataw flus lill-​Watch Tower Society b’arranġament speċjali li bih id-​donazzjoni tingħata lura lid-​donatur, f’każ li jiġi bżonnha personalment. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja l-​indirizz imniżżel hawn fuq.

IPPJANAR KARITATTIV

Minbarra l-​għotjiet taʼ flus għalkollox u donazzjonijiet taʼ flus b’kundizzjoni, hemm metodi oħrajn kif wieħed jagħmel għotjiet li jkunu taʼ benefiċċju għas-​servizz tas-​Saltna mad-​dinja kollha. Dawn jinkludu:

Assigurazzjoni: ll-​Watch Tower Society tistaʼ tiġi intitolata bħala l-​benefiċjarja tal-​polza t’assigurazzjoni fuq il-​ħajja jew fi pjan taʼ pensjoni jew irtirar mix-​xogħol.

Kontijiet Bankarji: Kontijiet bankarji, ċertifikati taʼ depożitu, jew kontijiet individwali taʼ rtirar mix-​xogħol jistgħu jitpoġġew b’fedekommess għall-​Watch Tower Society jew jintgħamlu pagabbli mal-​mewt lilha, fi qbil mal-​ħtiġijiet lokali tal-​bank.

Ishma u Titoli: Jistgħu jingħataw ishma u titoli bħala donazzjoni lill-​Watch Tower Society jew bħala għotja għalkollox jew taħt arranġament fejn id-​dħul ikompli jitħallas lid-​donatur.

Propjetà Immobbli: Propjetà immobbli li tistaʼ tinbiegħ tistaʼ tingħata bħala donazzjoni lill-​Watch Tower Society jew billi ssir għotja għalkollox, jew billi l-​propjetà tinżamm tul il-​ħajja tad-​donatur, li jkun jistaʼ jkompli jgħix fiha matul ħajtu. Dak li jkun għandu jikkuntattja lis-​Soċjetà qabel ma jagħmel xi kuntratt biex jagħti l-​propjetà immobbli lis-​Soċjetà.

Testmenti u Fedekommessi: Jistgħu jitħallew b’testment xi propjetà jew flus lill-​Watch Tower Society permezz ta’ testment effettwat bil-​liġi, jew is-​Soċjetà tistaʼ tissejjaħ bħala benefiċjarja taʼ ftehim fedekommess. Fedekommess li jkun taʼ benefiċċju għal organizzazzjoni reliġjuża jistaʼ jipprovdi ċerti vantaġġi mit-​taxxi.

Bħalma jimplika t-​terminu “ppjanar karitattiv,” dawn it-​tipi taʼ donazzjonijiet jirrikjedu tipikament xi ppjanar min-​naħa tad-​donatur. Is-​Soċjetà ħejjiet browxer bl-​lngliż intitolat Planned Giving to Benefit Kingdom Service Worldwide biex tgħin lil individwi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi forma taʼ ppjanar karitattiv għall-​benefiċċju tas-​Soċjetà. Il-​browxer inkiteb sabiex iwieġeb il-​ħafna mistoqsijiet li waslu għand is-​Soċjetà rigward għotjiet, testmenti, u fedekommessi. Fih ukoll iktar informazzjoni utli dwar ippjanar taʼ propjetà, finanzi, u taxxi. U huwa disinjat biex jgħin lil individwi fl-​lstati Uniti li qed jippjanaw biex jagħmlu għotja speċjali lis-​Soċjetà issa jew li jħallu testment mal-​mewt, biex jintgħażel l-​iktar metodu vantaġġuż u effiċjenti billi jiġu kunsidrati ċ-​ċirkustanzi tal-​familja tagħhom u dawk persunali. Dan il-​browxer jistaʼ jinkiseb billi titlob kopja direttament miċ-​Charitable Planning Office.

Wara li qraw il-​browxer u kkonsultaw maċ-​Charitable Planning Office, ħafna setgħu jassistu lis-​Soċjetà u fl-​istess ħin jieħdu l-​massimu mill-​benefiċċji marbutin mat-​taxxi talli għamlu dan. Iċ-​Charitable Planning Office għandu jiġi informat bi kwalunkwe dokument rilevanti Ii jkollu x’jaqsam maʼ xi arranġament minn dawn u jirċievi kopja tiegħu. Jekk int interessat f’xi wieħed minn dawn l-​arranġamenti taʼ ppjanar karitattiv, għandek tikkuntattja liċ-​Charitable Planning Office, jew b’ittra jew bit-​telefon, fl-​indirizz t’hawn taħt jew taʼ l-​uffiċċju tas-​Soċjetà li jservi lil pajjiżek.

CHARITABLE PLANNING OFFICE

Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania

100 Watchtower Drive,Patterson, New York 12563-​9204

Telefon: (914) 306—1000

[Stampi f’paġna 23]

L-​attivitajiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah huma appoġġati minn donazzjonijiet volontarji

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja