LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 3/15 p. 29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jum il-Vendetta t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • “Żommu l-Paċi mal-Bnedmin Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Hija l-Vendetta Ħaġa Ħażina?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 3/15 p. 29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

F’Rumani 12:​19, kien l-​appostlu Pawlu qed jindika li l-​Kristjani m’għandhomx jinkorlaw meta qal: “Tivvendikawx ruħkom b’idejkom, . . . imma ħallu l-​[“wisaʼ għall-​,” KŻ] korla”?

Mhux eżattament. Hawnhekk l-​appostlu Pawlu kien qed jirreferi għall-​korla t’Alla. M’għandniex xi ngħidu, dan ma jfissirx li ma jkun ġara xejn jekk il-​Kristjani jċedu għar-​rabja. Il-​Bibbja twissina b’mod ċar kontra li ninkorlaw. Ikkunsidra xi ftit pariri divini.

“Ħallik mill-​korla u la tirrabjax; tinkedd xejn, għax deni jiswielek.” (Salm 37:8) Il-​“kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh.” (Mattew 5:22) “L-​għemejjel tal-​ġisem huma magħrufa: żína, faħx, nuqqas taʼ rażan, idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied, għira, korla.” (Galatin 5:​19, 20) “Mrar, saħna, korla, tagħjir, għajat, dan kollu warrbuh minnkom.” (Efesin 4:31) “Araw li kull bniedem ikun ħafif biex jismaʼ, tqil biex jitkellem, tqil biex jinkorla.” (Ġakbu 1:19) Barra minn hekk, il-​ktieb taʼ Proverbji jwissina ripetutament kontra li nħallu l-​korla tirbaħna jew li nirrabjaw malajr fuq offiżi żgħar u żbalji umani.—Proverbji 12:16; 14:​17, 29; 15:1; 16:32; 17:14; 19:​11, 19; 22:24; 25:28; 29:22.

Il-kuntest taʼ Rumani 12:19 huwa fi qbil maʼ dawn il-​pariri. Pawlu rrikkmanda li mħabbitna tkun mingħajr ipokresija, li nbierku lil dawk li jippersegwitawna, li nipprovaw naħsbu tajjeb dwar oħrajn, li ma npattux deni b’deni, u li nħabirku biex inkunu paċifiċi maʼ kulħadd. Hu mbagħad ħeġġeġ: “Tivvendikawx ruħkom b’idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-​[“wisaʼ għall-​,” KŻ] korla taʼ Alla . . . , għax hemm miktub: ‘Għalija l-​vendetta, jiena nħallas, jgħid il-​Mulej.’”—Rumani 12:​9, 14, 16-19.

Iva, aħna ma rridux inħallu r-​rabja tqanqalna biex inpattu b’atti taʼ vendetta. L-​għarfien tagħna tas-​sitwazzjonijiet u s-​sens tagħna taʼ ġustizzja huma imperfetti. Jekk aħna nħallu r-​rabja tqanqalna għal atti taʼ vendetta, taʼ spiss nispiċċaw biex nagħmlu l-​ħażin. Inkunu qed ngħinu lill-​Avversarju t’Alla, ix-​Xitan, jilħaq il-​mira tiegħu. Pawlu kiteb ukoll: “Tinkurlaw? Imma tidinbux; tħallux ix-​xemx tgħib fuq il-​korla tagħkom, u tagħtux il-​wisaʼ lix-​xitan.”—Efesin 4:​26, 27.

L-aħjar mod, l-​iktar wieħed għaqli, hu li nħallu lil Alla jiddetermina meta u fuq min se sseħħ il-​vendetta. Hu jistaʼ jagħmel dan b’għarfien sew tal-​fatti, u kwalunkwe tpattija se tirrifletti l-​ġustizzja perfetta tiegħu. Li dan hu l-​punt taʼ Pawlu f’Rumani 12:19 nistgħu narawh meta ninnotaw ir-​referenza tiegħu għal Dewteronomju 32:​35, 41, li tinkludi dan il-​kliem: “Għalija l-​ħlas u l-​vendetta.” (Qabbel Lhud 10:30.) B’hekk, għalkemm il-​kelmiet “taʼ Alla” ma nsibuhomx fit-​test Grieg, diversi traduzzjonijiet moderni daħħluhom f’Rumani 12:19. Dan iwassal biex jinqara hekk, “ħallu lil Alla jagħmel il-​vendetta” (The Contemporary English Version); “agħmlu l-​wisaʼ għall-​korla t’Alla” (American Standard Version); “ħallu lil Alla jikkastiga jekk irid” (The New Testament in Modern English); “agħmlu l-​wisaʼ għall-​ħlas divin.”—The New English Bible.

Anki meta niġu abbużati jew persegwitati mill-​għedewwa tal-​verità, aħna nistgħu nuru fiduċja fid-​deskrizzjoni t’Alla Jehovah li Mosè kien semaʼ: “Jaħweh! Jaħweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-​tjieba u l-​fedeltà. Iħares it-​tjieba għal elf ġenerazzjoni u jaħfer il-​ħażen, id-​dnub u l-​ħtija; imma ma jħalli xejn għaddej.” (Korsiv tagħna.)—Eżodu 34:​6, 7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja