LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 9/1 p. 31
  • Tfittxija fit-Tul Imma Mhux Għalxejn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfittxija fit-Tul Imma Mhux Għalxejn
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Materjal Simili
  • Il-Fidi Tagħha Tinkuraġġixxi lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 9/1 p. 31

Tfittxija fit-​Tul Imma Mhux Għalxejn

“JEHOVAH? Jehovah min hu?” Meta kellha tmien snin, Silvia kienet rat dak l-​isem f’Bibbja bl-​ilsien Armen. Tifla żgħira oħra kienet urietha din il-​Bibbja li kienet meqjusa bħala teżor tal-​familja. Bdiet tistaqsi lil kulħadd fil-​belt taʼ Yerevan, fl-​Armenja, imma ħadd ma setaʼ jgħidilha min hu Jehovah, la l-​ġenituri tagħha, la l-​għalliema fl-​iskola, u lanqas il-​qassisin fil-​knisja fejn kienet tmur.

Silvia kibret, spiċċat mill-​iskola, u bdiet taħdem, imma xorta baqgħet ma tafx min hu Jehovah. Meta kienet żagħżugħa, kellha taħrab mill-​Armenja u, wara xi żmien, sabet ruħha fil-​Polonja, fejn kienet tgħix f’kamra żgħira flimkien maʼ xi refuġjati oħrajn. Lil waħda minn dawk li kienu jaqsmu l-​kamra magħha kien jiġi xi ħadd iżurha regolarment. “Min huma l-​mistidnin tiegħek?” staqsietha Silvia. “Dawn Xhieda taʼ Jehovah u ġew biex jgħallmuni l-​Bibbja,” wiġbitha.

Silvia riedet ittir bil-​ferħ meta semgħet l-​isem Jehovah. Sa fl-​aħħar, bdiet titgħallem min hu Jehovah u kemm hu verament Alla taʼ mħabba. Iżda ftit wara, kellha tħalli l-​Polonja. Fittxet kenn fid-​Danimarka, fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Baħar Baltiku. Ma tantx setgħet iġġorr affarijiet, imma ħadet magħha xi letteratura Biblika maħruġa mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Fuq il-​qoxra taʼ wara taʼ waħda mill-​pubblikazzjonijiet, Silvia sabet lista taʼ indirizzi taʼ xi uffiċċji tal-​fergħa tal-​Watch Tower Society. Kienet waħda mill-​iktar affarijiet importanti li kellha, għax b’hekk setgħet tagħmel kuntatt maʼ Jehovah!

Fid-Danimarka, Silvia ttieħdet f’kamp tar-​refuġjati u minnufih bdiet tfittex lix-​Xhieda taʼ Jehovah. Mil-​lista taʼ l-​indirizzi li kellha saret taf li l-​uffiċċju tal-​fergħa tal-​Watch Tower Society fid-​Danimarka jinsab fil-​belt taʼ Holbæk. Imma dik il-​belt fejn kienet? Silvia ġiet trasferita bil-​ferrovija lejn kamp ieħor u, fi triqitha, il-​ferrovija għaddiet minn Holbæk! Għal darb’oħra, riedet ittir bil-​ferħ.

Jum wieħed ftit wara dan, Silvia qabdet il-​ferrovija lura lejn Holbæk u mxietha mill-​istazzjon sa l-​uffiċċju tal-​fergħa. Għadha tiftakar: “Malli dħalt fil-​ġnien, qgħadt bil-​qegħda fuq bank u għedt bejn u bejn ruħi, ‘Din ġenna taʼ l-​art!’” Fil-​fergħa laqgħuha bil-​qalb, u sa fl-​aħħar xi ħadd setaʼ jibda studju tal-​Bibbja magħha.

Imma reġgħet ġiet trasferita diversi drabi. Minn ċentru tar-​refuġjati għal ieħor, Silvia kellha kull darba tfittex fejn kienu x-​Xhieda taʼ Jehovah u għal darba wara l-​oħra tibda l-​istudju tagħha tal-​Bibbja mill-​ġdid. Xorta waħda, wara sentejn, kienet tgħallmet biżżejjed biex setgħet tiddedika ħajjitha lil Jehovah. Tgħammdet u ma damitx ma daħlet fil-​ministeru full-time. Fl-​1998 l-​awtoritajiet Daniżi tawha l-​kenn li xtaqet.

Silvia llum għandha 26 sena u qed taqdi fil-​post li jfakkarha fil-​Ġenna taʼ l-​Art, jiġifieri, l-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fid-​Danimarka. “X’naqbad ngħid?” tgħid hi issa. “Lil Jehovah kont ili nfittxu mindu kont għadni tifla ċkejkna. Issa sibtu. Kont noħlom li nqattaʼ ħajti fis-​servizz tiegħu, u issa veru qegħda naqdi f’Betel. It-​talba tiegħi hi li din tkun dari għas-​snin li ġejjin!”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja