LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 5/15 p. 27
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • It-Tempju Spiritwali Kbir taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Apprezza l-Privileġġ li Taqdi lil Ġeħova fit-Tempju Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • “Dar it-Talb għall-Ġnus Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Napprezzaw Għala l-Messija Kellu jiġi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 5/15 p. 27

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

“Il-​Post il-​Qaddis [“il-​Qaddis tal-​Qaddisin,” NW]” meta ġie konsagrat, jew midluk, bħalma tbassar f’Danjel 9:24?

Danjel 9:​24-27 hija profezija dwar id-​dehra taʼ “wieħed ikkonsagrat bħala prinċep”—il-​Kristu. Għalhekk, id-​dlik imbassar tal-​“Qaddis tal-​Qaddisin” ma jirreferix għad-​dlik tal-​post l-​Iktar Qaddis tat-​tempju f’Ġerusalemm. Minflok, l-​espressjoni “l-​Qaddis tal-​Qaddisin” tirreferi għas-​santwarju t’Alla fis-​sema—l-​Iktar Qaddis fis-​sema—fit-​tempju spiritwali l-​kbir taʼ Jehovah.a—Lhud 8:​1-5; 9:​2-10, 23.

It-tempju spiritwali t’Alla meta beda jopera? Sewwa, ikkunsidra dak li ġara meta Ġesù ppreżenta ruħu biex jitgħammed fis-​sena 29 E.K. Minn dak il-​mument ’il quddiem, Ġesù wettaq il-​kliem taʼ Salm 40:​7-9 [40:​6-8, NW]. L-​appostlu Pawlu iktar tard indika li Ġesù kien talab lil Alla: “Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx, imma ġisem int ħejjejt għalija.” (Lhud 10:5) Ġesù kien jaf li Alla ‘ma riedx’ li s-​sagrifiċċji taʼ l-​annimali jkomplu jiġu offruti fit-​tempju taʼ Ġerusalemm. Minflok, Jehovah kien ħejja ġisem uman perfett għal Ġesù biex joffrih bħala sagrifiċċju. Waqt li esprima x-​xewqa tiegħu mill-​qalb, Ġesù kompla: “Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla, kif fil-​ktieb hemm miktub fuqi.” (Lhud 10:7) U Jehovah kif wieġeb? L-​Evanġelju taʼ Mattew jgħid: “Ġesù, wara li tgħammed, minnufih talaʼ mill-​ilma; u ara, is-​smewwiet infetħu, u ra l-​Ispirtu taʼ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu. U mis-​smewwiet instamaʼ leħen jgħid: ‘Dan hu Ibni l-​għażiż: fih sibt l-​għaxqa tiegħi.’”—Mattew 3:​16, 17.

Il-fatt li Alla Jehovah aċċetta l-​preżentazzjoni taʼ ġisem Ġesù għas-​sagrifiċċju kien ifisser li beda jeżisti artal akbar mill-​artal letterali li kien hemm fit-​tempju taʼ Ġerusalemm. Dan kien artal tar-​“rieda,” jew l-​arranġament t’Alla biex il-​ħajja umana taʼ Ġesù tiġi aċċettata bħala sagrifiċċju. (Lhud 10:10) Id-​dlik taʼ Ġesù bl-​ispirtu qaddis kien ifisser li Alla kien issa introduċa l-​arranġament kollu tat-​tempju spiritwali tiegħu.b Għaldaqstant, dak in-​nhar li tgħammed Ġesù, l-​għamara t’Alla fis-​sema ġiet midluka, jew imwarrba apparti, bħala “l-​Qaddis tal-​Qaddisin” fl-​arranġament tat-​tempju spiritwali l-​kbir.

[Noti taʼ taħt]

a Għal diskussjoni dwar id-​diversi karatteristiċi tat-​tempju spiritwali t’Alla, ara paġni 21-27 taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju, 1996.

b Dan saret referenza għalih f’paġna 195 tal-​ktieb Oqgħod Attent għall-​Profezija taʼ Danjel!

[Stampa f’paġna 27]

“Il-​Qaddis tal-​Qaddisin” ġie midluk meta tgħammed Ġesù

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja