LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 8/1 pp. 4-6
  • Għala Temmen Dak li Temmen?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Temmen Dak li Temmen?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Imrobbi f’Dak it-​Twemmin?
  • Mgħallem biex Taċċetta t-​Twemmin taʼ l-​Esperti?
  • Influwenzat mill-​Mezzi taʼ Komunikazzjoni?
  • Insibu Bażi Soda għat-​Twemmin
  • Int Għandek Dritt għat-Twemmin Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Il-Fidi u r-Raġuni Huma Inkompatibbli?
    Stenbaħ!—2011
  • Tagħmel Ħażin Jekk Tbiddel ir-Reliġjon Tiegħek?
    Stenbaħ!—2009
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 8/1 pp. 4-6

Għala Temmen Dak li Temmen?

Li temmen ġie definit bħala “li taċċetta bħala veru, ġenwin, jew reali.” Id-​Dikjarazzjoni Universali tad-​Drittijiet tal-​Bniedem tal-​Ġnus Magħquda tiddefendi d-​“dritt tal-​ħsieb, kuxjenza u reliġjon” taʼ kull bniedem. Dan id-​dritt jinkludi l-​libertà li wieħed “ibiddel ir-​reliġjon jew it-​twemmin tiegħu,” jekk ikun irid jagħmel hekk.

IŻDA, għala għandu xi ħadd ikun irid ibiddel ir-​reliġjon jew it-​twemmin tiegħu? Ħafna nies jgħidulek: “Jien għandi t-​twemmin tiegħi, u kuntent bih.” Bosta jħossu li anki jekk it-​twemmin ikun żbaljat, dan ma se jagħmel ħsara lil ħadd. Per eżempju, billi xi ħadd jemmen li l-​art hija ċatta mhux se jweġġaʼ la lilu nnifsu u lanqas lil ħaddieħor. Xi wħud jgħidu: “Għandna sempliċement naċċettaw il-​fatt li ħaddieħor jistaʼ ma jaqbilx magħna.” Huwa dejjem għaqli li tagħmel hekk? Ikun raġunevoli li tabib sempliċement jaċċetta l-​fatt li xi wieħed mill-​kollegi tiegħu għadu jemmen li jistaʼ jmur jeżamina l-​pazjenti morda tiegħu f’xi sala taʼ l-​isptar dritt wara li jkun għamel xi awtopsja?

Fil-każ tar-​reliġjon, naqraw fl-​istorja li twemmin żbaljat għamel ħsara kbira. Aħseb ftit dwar l-​affarijiet orribbli li seħħew meta mexxejja reliġjużi “qanqlu lill-​Kristjani fanatiċi biex iwettqu vjolenza bla ħniena” matul l-​hekk imsejħa Kruċjati Qaddisa fil-​Medju Evu. Jew inkella dwar il-​ġellieda “Kristjani” taʼ żmienna fi gwerra ċivili reċenti li, “preċiż bħall-​gwerriera tal-​Medju Evu li kienu jiktbu l-​ismijiet tal-​qaddisin fuq il-​manku tax-​xwabel tagħhom, waħħlu s-​santi tal-​Madonna mal-​manku taʼ l-​ixkubetti tagħhom.” Dawn in-​nies fanatiċi kienu jemmnu li qed jagħmlu t-​tajjeb. Iżda, ovvjament, kemm f’dan it-​taqbid u l-​ġlied reliġjuż u kemm fi ġlied ieħor, kien hemm xi ħaġa żbaljata ferm.

Għala hawn daqshekk konfużjoni u ġlied? Ir-​risposta tal-​Bibbja hi li Satana x-​Xitan hu “l-​qarrieq tad-​dinja kollha.” (Apokalissi 12:9; 2 Korintin 4:4; 11:3) L-​appostlu Pawlu wissa li ħafna nies reliġjużi, sfortunatament, kellhom ikunu “kundannati għall-​qerda” għaliex Satana kien se jqarraq bihom, billi “jagħmel mirakli u għeġubijiet bil-​ħsieb li jqarraq bihom.” Dawn l-​uħud, jgħid Pawlu, kienu se “jagħlqu moħħhom għall-​imħabba tal-​verità li setgħet salvathom,” u b’hekk ġew ‘imqarrqin biex jemmnu dak li hu gidba.’ (2 Tessalonikin 2:​9-​12, The New Testament tradott minn William Barclay) Kif tistaʼ tnaqqas il-​possibbiltà li temmen gidba? Fil-​fatt, għala temmen dak li temmen?

Imrobbi f’Dak it-​Twemmin?

Forsi l-​familja tiegħek rabbietek b’ċertu twemmin. Din tistaʼ tkun xi ħaġa tajba. Alla jrid li l-​ġenituri jgħallmu lil uliedhom. (Dewteronomju 6:​4-9; 11:​18-21) Per eżempju, iż-​żagħżugħ Timotju bbenefika ferm talli kien jismaʼ minn dak li kienu jgħidulu ommu u nanntu. (2 Timotju 1:5; 3:​14, 15) L-​Iskrittura tinkuraġġixxi r-​rispett lejn dak li jemmnu l-​ġenituri. (Proverbji 1:8; Efesin 6:1) Imma jridek il-​Ħallieq tiegħek temmen xi ħaġa sempliċement għax jemmnuha l-​ġenituri tiegħek? Jekk tkompli tipprattika bl-​amment dak li kienu jemmnu u jagħmlu l-​ġenerazzjonijiet taʼ qabel tistaʼ, fil-​fatt, tkun fil-​periklu.—Salm 78:8; Għamos 2:​4, Saydon.

Il-​mara Samaritana li ltaqgħet maʼ Ġesù Kristu kienet temmen li r-​reliġjon Samaritana li trabbiet fiha kienet it-​tajba. (Ġwann 4:20) Ġesù rrispetta li hi kellha l-​libertà li tagħżel dak li riedet temmen, imma fl-​istess ħin qalilha: “Intom taduraw lil dak li ma tafux.” Ħafna minn dak li kienet temmen kien fil-​fatt żbaljat, u hu qalilha li kien se jkollha tagħmel xi bidliet fit-​twemmin tagħha jekk riedet tqim lil Alla bil-​mod li Hu jaċċetta—“fl-​ispirtu u l-​verità.” Minflok ma baqgħet tħaddan it-​twemmin li bla dubju kienet tgħożż ħafna, hi u oħrajn bħalha, maż-​żmien, kellhom isiru ubbidjenti għall-​fidi li ġiet rivelata permezz taʼ Ġesù Kristu.—Ġwann 4:​21-24, 39-41; Atti 6:7.

Mgħallem biex Taċċetta t-​Twemmin taʼ l-​Esperti?

Ħafna għalliema u awtoritajiet f’oqsma speċjalizzati taʼ tagħlim jixirqilhom kull rispett. Madankollu, l-​istorja mimlija eżempji t’għalliema magħrufin li kienu assolutament żbaljati. Per eżempju, rigward iż-​żewġ kotba dwar kwistjonijiet xjentifiċi li nkitbu mill-​filosfu Grieg Aristotele, il-​kittieb taʼ l-​istorja Bertrand Russell stqarr li “bil-​kemm hemm sentenza waħda f’kull wieħed minnhom li tistaʼ tiġi aċċettata fid-​dawl tax-​xjenza moderna.” Saħansitra l-​awtoritajiet taʼ żmienna taʼ spiss jaslu għal konklużjonijiet żbaljati li jbellhuk. “Inġenji taʼ l-​ajru li huma itqal mill-​arja huma impossibbli,” kienet id-​dikjarazzjoni li għamel ix-​xjenzat Britanniku Lord Kelvin fl-​1895. Għalhekk, bniedem għaqli ma jaqbadx u jemmen b’għajnejh magħluqa li xi ħaġa hija vera sempliċement għax xi għalliem li għandu ċerta awtorità jkun qalha.—Salm 146:3.

Hi meħtieġa l-​istess attenzjoni meta niġu għal edukazzjoni reliġjuża. L-​appostlu Pawlu rċieva edukazzjoni għolja mingħand l-​għalliema reliġjużi tiegħu u tgħidx kemm kien ‘imġennen għat-​tradizzjonijiet taʼ missirijietu.’ Madankollu, iż-​żelu li kellu għat-​twemmin tradizzjonali taʼ l-​antenati tiegħu, fil-​fatt, ħoloqlu ħafna problemi. Wasslu biex ‘jippersegwita bis-​sħiħ il-​knisja taʼ Alla u fittex li jħarbatha.’ (Galatin 1:​13, 14; Ġwann 16:​2, 3) Agħar minn hekk, Pawlu dam ħafna ‘jeħodha kontra n-​niggieża,’ billi baqaʼ jirreżisti l-​influwenzi li suppost wassluh biex jemmen f’Ġesù Kristu. Kien hemm bżonn taʼ ndħil drammatiku minn Ġesù nnifsu biex iqanqal lil Pawlu jirranġa t-​twemmin tiegħu.—Atti 9:​1-6; 26:14.

Influwenzat mill-​Mezzi taʼ Komunikazzjoni?

Forsi l-​mezzi tax-​xandir influwenzawk ħafna f’dak li temmen. Il-​biċċa l-​kbira min-​nies jieħdu gost bil-​libertà tal-​kelma fuq il-​mezzi tax-​xandir, u dan jgħinhom jiksbu informazzjoni li tistaʼ tkun utli. Madankollu, hemm forzi setgħana li jistgħu jikkontrollaw il-​mezzi tax-​xandir, u taʼ spiss hekk jagħmlu. Dak li taʼ spiss jiġi preżentat ikun informazzjoni preġudikata li tistaʼ tkun taʼ periklu għax teffettwalek il-​mod taʼ kif taħsibha bla ma lanqas biss tinduna.

Barra minn hekk, biex jogħġbu jew jiġbdu iktar semmiegħa, dawn il-​mezzi tax-​xandir jipprovaw jagħtu iktar importanza lil xi ħaġa li toħloq sensazzjoni fost in-​nies u li tkun mhux tas-​soltu. Dak li ftit tas-​snin ilu ma kienx jistaʼ jingħad fil-​pubbliku jew jiġi pubblikat, illum sar xi ħaġa komuni. Bil-​qajla l-​qajla, il-​livelli normali taʼ l-​imġiba qed jiġu attakkati u qed jitilfu l-​valur tagħhom. Il-​mod kif jaħsibha l-​bniedem bil-​mod il-​mod qed jinqaleb taʼ taħt fuq. Qed jibdew isejħu “tajjeb il-​ħażin, u ħażin it-​tajjeb.”—Isaija 5:20; 1 Korintin 6:​9, 10.

Insibu Bażi Soda għat-​Twemmin

Meta wieħed jibni fuq l-​ideat u l-​filosofiji tal-​bniedem ikun bħallikieku qed jibni fuq ir-​ramel. (Mattew 7:26; 1 Korintin 1:​19, 20) Allura, fuq xiex tistaʼ int b’fiduċja sħiħa tibbaża t-​twemmin tiegħek? Ladarba Alla tak il-​kapaċità li tħaddem moħħok biex tiskopri d-​dinja taʼ madwarek u tistaqsi mistoqsijiet dwar kwistjonijiet spiritwali, ma jagħmilx sens li hu se jipprovdilek ukoll mezz biex issib tweġibiet preċiżi għall-​mistoqsijiet tiegħek? (1 Ġwann 5:20) Iva, dażgur li hekk jagħmel! Iżda, kif tistaʼ tara x’inhu veru, ġenwin, jew reali fejn tidħol il-​qima? Bla tlaqliq ngħidu li l-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, tipprovdi l-​unika bażi għal dan.—Ġwann 17:17; 2 Timotju 3:​16, 17.

“Imma stenna ftit,” xi ħadd forsi jgħid, “m’humiex dawk l-​istess nies li għandhom il-​Bibbja li qanqlu l-​iktar ġlied u konfużjoni fid-​dinja?” Iva, veru li xi mexxejja reliġjużi li jsostnu li qed jimxu fuq il-​Bibbja ħarġu b’ideat li jħawduk u li ma jaqblux. Fil-​fatt, dan hu għaliex huma ma bbażawx it-​twemmin tagħhom fuq il-​Bibbja. L-​appostlu Pietru jiddeskrivihom bħala “profeti foloz” u “għalliema foloz” li kienu se joħolqu “firdiet [jew, setet], li jġibu l-​qerda.” Minħabba l-​attivitajiet tagħhom, jgħid Pietru, ‘it-​triq tal-​verità se tkun imkasbra.’ (2 Pietru 2:​1, 2) Minkejja dan, jikteb Pietru, “għandna mwettqa aħjar il-​kelma tal-​profeti. Tagħmlu sewwa jekk toqogħdu attenti għaliha; hi bħal fanal li jagħti d-​dawl f’post mudlam.”—2 Pietru 1:19; Salm 119:105.

Il-Bibbja tinkuraġġina biex naraw jekk it-​twemmin tagħna huwiex fi qbil maʼ dak li tgħallem hi. (1 Ġwann 4:1) Il-​miljuni taʼ qarrejja taʼ din ir-​rivista jistgħu jixhdu li, talli għamlu dan, ħajjithom għandha iktar skop u hija iktar stabbli. Mela, kun bħan-​nies taʼ Berija li kienu iktar taʼ moħħ nobbli. ‘Eżamina bir-​reqqa l-​Iskrittura kuljum’ qabel tiddeċiedi x’għandek temmen jew ma temminx. (Atti 17:​11, NW) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jkunu ferħanin li jgħinuk tagħmel dan. M’għandniex xi ngħidu, id-​deċiżjoni hija tiegħek, int trid tiddeċiedi x’temmen u ma temminx. Madankollu, it-​triq għaqlija hi li tkun ċert li t-​twemmin tiegħek jiġi msawwar, mhux skond l-​għerf u x-​xewqat tal-​bniedem, imma, minflok, skond il-​Kelma tal-​verità rivelata minn Alla.—1 Tessalonikin 2:13; 5:​21, NW.

[Stampi f’paġna 6]

Int tistaʼ bil-​fiduċja kollha tibbaża t-​twemmin tiegħek fuq il-​Bibbja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja