LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 11/1 pp. 3-4
  • Għala Hu Daqshekk Diffiċli biex Titlob Skuża?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Hu Daqshekk Diffiċli biex Titlob Skuża?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Kif titlob maħfra
    Stenbaħ!—2015
  • Għandek Verament Għalfejn Titlob Apoloġija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • L-Apoloġija—Mod Effettiv biex Tagħmel Paċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kif Ikollok Żwieġ Ferħan: Itlob Maħfra
    Għajnuna għall-Familja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 11/1 pp. 3-4

Għala Hu Daqshekk Diffiċli biex Titlob Skuża?

F’LULJU tas-​sena 2000, il-​Leġislatura taʼ l-​Istat taʼ Kalifornja fl-​Istati Uniti għaddiet liġi mfassla biex teħles lin-​nies mir-​responsabbiltà jekk jesprimu simpatija lejn individwu li jkun weġġaʼ f’aċċident li kienu mdaħħlin fih huma wkoll. Għala din il-​leġislazzjoni? Ġie notat li meta aċċident jikkaġuna feriti jew ħsara, in-​nies spiss jaħsbuha darbtejn biex jitolbu skuża għax jibżgħu li b’hekk fil-​qorti jistgħu jitqiesu bħala li jkunu qed jammettu li għandhom tort. Mill-​banda l-​oħra, dawk li jħossu li għandhom jintalbu skuża fil-​pront jistgħu jieħdu għalihom, u aċċident żgħir jistaʼ jinbidel fi kwistjoni kbira.

M’għandniex xi ngħidu, m’hemmx għalfejn titlob skuża għal aċċident li ma jsirx ħtija tiegħek. U jistaʼ jkun hemm drabi meta l-​iktar ħaġa għaqlija tkun li toqgħod attent x’tgħid. Proverbju qadim jgħid: “Il-​kliem żejjed m’hux nieqes mill-​ħtija; meqjus fi kliemu min hu bil-​għaqal.” (Proverbji 10:19; 27:12) Xorta waħda, tistaʼ tkun dħuli u tgħin.

Iżda, m’huwiex minnu li ħafna nies ma baqgħux jitolbu skuża, anki meta ma jkunux involuti każi fil-​qorti? Fid-​dar, mara miżżewġa tistaʼ tilmenta, ‘Jagħmel x’jagħmel, żewġi qatt ma jitlob skuża.’ Fuq ix-​xogħol, mgħallem jistaʼ jilmenta, ‘L-​impjegati tiegħi ma jammettuhomx l-​iżbalji tagħhom, u rari jgħidu li jiddispjaċihom.’ Fl-​iskola, għalliem jistaʼ jirrapporta, ‘It-​tfal m’humiex imħarrġin biex jgħidu skużani.’

Raġuni waħda għala individwu jaħsibha darbtejn biex jitlob skuża tistaʼ tkun il-​biżaʼ li ma jiġix aċċettat. Il-​ħsieb li jiġi mwarrab xejn ma jinżillu tajjeb, u għalhekk għandu mnejn ma jesprimix kif iħossu tassew. Fil-​fatt, l-​individwu li kien imweġġaʼ għandu mnejn jevita għalkollox lil min offendieh, u b’hekk ir-​rikonċiljazzjoni ssir diffiċli ferm.

Il-fatt li ma jagħtux kas is-​sentimenti taʼ ħaddieħor jistaʼ jkun raġuni oħra għala xi wħud jaħsbuha darbtejn biex jitolbu skuża. Għandhom mnejn jirraġunaw, ‘Imbilli nitlob skuża m’iniex se nreġġaʼ lura l-​iżball oħxon li għamilt diġà.’ Jerġaʼ hemm oħrajn li jaħsbuha darbtejn biex jgħidu li jiddispjaċihom minħabba l-​konsegwenzi li jistgħu jiġu wara. Huma jgħidu bejnhom u bejn ruħhom, ‘Tgħid se ninżamm responsabbli u nintalab biex nikkumpensa?’ Madankollu, l-​akbar ostaklu biex wieħed jammetti li jkun żbalja huwa l-​kburija. Individwu li jkun kburi żżejjed biex jgħid “Jiddispjaċini” jistaʼ fi kliem ieħor jikkonkludi, ‘Ma rridx nitlef ġieħi billi nammetti li żbaljajt. Dan kieku jdgħajjef il-​pożizzjoni tiegħi.’

Hi x’inhi r-​raġuni, ħafna jsibuha diffiċli biex ilissnu kliem t’apoloġija. Imma huwa tassew bżonnjuż li titlob skuża? X’inhuma l-​benefiċċji meta tagħmel apoloġija?

[Stampa f’paġna 3]

“It-​tfal m’humiex imħarrġin biex jgħidu skużani”

[Stampa f’paġna 3]

“L-​impjegati tiegħi ma jammettuhomx l-​iżbalji tagħhom”

[Stampa f’paġna 3]

“Żewġi qatt ma jitlob skuża”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja