LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 3/15 pp. 8-9
  • Qabel u Wara- Ħajjitha Nbidlet Għalkollox

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qabel u Wara- Ħajjitha Nbidlet Għalkollox
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Kif Xi Wħud Ħadu t-Tweġibiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 3/15 pp. 8-9

“Ersqu Lejn Alla, U Hu Jersaq Lejkom”

Qabel u Wara- Ħajjitha Nbidlet Għalkollox

KEMM kienet saret taʼ dwejjaq u bla skop il-​ħajja għal Matsepang! Hi kienet naqra taʼ tifla fil-​Lesoto, pajjiż fil-​qalba taʼ l-​Afrika t’Isfel. Matsepang trabbiet bħala Kattolika. Madankollu, minflok ma ġiet megħjuna tersaq qrib t’Alla, għal snin sħaħ is-​sorijiet kienu jabbużaw minnha billi jużaw il-​flus ħalli jħajruha tieħu sehem f’atti immorali.

B’riżultat t’hekk, Matsepang baqgħet diżappuntata bir-​reliġjon u ma setgħetx tniżżilha li kien hemm Ħallieq li jħobb u li jimpurtah ġenwinament mill-​bnedmin li ħalaq. Minħabba l-​abbandun u l-​abbuż li sofriet, Matsepang batiet ħafna emozzjonalment u kienet tħossha li ma tiswa assolutament għalxejn. Meta kibret saret vjolenti u aggressiva ħafna. Dan wassalha għall-​kriminalità.

Maż-żmien Matsepang issieħbet maʼ klikka u kienet tmur magħhom tisraq l-​affarijiet tan-​nies minn fuq il-​ferroviji. Hi ġiet arrestata u ntbagħtet il-​ħabs fl-​Afrika t’Isfel. Iktar tard, ġiet deportata lejn art twelidha, il-​Lesoto, u hemmhekk kompliet tgħix ħajja taʼ kriminalità, sokor, vjolenza, u immoralità.

Darba minnhom Matsepang kienet għaddejja minn perijodu ikrah ħafna f’ħajjitha, u talbet lil Alla b’mod iddisprat biex jgħinha. Hi wegħditu, “Alla, jekk nibqaʼ ħajja, nagħmel kulma nistaʼ biex naqdik.”

Ftit taż-​żmien wara, Matsepang ġiet avviċinata minn missjunarji li kienu Xhieda taʼ Jehovah. Huma offrewlha li jistudjaw il-​Bibbja magħha. Minn dan l-​istudju bdiet tirrealizza li m’huwiex veru li Alla hu indifferenti u ma jimpurtahx. Fil-​fatt, fehmet b’mod ċar li Satana, “missier il-​gideb,” juża tattiċi makakki u qarrieqa biex lil xi wħud idaħħlilhom f’moħħhom li huma ma jiswew għalxejn u jġagħalhom jemmnu li Jehovah qatt ma se jsib xi ħaġa xi jħobb fihom.—Ġwann 8:44; Efesin 6:11.

Għall-kuntrarju, kemm ħassitha tistrieħ Matsepang meta saret taf li aħna jistaʼ jerġaʼ jkollna rispett xieraq lejna nfusna jekk nindmu mill-​passat midneb tagħna, infittxu l-​maħfra t’Alla, u nistinkaw biex nogħġbuh! Hi ġiet megħjuna tifhem li “Alla hu aqwa mill-​kuxjenza tagħna” u jħares lejna b’tali mod li jistaʼ jkun kemxejn differenti minn kif aħna nħarsu lejna nfusna.—1 Ġwann 3:​19, 20.

Matsepang ħassitha mqanqla meta qrat dan il-​kliem tas-​salmista David: “Qrib il-​Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma, jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.” (Salm 34:19 [34:​18, NW]) Bħala waħda minn dawn l-​uħud “b’ruħhom mifnija,” bdiet tirrealizza li Jehovah ma jabbandunax lill-​qaddejja tiegħu, anki jekk xi wħud minnhom isiru dipressi jew iħossuhom li m’humiex importanti. Ħasset qalbha tfur bil-​ferħ għall-​fatt li Alla jimpurtah min-​nagħaġ kollha tiegħu u jwiżinhom matul żminijiet diffiċli. (Salm 55:23 [55:​22, NW]; 1 Pietru 5:​6, 7) L-​iktar kliem li laqatha kien dan: “Ersqu lejn Alla, u hu jersaq lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Il-qawwa tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, ma damitx ma bdiet tidher fil-​ħajja taʼ Matsepang. Hi bdiet tattendi regolarment il-​laqgħat Kristjani u waqqfet għalkollox il-​prattiċi mhux skritturali tagħha. X’kien ir-​riżultat? Hi m’għadhiex tħossha li ma jistħoqqilhiex l-​imħabba u l-​approvazzjoni t’Alla. Minn mindu tgħammdet bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah, hi qattgħet eluf taʼ sigħat fil-​ministeru Kristjan bħala proklamatriċi taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Minkejja l-​ġrieħi tal-​passat, Matsepang issa qed tgħix ħajja ferħana u bi skop. X’turija din taʼ kemm il-​qawwa tal-​Bibbja tistaʼ ttejjeb il-​ħajjiet!—Lhud 4:12.

[Kumment f’paġna 9]

“Alla, jekk nibqaʼ ħajja, nagħmel kulma nistaʼ biex naqdik”

[Kaxxa f’paġna 9]

Il-​Prinċipji tal-​Bibbja Jagħmlu Xogħolhom

Fost il-​prinċipji Bibliċi li farrġu lil vittmi t’abbuż insibu dawn li ġejjin:

“Meta joktor l-​hemm ġo qalbi, il-​faraġ tiegħek [t’Alla] hennieli ruħi.”(Salm 94:19) Il-​“faraġ” taʼ Jehovah misjub fil-​Kelma tiegħu huwa sors kbir taʼ konsolazzjoni. Jekk nirriflettu fuqu waqt il-​meditazzjoni u t-​talb, inkunu nistgħu ntaffu ħsibijiet taʼ dwejjaq u nibnu l-​fiduċja tagħna f’Alla bħala Ħabib li jifhimna.

“Hu [Jehovah] jfejjaq il-​qlub maqsuma, hu jorbot il-​ġrieħi tagħhom.”(Salm 147:3) Jekk nuru gratitudni lejn il-​ħniena taʼ Jehovah u l-​provvediment tiegħu biex jgħattilna dnubietna permezz tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa, nistgħu nersqu lejn Alla b’moħħna mistrieħ mingħajr ma nibqgħu nħossuna ħatja f’qalbna. Dan jistaʼ jġibilna faraġ u paċi tal-​moħħ li ma nistgħux niksbuhom minn xi mkien ieħor.

“Ħadd ma jistaʼ jiġi għandi [Ġesù Kristu] jekk il-​Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-​imwiet fl-​aħħar jum.” (Ġwann 6:44) Permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu u x-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna, Jehovah iressaqna personalment lejn Ibnu u jagħtina t-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja