LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 10/15 pp. 4-7
  • Kif Tistaʼ Tieħu Deċiżjonijiet Għaqlin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tieħu Deċiżjonijiet Għaqlin?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ikkunsidra l-​Konsegwenzi li Jdumu
  • Ħu Biżżejjed Ħin
  • Ilqaʼ l-​Parir
  • Imxi fuq Kuxjenza Mħarrġa Sew
  • Kif id-​Deċiżjonijiet Tiegħek Jeffettwaw lil Ħaddieħor
  • Ħu l-​Akbar Deċiżjoni bl-​Għaqal
  • Iddeċiedi li Tagħżel il-​Ħajja!
  • Eżerċita l-​fidi—Iddeċiedi bil-​għaqal!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Ħu Deċiżjonijiet li Jonoraw lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif Tistaʼ Tieħu Deċiżjonijiet Tajbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kif Tieħu Deċiżjonijiet Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 10/15 pp. 4-7

Kif Tistaʼ Tieħu Deċiżjonijiet Għaqlin?

“JISMAʼ wkoll l-​għaref, u jżid lgħerf tiegħu,” qal Salamun, sultan taʼ Iżrael tal-​qedem. Ħafna minna xi drabi ħadna deċiżjonijiet li ma kinux għaqlin, sempliċement minħabba li ma tajniex kas tal-​parir t’oħrajn.​—Proverbji 1:5.

Dan il-​kliem taʼ Salamun iktar tard tniżżel fil-​Bibbja flimkien maʼ “tlitt elef proverbju” li kkompona hu stess. (1 Slaten 5:12 [4:32, NW]) Nistgħu nibbenefikaw milli nkunu nafu u nagħtu kas il-​proverbji għaqlin tiegħu? Iva. Dawn jgħinuna ‘nagħrfu l-​għerf u t-​tagħlim, biex nifhmu kliem l-​għaqal, biex nieħdu tagħlim tajjeb, skond il-​ġustizzja, id-​dritt u s-​sewwa.’ (Proverbji 1:​2, 3) Ejja niddiskutu ħames linji taʼ gwida bbażati fuq il-​Bibbja li jistgħu jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin.

Ikkunsidra l-​Konsegwenzi li Jdumu

Ċerti deċiżjonijiet se jkollhom konsegwenzi sinifikanti. Għalhekk, ipprova ara minn qabel dawn x’se jkunu. Oqgħod attent li t-​tlellix li ma tantx idum ma jagħmikx mill-​konsegwenzi fit-​tul li jistgħu jinqalgħu. “Min hu bil-​għaqal jara l-​għawġ u jwarrab; min hu moħħu ħafif jidħol fih u jħallas għalih,” iwissi Proverbji 22:​3.

Jistaʼ jkun t’għajnuna li tniżżel fuq karta x’jistgħu jkunu l-​konsegwenzi li jdumu u dawk li ma jdumux. Ir-​riżultati li ma jdumux taʼ meta tagħżel ċertu impjieg jistgħu jkunu paga tajba u xogħol sabiħ. Imma jistaʼ jkun li l-​konsegwenzi li jdumu jinkludu li jkollok xogħol mingħajr futur? Se jitlob minnek li ’l quddiem ikollok tmur tgħix xi mkien ieħor, forsi ’l bogħod mill-​ħbieb u l-​familja? Se jpoġġik dan ix-​xogħol f’ambjent ħażin jew forsi tant ma jkunx interessanti li jħallik imdejjaq ħafna? Iżen il-​vantaġġi u l-​iżvantaġġi, u iddeċiedi x’għandu jingħata prijorità.

Ħu Biżżejjed Ħin

Deċiżjonijiet li jittieħdu bl-​għaġla faċilment jistgħu jispiċċaw biex ikunu bla għaqal. Proverbji 21:5 jwissi: “Min hu bil-​għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu; imma min jgħaġġel jiġi fil-​bżonn.” Per eżempju, xi adolexxenti li jkunu ħadu grazzja maʼ xi ħadd iridu jieħdu l-​ħin li għandhom bżonn qabel ma jiddeċiedu jekk jintrabtux f’relazzjoni taʼ żwieġ. Inkella, jistgħu jesperjenzaw kemm hu veru l-​kliem taʼ William Congreve, kittieb Ingliż tad-​drammi fil-​bidu tas-​seklu 18, li qal: ‘Jekk tiżżewweġ bl-​għaġla, tistaʼ tbati fit-​tul.’

Però, ħin biżżejjed m’għandux jitħallat mat-​tnikkir. Xi deċiżjonijiet tant huma importanti li l-​għaqal iġagħalna niħduhom malajr kemm jistaʼ jkun raġunevolment possibbli. Jekk toqgħod iddum bla bżonn jistaʼ jiswa ħafna lilek jew lil oħrajn. Jekk toqgħod tħalli d-​deċiżjonijiet għal iktar tard bla bżonn, tistaʼ tkun deċiżjoni minnha nfisha​—forsi waħda li xejn m’hi għaqlija.

Ilqaʼ l-​Parir

Ladarba l-​ebda żewġ sitwazzjonijiet m’huma eżatt l-​istess, tnejn min-​nies mhux bilfors jieħdu l-​istess deċiżjoni meta jiffaċċjaw problemi simili għal taʼ xulxin. Xorta waħda, jistaʼ jkun t’għajnuna li naraw kif oħrajn ħadu deċiżjonijiet dwar sitwazzjonijiet li jixbhu lil tagħna. Ara kif iħossuhom dwar id-​deċiżjoni tagħhom issa. Per eżempju, meta tiġi biex tagħżel xi sengħa, staqsi lil xi nies li diġà ħadu dik is-​sengħa biex jgħidulek it-​tajjeb u l-​ħażin. X’sabu tajjeb dwar l-​għażla tagħhom, u x’inhuma l-​iżvantaġġi jew il-​perikli li jistaʼ jkun hemm?

“Tifsil taʼ xogħol bla ħsieb jisfaʼ fix-​xejn,” niġu mwissijin, “imma bil-​pariri taʼ ħafna jmur tajjeb.” (Proverbji 15:22) Ovvjament, meta nfittxu li nieħdu parir u nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ oħrajn, irridu nagħmlu dan bil-​ħsieb f’moħħna li fl-​aħħar mill-​aħħar huwa aħna li se nieħdu d-​deċiżjoni finali kif ukoll inġorru r-​responsabbiltà taʼ li nagħmlu dan.​—Galatin 6:​4, 5.

Imxi fuq Kuxjenza Mħarrġa Sew

Il-​kuxjenza tistaʼ tgħinna nieħdu deċiżjonijiet fi qbil mal-​prinċipji bażiċi li fuqhom infasslu ħajjitna. Għal Kristjan dan ifisser li jrid iħarreġ il-​kuxjenza tiegħu biex titfassal fuq il-​ħsibijiet t’Alla. (Rumani 2:​14, 15) Il-​Kelma t’Alla tgħidilna: “Fih aħseb f’kull ma tagħmel, u hu jwittilek triqatek.” (Proverbji 3:6) Bla dubju, f’xi aspetti, żewġ persuni​—kull wieħed b’kuxjenza mħarrġa sew​—jistgħu jaslu għal konklużjonijiet differenti, u b’hekk jieħdu deċiżjonijiet differenti.

Madankollu, kuxjenza mħarrġa sew mhux se tagħmel xi ħaġa bħal din meta jkun hemm kwistjonijiet fuq affarijiet li huma kundannati b’mod dirett mill-​Bibbja. Per eżempju, kuxjenza li ma tkunx ġiet imħarrġa fuq prinċipji tal-​Bibbja tistaʼ tippermetti lil raġel u mara jittestjaw kemm tassew jaqblu qabel iż-​żwieġ billi sempliċement imorru joqogħdu flimkien. Huma jistgħu jaħsbu li ħadu deċiżjoni għaqlija, billi jirraġunaw li dan se jevitalhom li jinqabdu fi żwieġ li mhux għaqli. Il-​kuxjenza tagħhom għandha mnejn ma tikkundannahomx. Madankollu, kulmin għandu l-​istess ħarsa t’Alla dwar is-​sess u ż-​żwieġ mhux se jieħu deċiżjoni favur arranġament temporanju u immorali bħal dan.​—1 Korintin 6:​18; 7:​1, 2; Lhud 13:4.

Kif id-​Deċiżjonijiet Tiegħek Jeffettwaw lil Ħaddieħor

Ħafna drabi, id-​deċiżjonijiet tiegħek jistgħu jeffettwaw lil oħrajn. Għalhekk, qatt m’għandek taqbad u tieħu deċiżjoni bla għaqal​—jew anki stupida​—li tistaʼ tipperikola relazzjonijiet prezzjużi maʼ ħbieb u qraba jew, fuq kollox, m’Alla. Proverbji 10:1 jgħid: “Iben għaref iferraħ lil missieru, iben iblah inikket ’l ommu.”

Min-naħa l-​oħra, irrealizza li xi drabi jkun hemm bżonn li tagħżel bejn il-​ħbiberiji. Biex nagħtu eżempju, int għandek mnejn tiddeċiedi li twarrab ċertu fehmiet reliġjużi li kellek qabel ladarba issa taf li huma kuntrarju għall-​Iskrittura. Jew tistaʼ tiddeċiedi li tagħmel bidliet kbar fil-​personalità tiegħek minħabba x-​xewqa tiegħek li tfassal ħajtek fuq il-​linji taʼ gwida li qed tħaddan issa u li ġejjin minn Alla. Id-​deċiżjoni tiegħek forsi ma togħġobx lil xi wħud minn ħbiebek jew minn qrabatek, imma kwalunkwe deċiżjoni li togħġob lil Alla hija deċiżjoni għaqlija.

Ħu l-​Akbar Deċiżjoni bl-​Għaqal

Minkejja li ħafna nies ma jafux, illum kulħadd qiegħed jiffaċċja deċiżjoni taʼ bejn ħajja u mewt. Sitwazzjoni bħal din iffaċċjawha l-​Iżraelin li kienu kkampjati maġenb l-​Art Imwiegħda fl-​1473 Q.E.K. Bħala kelliemi għal Alla, Mosè qalilhom: “Il-​ħajja u l-​mewt . . . jien illum qegħedt quddiemek, il-​barka u s-​saħta. Agħżel il-​ħajja biex tgħix int u nislek, billi tħobb lill-​Mulej, Alla tiegħek, u tismaʼ l-​kelma tiegħu, u torbot qalbek miegħu, għax din hi ħajtek u t-​tul taʼ jiemek li tgħammar fl-​art li Alla ħalef li jagħtiha lil missirijietek, lil Abraham, lil Iżakk u lil Ġakobb.”​—Dewteronomju 30:​19, 20.

Il-profezija u l-​kronoloġija tal-​Bibbja juru li qegħdin ngħixu fi “żmien iebes” u li “s-​sura taʼ din id-​dinja għad [“tinbidel,” NW].” (2 Timotju 3:1; 1 Korintin 7:​31) Il-​bidla mbassra se tilħaq il-​quċċata tagħha bil-​qerda tas-​sistema umana falluta, li postha se jittieħed mid-​dinja l-​ġdida taʼ ġustizzja t’Alla.

Aħna qegħdin fuq l-​għatba taʼ din id-​dinja ġdida. Int se tidħol biex tgawdi ħajja eterna fuq l-​art taħt is-​Saltna t’Alla? Jew se titneħħa mill-​art meta s-​sistema taʼ Satana tiġi meqruda? (Salm 37:​9-​11; Proverbji 2:​21, 22) Id-​deċiżjoni dwar liema triq se ssegwi issa hija tiegħek, tassew deċiżjoni taʼ ħajja u mewt. Taċċettaha l-​għajnuna biex tieħu d-​deċiżjoni t-​tajba, il-​waħda għaqlija?

Jekk tiddeċiedi li tagħżel il-​ħajja, se jkollok bżonn li l-​ewwel titgħallem dwar dak li Alla jirrikjedi. Fil-​maġġorparti, il-​knejjes naqsu milli jwasslu dawn il-​ħtiġijiet bir-​reqqa. Il-​mexxejja tagħhom ħafna drabi mexxew ħażin lin-​nies billi ġagħluhom jemmnu affarijiet li m’humiex minnhom u jagħmlu affarijiet li ma jogħġbux lil Alla. Huma naqsu milli jispjegaw il-​bżonn li hemm għal deċiżjoni biex wieħed jaqdi lil Alla “fl-​ispirtu u l-​verità.” (Ġwanni 4:​24) Allura ħafna nies ma jagħmlux hekk. Imma innota x’qal Ġesù: “Min m’huwiex miegħi, huwa kontra tiegħi; u min ma jiġborx miegħi, ixerred.”​—Mattew 12:30.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah bil-​ferħ jassistu lin-​nies biex jakkwistaw għarfien aħjar tal-​Kelma t’Alla. Huma jikkonduċu diskussjonijiet mill-​Bibbja maʼ individwi jew gruppi taʼ nies fil-​ħin u l-​post li jkunu komdi għalihom. Dawk li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn dan il-​provvediment għandhom jikkuntattjaw lix-​Xhieda lokali jew jiktbu lill-​pubblikaturi tat-​Torri taʼ l-​Għassa.

Ovvjament, xi wħud diġà jistaʼ jkollhom għarfien bażiku taʼ dak li Alla jirrikjedi. Jistgħu anki jkunu konvinti minn kemm il-​Bibbja hija vera u kemm hi taʼ min joqgħod fuqha. Minkejja dan, xi wħud minnhom joqogħdu jħallu d-​deċiżjoni li jiddedikaw lilhom infushom lil Alla għal iktar tard. Għala? Jistaʼ jkun hemm diversi raġunijiet.

Huwa possibbli li huma m’humiex konxji taʼ l-​importanza li jagħmlu dan? Ġesù qal ċar: “Mhux kull min jgħidli; ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-​Saltna tas-​Smewwiet, iżda min jagħmel ir-​rieda taʼ Missieri li hu fis-​smewwiet!” (Mattew 7:21) L-​għarfien mill-​Bibbja biss m’huwiex biżżejjed; hemm bżonn l-​azzjoni. Il-​kongregazzjoni Kristjana bikrija ħalliet il-​mudell. Dwar xi wħud fl-​ewwel seklu naqraw: “Meta mbagħad emmnu l-​Bxara t-​tajba li Filippu kien ixandrilhom fuq is-​Saltna taʼ Alla u fuq l-​isem taʼ Ġesù Kristu, tgħammdu, kemm l-​irġiel u kemm in-​nisa.” (Atti 2:​41; 8:​12) Għalhekk, jekk wieħed ikun ħaddan il-​Kelma t’Alla b’qalbu kollha, emmen x’tgħid, u ġab ħajtu fi qbil mal-​livelli taʼ Jehovah, xi jżommu milli jitgħammed bħala simbolu tad-​dedikazzjoni tiegħu? (Atti 8:​34-​38) Bla dubju, biex ikun aċċettabbli għal Alla, hu jrid jieħu dan il-​pass bil-​qalb kollha u bil-​ferħ.​—2 Korintin 9:7.

Hemm min jistaʼ jħoss li m’għandux għarfien biżżejjed biex jiddedika ħajtu lil Alla. Imma kulmin jibda ħajja ġdida jkollu ammont t’għarfien limitat. Liema bniedem professjonali se jgħid li fil-​bidu tal-​karriera tiegħu kien jaf dak li jaf illum? Id-​deċiżjoni li taqdi lil Alla sempliċement tirrikjedi għarfien bażiku tat-​tagħlim u l-​prinċipji bażiċi tal-​Bibbja, flimkien maʼ xewqa sinċiera biex tgħix fi qbil magħhom.

Hemm xi wħud li joqogħdu jdumu biex jiddeċiedu għax jibżgħu li ma jirnexxilhomx jgħixu skond din id-​deċiżjoni? Xi ftit tħassib li ma jirnexxilekx jidħol f’ħafna impennji oħra. Raġel li jiddeċiedi li jiżżewweġ u jrabbi familja xi ftit jew wisq jistaʼ ma jħossux tajjeb biżżejjed biex jagħmel dan, imma l-​fatt li jagħmel impenn iservi taʼ inċentiv għalih biex jagħmel laħjar li jistaʼ. Bl-​istess mod, żagħżugħ b’liċenzja ġdida tas-​sewqan jistaʼ jibżaʼ li jkollu xi inċident tat-​traffiku​—speċjalment jekk ikun jaf bl-​istatistiċi li juru li s-​sewwieqa żgħar huma iktar suxxettibbli għall-​inċidenti minn sewwieqa akbar. Il-​fatt li jkun jaf dan, madankollu, jistaʼ jgħinu biex isuq b’iktar attenzjoni. Żgur li ma tkunx is-​soluzzjoni jekk jiddeċiedi li ma jġibx il-​liċenzja!

Iddeċiedi li Tagħżel il-​Ħajja!

Il-​Bibbja turi li s-​sistema globali politika, ekonomika, u reliġjuża li hawn bħalissa u dawk kollha li jappoġġawha dalwaqt se jgħibu minn fuq l-​art. Imma, individwi li b’għaqal iddeċidew li jagħżlu l-​ħajja u li jaġixxu fi qbil maʼ dan, se jibqgħu fuq l-​art. Bħala n-​nukleu taʼ soċjetà f’dinja ġdida, huma se jieħdu sehem f’li jagħmlu l-​art ġenna, bħalma kien l-​iskop oriġinali t’Alla. Tixtieq int, taħt id-​direzzjoni t’Alla, tieħu pjaċir tagħti sehmek f’dan ix-​xogħol ferrieħi?

Jekk inhu hekk, iddeċiedi li tistudja l-​Kelma t’Alla. Iddeċiedi li titgħallem il-​ħtiġijiet divini biex togħġob lil Alla. Iddeċiedi li tilħaqhom. Fuq kollox, iddeċiedi li twettaq id-​deċiżjoni tiegħek sa l-​aħħar. Fi ftit kliem, iddeċiedi li tagħżel il-​ħajja!

[Stampi f’paġna 4]

Ħu biżżejjed ħin biex tieħu deċiżjonijiet serji

[Stampa f’paġna 5]

Ilqaʼ l-​parir meta tiġi biex tagħżel karriera

[Stampi f’paġna 7]

Dawk li jiddeċiedu li jaqdu lil Alla issa se jieħdu sehem biex jagħmlu l-​art ġenna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja