LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 11/1 p. 3
  • Tistaʼ Tafda lil Xi Ħadd?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Tafda lil Xi Ħadd?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tiżdied bil-​Mod, Tinqered Malajr
  • Il-Fiduċja Hija Vitali għal Ħajja Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Afda lill-​Aħwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Saħħaħ il-Fiduċja Tiegħek f’Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ittama f’Jehovah b’Qalbek Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 11/1 p. 3

Tistaʼ Tafda lil Xi Ħadd?

WARA l-​waqgħa tal-​Ħajt taʼ Berlin fl-​1989, inkixfu ħafna sigrieti kbar. Per eżempju, Lydiaa skopriet li matul ir-​reġim Soċjalista fil-​Ġermanja tal-​Lvant, l-​iStasi, jew is-​Servizz tas-​Sigurtà taʼ l-​Istat, kienu ġabru informazzjoni dwar l-​attivitajiet privati tagħha. Jekk Lydia baqgħet skantata x’ħin saret taf b’dan il-​file, kemm iktar baqgħet miblugħa meta saret taf min kien ta dik l-​informazzjoni dwarha lill-​iStasi​—ir-​raġel tagħha. Ġiet traduta minn xi ħadd li suppost setgħet tafdah b’għajnejha magħluqin.

Robert kien raġel imdaħħal fiż-​żmien u kellu ‘l-​akbar rispett u ammirazzjoni lejn it-​tabib tiegħu, u fiduċja kbira fih,’ tirrapporta The Times taʼ Londra. It-​tabib kien magħruf kemm kien bniedem taʼ “qalb tajba u mogħdrija.” Imbagħad Robert miet ħabta u sabta. Kien b’xi attakk tal-​qalb jew b’xi puplesija? Le. L-​awtoritajiet ikkonkludew li t-​tabib kien mar jara lil Robert f’daru u, bil-​moħbi taʼ Robert u l-​familja tiegħu, kien tah tilqima fatali. Milli jidher Robert inqatel minn xi ħadd li hu kien jafdah b’għajnejh magħluqin.

Kemm Lydia u kemm Robert esperjenzaw ksur tal-​fiduċja xokkanti, b’konsegwenzi serji ħafna. F’każi oħra r-​riżultati m’humiex daqshekk serji. Minkejja dan, li nkunu diżappuntati minn xi ħadd li nafdaw fih m’hijiex xi esperjenza rari. Rapport pubblikat minn istitut Ġermaniż famuż għall-​istħarriġ, Allensbacher Jahrbuch der Demoskopie 1998-​2002, irrivela fi stħarriġ wieħed li 86 fil-​mija minn dawk li wieġbu kienu ġew diżappuntati minn xi ħadd li kellhom fiduċja fih. Forsi int għaddejt minn esperjenza simili. Għalhekk, m’għandniex għalfejn niħduha bi kbira li l-​gazzetta Svizzera Neue Zürcher Zeitung irrapportat li fis-​sena 2002 fil-​“pajjiżi industrijali tal-​Punent, ir-​relazzjonijiet taʼ fiduċja reċiproka ilhom sejrin mill-​ħażin għall-​agħar għal ħafna snin.”

Tiżdied bil-​Mod, Tinqered Malajr

X’inhi l-​fiduċja? Skond dizzjunarju wieħed, li tafda lill-​oħrajn ifisser li “temmen li huma onesti u sinċieri u li m’humiex se jagħmlu xi ħaġa apposta biex iweġġgħuk.” Il-​fiduċja tiżdied bil-​mod il-​mod imma tistaʼ tinqered f’ħakka t’għajn. Peress li n-​nies qed iħossu li l-​fiduċja tagħhom ġiet traduta, għandek għalfejn tiskanta għala huma jħossuha bi tqila biex jafdaw f’oħrajn? Skond stħarriġ pubblikat fil-​Ġermanja fis-​sena 2002, “inqas minn 1 minn kull 3 żgħażagħ għandhom fiduċja bażika f’oħrajn.”

Forsi nistaqsu lilna nfusna: ‘Nistgħu aħna verament nafdaw lil xi ħadd? Jaqbillek tafda f’xi ħadd biex imbagħad jiddiżappuntak?’

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

[Kumment f’paġna 3]

Stħarriġ wieħed li sar irrivela li 86 fil-​mija minn dawk li wieġbu kienu ġew diżappuntati minn xi ħadd li kellhom fiduċja fih

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja