LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 5/15 pp. 8-9
  • “Ħa Jċapċpu x-Xmajjar Idejhom”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħa Jċapċpu x-Xmajjar Idejhom”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 5/15 pp. 8-9

Il-​Meravilja tal-​Ħolqien taʼ Jehovah

“Ħa Jċapċpu x-​Xmajjar Idejhom”

ĦARES ftit lejn mappa tad-​dinja, u f’ħafna bnadi tistaʼ tara linji mserrpin tul meddiet kbar t’art. Dawn il-​linji rqaq jgħaddu minn pjanuri, deżerti, u artijiet miksijin bil-​ħaxix. Jilwu minn ġo widien, kanjons, u foresti. (Ħabakkuk 3:9) Dawn huma x-​xmajjar, l-​arterji tal-​ħajja tal-​pjaneta tagħna. Dawn ix-​xmajjar jagħtu prova taʼ l-​għerf u l-​qawwa tal-​Ħallieq tad-​dinja, Jehovah. Hekk kif nosservawhom, aħna naqsmu l-​istess sentimenti tas-​salmista li kanta: “Ħa jċapċpu x-​xmajjar idejhom, u l-​muntanji flimkien jgħajjtu bil-​ferħ quddiem il-​Mulej.”—Salm 98:8, 9.a

Ix-​xmajjar huma assoċjati ħafna maʼ l-​istorja tal-​bniedem. Il-​Bibbja titkellem dwar erbaʼ xmajjar prinċipali li kienu jinfirdu minn xmara ħierġa mill-​Għeden. (Ġenesi 2:10-14) Waħda mill-​iktar ċivilizzazzjonijiet antiki ħarġet mill-​widien fertili tax-​xmara Tigri u l-​Ewfrat li jinsabu fil-​Lvant Nofsani. Ċivilizzazzjonijiet kbar saru possibbli minħabba x-​Xmara Hwang fiċ-​Ċina, il-​Ganġes u l-​Indu fin-​nofsinhar taʼ l-​Asja, u n-​Nil fl-​Eġittu.

Mela mhux taʼ b’xejn li l-​bniedem dejjem baqaʼ miblugħ meta qies il-​qawwa, l-​ammont taʼ ilma, u l-​ġmiel tax-​xmajjar. In-​Nil taʼ l-​Eġittu tibqaʼ sejra għal madwar 6,670 kilometru. L-​itwal xmara hija l-​Amazon fl-​Amerika t’Isfel. Filwaqt li ċertu xmajjar huma verament kbar, oħrajn huma verament mill-​isbaħ, bħalma hi x-​Xmara Tone fil-​Ġappun li hi ħafna iżgħar imma tgħaġġel iktar.

Xi jġiegħlu jiġri l-​ilma tax-​xmajjar? F’kelma waħda l-​gravità. Il-​gravità tiġbed l-​ilma minn postijiet fl-​għoli lejn l-​art. Kultant ir-​riżultat taʼ dan ikun kaskati taʼ l-​għaġeb. Biex tiddeskrivi dawn it-​turijiet taʼ qawwa u kobor, il-​Bibbja tgħid: “Jgħollu x-​xmajjar, Mulej, jgħollu x-​xmajjar leħinhom, jgħollu x-​xmajjar il-​ħsejjes tagħhom.”—Salm 93:3.

“Min jibgħat torrenti taʼ xita?” Jehovah staqsa lil Ġob, raġel li kellu l-​biżaʼ t’Alla. (Ġob 38:25, Contemporary English Version) Iva, minfejn jiġi dan l-​ilma kollu? It-​tweġiba tinvolvi sistema kumplessa li tissejjaħ iċ-​ċiklu taʼ l-​ilma. L-​ilma tad-​dinja jiċċirkola l-​ħin kollu u jingħata qawwa mill-​enerġija tax-​xemx u l-​gravità. Wara li l-​ilma jevapora, dan jitlaʼ fl-​atmosfera. Eventwalment, jiksaħ u jikkondensa biex jifforma s-​sħab. Maż-​żmien, dan il-​fwar jerġaʼ lura lejn l-​art bħala silġ jew xita. Ħafna mill-​ilma hu maħżun fl-​oċeani, l-​għadajjar, ix-​xmajjar, il-​glaċieri, il-​meddiet t’art polari miksijin bis-​silġ, u taħt l-​art.

Rigward dan iċ-​ċiklu mill-​aqwa, il-​Bibbja tgħid: “Ix-​xmajjar kollha lejn il-​baħar jiġru, iżda ma jimteliex il-​baħar bihom; mnejn ikunu bdew il-​mixja tagħhom, ’l hemmhekk ix-​xmajjar jerġgħu jmorru.” (Koħèlet 1:7) Kien biss Jehovah, l-​Alla t’għerf infinit u li jieħu ħsiebna bi mħabba kbira, li setaʼ jagħmel ċiklu bħal dan. U dan iċ-​ċiklu li ġie disinjat b’sengħa tant kbira x’jgħidilna dwar it-​tip taʼ persuna li hu Alla? Hu Alla t’għerf kbir u jieħu ħsiebna bi mħabba.—Salm 104:13-15, 24, 25; Proverbji 3:19, 20.

Minkejja l-​kobor u l-​ammont tagħhom, ix-​xmajjar iġorru verament ftit mill-​ilma ħelu tad-​dinja. Minkejja dan, huma vitali għall-​ħajja. Il-​ktieb Water jgħid li mingħajr l-​ilma u ftit kontroll fuqu, la nkunu nistgħu nagħmlu l-​affarijiet l-​iktar sempliċi u lanqas dawk komplikati, għax il-​ħajja umana tkun impossibbli. Ikompli jgħid li l-​fatt li l-​bniedem irrikonoxxa dan għen ħafna fl-​istorja taċ-​ċivilizzazzjoni.

Għal eluf taʼ snin, ix-​xmajjar qatgħu l-​għatx tal-​bniedem u pprovdew ilma għall-​ġonna tiegħu. Il-​ħamrija fertili tul ix-​xmajjar hija ideali għat-​tkabbir taʼ l-​ikel. Innota kif dan il-​ħsieb hu espress f’forma taʼ barka fuq il-​qaddejja taʼ Jehovah: “Kemm huma sbieħ l-​għerejjex tiegħek, Ġakobb, l-​għamajjar tiegħek, Iżrael. Bħal widien jinfirxu, bħal ġonna maʼ xatt xi xmara, bħal siġar tas-​sabbâra mħawwla mill-​Mulej, bħal masġar taʼ l-​arżnu ħdejn l-​ilma!” (Numri 24:5, 6) Ix-​xmajjar jgħinu wkoll sabiex isostnu annimali bħalma huma l-​papri u l-​ġakall li qed tara hawn. Fil-​fatt, iktar ma nistudjaw dwar ix-​xmajjar, iktar nitqanqlu biex nirringrazzjaw lil Jehovah.

[Nota taʼ taħt]

a Ara t-​2004 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Mejju/Ġunju.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 8]

Il-​Kaskata Iguaçú, fil-​fruntiera bejn l-​Arġentina u l-​Brażil, hija waħda mill-​akbar kaskati f’dik li hi wisaʼ. Hi wiesgħa iktar minn tliet kilometri. Tinsab f’foresta tropikali mhux imħassra mill-​bniedem u hi magħmula minn iktar minn 300 kaskata iżgħar. Matul il-​perijodu tax-​xita, kważi 10,000 metru kubu taʼ ilma jinżlu kull sekonda.

[Stampa f’paġna 9]

Ix-​Xmara Tone, il-​Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja