LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 8/1 p. 28
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Oqgħod għassa—Satana jrid jibilgħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kun af lill-għadu tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Tagħlim Divin Kontra Tagħlim tad-Demonji
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 8/1 p. 28

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’ried ifisser Ġesù meta qal lid-​dixxipli tiegħu: “Bdejt nara lil Satana diġà mwaqqaʼ bħal sajjetta mis-​sema”?

Ġesù kien għadu kemm għażel 70 dixxiplu, u “bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu.” Meta s-​70 ġew lura, bdew jifirħu minħabba s-​suċċess li kellhom fil-​missjoni tagħhom. “Mulej, anki d-​demonji jintgħamlu sottomessi lejna f’ismek.” Għal dan, Ġesù qalilhom: “Bdejt nara lil Satana diġà mwaqqaʼ bħal sajjetta mis-​sema.”—Luqa 10:1, 17, 18, NW.

Għall-ewwel, jistaʼ jidher li Ġesù kien qed jirreferi għal ġrajja li kienet diġà seħħet. Madankollu, 60 sena wara li Ġesù qal il-​kliem t’hawn fuq, ix-​xwejjaħ appostlu Ġwanni uża kliem simili meta kiteb: “U kien imwaddab id-​Dragun il-​kbir, is-​Serp tal-​qedem, li hu msejjaħ id-​Demonju u x-​Xitan, il-​qarrieq tad-​dinja kollha, kien imwaddab għal fuq l-​art, u miegħu kienu mwaddba l-​anġli tiegħu.”—Apokalissi 12:9.

Meta Ġwanni kiteb dak il-​kliem, Satana kien għadu fis-​sema. Dan kif nafuh? Għaliex l-​Apokalissi huwa ktieb taʼ profezija, mhux taʼ ġrajjiet li diġà seħħew. (Apokalissi 1:1) Għalhekk, meta Ġwanni kiteb il-​ktieb tiegħu, Satana kien għadu ma twaddabx ’l isfel lejn l-​art. Fil-​fatt, l-​evidenza turi li dan seħħ ftit wara li Ġesù poġġa fuq it-​tron bħala Sultan tas-​Saltna t’Alla fl-​1914.a—Apokalissi 12:1-10.

Allura, Ġesù għala tkellem dwar it-​tkeċċija taʼ Satana mis-​sema bħallikieku kienet diġà seħħet? Xi studjużi huma tal-​fehma li Ġesù kien qed iċanfar lid-​dixxipli tiegħu talli wrew il-​kwalità mhix xierqa tal-​kburija. Huma jemmnu li fil-​fatt hu kien qed jgħid: ‘Intom irbaħtu lid-​demonji, imma toqogħdux tiftaħru. Satana beda jitkabbar, u dan ma damx ma wassal għall-​waqgħa tiegħu.’

Ma nistgħux inkunu dommatiċi dwar dan il-​fatt. Però, jidher iktar probabbli li Ġesù kien qed jifraħ mad-​dixxipli tiegħu u jirreferi għat-​tmiem taʼ Satana fil-​futur. Ġesù kien konxju sew tal-​mibegħda malizzjuża tax-​Xitan, iktar milli kienu d-​dixxipli tiegħu. Immaġina l-​ferħ li ħass Ġesù meta semaʼ li d-​demonji b’saħħithom bdew joqogħdu għall-​kmandi tad-​dixxipli umani u imperfetti tiegħu! Dan it-​tjassir tad-​demonji kien biss ħarsa bil-​quddiem taż-​żmien fil-​futur meta Ġesù, bħala Mikiel l-​arkanġlu, kien se jitqabad maʼ Satana u jwaddbu mis-​sema għal fuq l-​art.

Meta Ġesù qal li ra lil Satana “diġà mwaqqaʼ,” b’mod evidenti kien qed jenfasizza ċ-​ċertezza tal-​waqgħa taʼ Satana. Dan huwa simili għal profeziji oħra tal-​Bibbja li jitkellmu dwar ġrajjiet futuri bħallikieku diġà ġraw fil-​passat. Per eżempju, innota kif jintużaw il-​passat u l-​futur fil-​profezija li titkellem dwar il-​Messija f’Isaija 52:13-53:12. Ġesù x’aktarx li kien qed jesprimi kemm kien fiduċjuż li t-​tkeċċija taʼ Satana mis-​sema kienet se ssir fi qbil maʼ l-​iskop taʼ Missieru. Ġesù kien ċert ukoll li fiż-​żmien stabbilit t’Alla, Satana u d-​demonji tiegħu kienu se jintefgħu fl-​abbiss u wara kellhom jiġu meqrudin darba għal dejjem.—Rumani 16:20; Lhud 2:14; Apokalissi 20:1-3, 7-10.

[Nota taʼ taħt]

a Ara Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem, kapitlu 10, u Revelation—Its Grand Climax At Hand! kapitlu 27, pubblikati mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja