LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 8/15 p. 8
  • Fuq il-Baħar tal-Galilija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fuq il-Baħar tal-Galilija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Ġesù Jistaʼ Jipproteġina
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Nawfraġju fuq Gżira
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ġesù jsikket tempesta fuq il-baħar
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù jimxi fuq l-ilma
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 8/15 p. 8

Fuq il-​Baħar tal-​Galilija

RAKKONT imniżżel f’Marku 4:​35-41 jgħidilna dwar meta Ġesù u d-​dixxipli tiegħu kienu fuq dgħajsa qed jaqsmu l-​Baħar tal-​Galilija. Naqraw: “Issa, qam riefnu qawwi ferm, u l-​mewġ beda jħabbat mad-​dgħajsa b’qawwa kbira, hekk li d-​dgħajsa kienet għoddha mtliet bl-​ilma. Imma hu [Ġesù] kien fil-​poppa, rieqed fuq [l-]imħadda.”

Dan huwa l-​uniku post fejn il-​kelma Griega “mħadda” tidher fil-​Bibbja. B’hekk, l-​iskulari ma jafux it-​tifsira eżatta tal-​kelma użata hawnhekk. Ħafna Bibbji jittraduċu l-​kelma “mħadda” jew “kuxin.” Madankollu, x’tip taʼ mħadda jew kuxin kienet? Fil-​lingwa oriġinali, Marku rrefera għall-​imħadda b’mod li jissuġġerixxi li din kienet parti mit-​tagħmir tad-​dgħajsa. Dgħajsa li nstabet ħdejn il-​Baħar tal-​Galilija fl-​1986 tat fehma iktar ċara tal-​kelma Griega kif ġiet użata minn Marku.

Ir-riċerka tirrivela li din id-​dgħajsa taʼ tmien metri kienet taħdem bil-​qlugħ u l-​moqdief. Kienet tintuża għas-​sajd u l-​poppa tad-​dgħajsa kienet tintuża biex iżżomm ix-​xibka kbira u tqila tat-​tartarun. Il-​fdalijiet tad-​dgħajsa jmorru lura mis-​sena 100 Q.E.K. sas-​sena 70 E.K. u għandu mnejn kienu jixbhu t-​tip taʼ dgħajsa użata minn Ġesù u d-​dixxipli tiegħu. Shelley Wachsmann, li kien involut fl-​iskavar tad-​dgħajsa, kiteb il-​ktieb The Sea of Galilee Boat​—An Extraordinary 2000 Year Old Discovery. Hu jissuġġerixxi li “l-​imħadda” li Ġesù raqad fuqha kienet xkora bir-​ramel li kienet tintuża bħala saborra. Wieħed sajjied t’esperjenza minn Ġaffa li kellu s-​sengħa fix-​xbieki tas-​sajd tat-​tartarun qal: “Meta kont żgħir, id-​dgħajjes li kont naħdem fuqhom fil-​Mediterran dejjem kien ikollhom xkora jew tnejn bir-​ramel. . . . L-​ixkejjer kienu jinżammu fuq id-​dgħajsa biex isaħħu d-​dgħajsa. Iżda meta ma kinux jintużaw, konna nerfgħuhom taħt il-​poppa. Imbagħad, jekk xi ħadd kien iħossu għajjien, kien jidħol taħt il-​poppa, juża l-​ixkora tar-​ramel bħala mħadda, u jmur jorqod.”

Ħafna skulari jemmnu li d-​deskrizzjoni taʼ Marku tfisser li Ġesù raqad fuq xkora tar-​ramel tas-​saborra taħt il-​poppa, l-​iktar parti protetta taʼ dgħajsa waqt tempesta. Kienet x’kienet il-​forma eżatta taʼ dik l-​imħadda, l-​iktar punt sinifikanti hu dak li ġara wara. Bl-​appoġġ u l-​qawwa t’Alla, Ġesù kkalma l-​baħar imqalleb. Anki d-​dixxipli staqsew: “Dan min hu, mela, biex saħansitra r-​riħ u l-​baħar jobduh?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja