LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 4/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Għala Għandek Tevita L-Ispiritiżmu
    Stenbaħ!—2000
  • Irreżisti l-Forzi taʼ l-Ispirti mill-Agħar
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Il-​Ħlejjaq Spirti—Kif Jeffettwawna
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Id-Demonji—Kif Nistgħu Nirreżistuhom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 4/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jekk individwu jkun qed jiġi turmentat mid-​demonji, x’jistaʼ jagħmel biex jikseb serħan?

Il-​Kelma t’Alla turi li dawk li qed ibatu minħabba attakki mid-​demonji jistgħu jeħilsu minn dan it-​turment. It-​talb għandu sehem vitali biex jeħlishom minn dan. (Marku 9:​25-29) Imma xi ħadd li jiġi attakkat mid-​demonji għandu mnejn ikollu jieħu passi oħra. Ġrajjiet li jinvolvu lill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu juru x’jistaʼ jkun hemm bżonn iktar.

Qabel ma saru segwaċi taʼ Kristu xi individwi f’Efesu tal-​qedem kienu involuti fid-​demoniżmu. Madankollu, wara li ddeċidew li jaqdu lil Alla, “dawk li kienu jipprattikaw l-​arti tal-​maġija ġabru l-​kotba tagħhom flimkien u ħarquhom quddiem kulħadd.” (Atti 19:19) Billi qerdu l-​kotba tagħhom dwar is-​seħer, dawk l-​uħud ġodda li saru jemmnu f’Efesu ħallew eżempju għal kulmin jixtieq jeħles mill-​attakki tad-​demonji llum. Huwa tabilħaqq neċessarju li dawn l-​uħud jeħilsu mill-​oġġetti kollha li huma konnessi maʼ l-​ispiritiżmu. Dawn jinkludu kotba, rivisti, films, materjal minn sorsi elettroniċi, rikordings taʼ mużika li għandha konnotazzjoni spiritistika, kif ukoll amuleti jew oġġetti oħra li jintlibsu għall-​“protezzjoni” jew li huma konnessi maʼ prattiki spiritistiċi.​—Dewteronomju 7:​25, 26; 1 Korintin 10:21.

Xi snin wara li dawk il-​Kristjani f’Efesu kienu qerdu l-​kotba tagħhom dwar il-​maġija, l-​appostlu Pawlu kiteb: ‘Aħna nissaraw kontra l-​forzi taʼ l-​ispirti mill-​agħar.’ (Efesin 6:12) Pawlu ħeġġeġ lill-​Kristjani: “Ilbsu l-​armatura sħiħa mingħand Alla biex tkunu tistgħu żżommu sod kontra t-​tnassis [jew, il-​makakkeriji] tax-​Xitan.” (Efesin 6:11) Dan il-​parir għadu validu. Il-​Kristjani għandhom isaħħu d-​difiżi spiritwali tagħhom sabiex jiddefendu ruħhom mill-​ispirti ħżiena. “Fuq kollox,” enfasizza Pawlu, “aqbdu f’idejkom it-​tarka kbira tal-​fidi, li biha tkunu tistgħu titfu l-​vleġeġ tan-​nar kollha tal-​Ħażin.” (Efesin 6:16) Wieħed isaħħaħ il-​fidi tiegħu permezz taʼ studju tal-​Bibbja. (Rumani 10:17; Kolossin 2:​6, 7) Għalhekk, studju regulari tal-​Bibbja jgħinna niżviluppaw fidi li sservi bħala protezzjoni kontra l-​influwenza taʼ l-​ispirti ħżiena.—Salm 91:4; 1 Ġwanni 5:5.

Madankollu, dawk il-​Kristjani f’Efesu kellhom jieħdu pass importanti ieħor. Pawlu qalilhom: “B’kull xorta taʼ talb u suppliki ibqgħu itolbu f’kull okkażjoni bl-​ispirtu.” (Efesin 6:18) Iva, talb kontinwu għall-​protezzjoni taʼ Ġeħova huwa tabilħaqq essenzjali għal dawk li jridu jinħelsu mill-​attakki tad-​demonji llum. (Proverbji 18:10; Mattew 6:13; 1 Ġwanni 5:​18, 19) Il-​Bibbja tgħid b’mod xieraq: “Għalhekk, issottomettu ruħkom lejn Alla; imma opponu lix-​Xitan, u hu jaħrab minnkom.”​—Ġakbu 4:7.

Waqt li l-​wieħed li jkun qed jiġi attakkat mid-​demonji għandu jitlob bil-​ħrara ħalli jikseb serħan, Kristjani veri oħra jistgħu wkoll jitolbu għan-​nom taʼ l-​individwu li tassew jixtieq jaqdi lil Ġeħova u li qed jagħmel ħiltu kollha biex jirreżisti l-​ispirti ħżiena. Huma jistgħu jitolbu lil Alla biex il-​wieħed attakkat mid-​demonji jkun jistaʼ jikseb is-​saħħa spiritwali ħalli jirreżisti l-​attakki tad-​demonji. Ladarba l-​Kelma t’Alla tgħid li “t-​talb bil-​ħerqa tal-​ġust għandu qawwa kbira f’dak li jistaʼ jwettaq,” it-​talb li jingħad mill-​qaddejja t’Alla żgur li se jkun taʼ benefiċċju għal dawk li jiġu attakkati mid-​demonji u li qed jagħmlu minn kollox biex ‘jopponu lix-​Xitan.’​—Ġakbu 5:16.

[Stampa f’paġna 31]

L-​uħud li saru jemmnu f’Efesu qerdu l-​kotba tagħhom dwar il-​maġija

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja