LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 10/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Huma għajnejk fuq Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Imita l-fidi taʼ Mosè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 10/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

In-​New World Translation għala tgħid f’Dewteronomju 31:2 li Mosè ma kienx ‘se jitħalla iktar joħroġ u jidħol’ bħala l-​mexxej taʼ Iżrael, meta traduzzjonijiet oħrajn jgħidu li ma kienx għadu jiflaħ jagħmel dan?

Għalkemm din il-​kelma Ebrajka involuta tistaʼ tiġi tradotta biż-​żewġ modi, f’ċerti traduzzjonijiet bil-​Malti tal-​Bibbja din il-​kelma tissuġġerixxi li lejn l-​aħħar taʼ ħajtu, Mosè kien marid, li ma kienx għadu jiflaħ fiżikament biex iwettaq ir-​responsabbiltajiet tiegħu tat-​tmexxija. Per eżempju, Il-​Bibbja taʼ l-​Għaqda Biblika Maltija tikkwota li Mosè jgħid: “Illum jien għandi mija u għoxrin sena, u ma niflaħx nibqaʼ dieħel u ħiereġ.” B’mod simili, Il-​Bibbja taʼ Saydon tgħid: “Jien . . . ma nkunx niflaħ iżjed noħroġ u nidħol.”

Madankollu, Dewteronomju 34:7 juri li għalkemm Mosè kien imdaħħal fiż-​żmien, hu ma kienx marid. Dan il-​vers jgħid: “Mija u għoxrin sena kellu Mosè meta miet; kien għadu ma ċċajparx dawl għajnejh, u anqas saħħtu ma rħietu.” Għalhekk, Mosè kien jiflaħ fiżikament imexxi lill-​ġens, imma ma kinitx ir-​rieda taʼ Ġeħova għalih li jkompli jagħmel dan. Dan jidher ċar minn dak li kompla jgħid Mosè: “Il-​Mulej qalli: ‘Int ma taqsamx dan il-​Ġordan.’” Milli jidher Ġeħova kien qed jirripeti dak li ordna ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba.​—Numri 20:​9-​12.

Mosè għex ħajja twila u straordinarja li tistaʼ tinqasam fi tliet perijodi. Hu għex għal 40 sena fl-​Eġittu, fejn “kien istruwit fl-​għerf kollu taʼ l-​Eġizzjani” u fejn kien “setgħan fi kliemu u f’għemilu.” (Atti 7:​20-22) Għal 40 sena oħra, hu għex f’Midjan. Hemmhekk, hu kkultiva l-​kwalitajiet spiritwali li kellu bżonn biex imexxi lill-​poplu taʼ Ġeħova. Finalment, għal 40 sena Mosè ggwida u mexxa lill-​Iżraelin. Però, issa Ġeħova kien iddeċieda li kellu jkun Ġożwè u mhux Mosè li jmexxi lill-​ġens mix-​Xmara Ġordan għal ġo l-​Art Imwiegħda.​—Dewteronomju 31:3.

Għalhekk, in-​New World Translation tagħti t-​tifsira korretta taʼ Dewteronomju 31:2. Mosè ma kienx se jibqaʼ jmexxi lil Iżrael, mhux minħabba li ma kienx jiflaħ fiżikament, imma għaliex Ġeħova ma ħalliehx ikompli jagħmel dan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja