LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 4/15 pp. 4-7
  • Il-Krudeltà—Qatt se Tintemm?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Krudeltà—Qatt se Tintemm?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Min Tassew Hemm Wara l-​Krudeltà?
  • Il-​Bidliet Huma Possibbli​—Kif?
  • It-​Tmiem taʼ Kull Krudeltà Qed Joqrob
  • Xi Nies Għala Jgħidu li Alla Hu Kattiv?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Id-Dinja Krudila taʼ Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Hemm Xi Ħadd Wara l-Ħażen Kollu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 4/15 pp. 4-7

Il-​Krudeltà—Qatt se Tintemm?

ĦAFNA nies jaqblu li l-​egoiżmu huwa l-​kaġun ewlieni tal-​krudeltà fid-​dinja llum. Iż-​żrieragħ li nżergħu għaxriet taʼ snin ilu mill-​hekk imsejħa ġenerazzjoni taʼ l-​ewwel jien ipproduċiet soċjetà li fiha l-​maġġuranza tan-​nies huma konċernati primarjament dwarhom infushom. Ħafna nies jagħmlu dak kollu li jkun hemm bżonn biex tgħaddi tagħhom, u dan spiss iwassalhom biex jikkommettu atti krudili. Dan huwa minnu mhux biss għal individwi iżda anki għal ġnus sħaħ.

Il-ħajjiet taʼ bnedmin oħrajn donnhom m’għadhomx prezzjużi. Xi wħud saħansitra jieħdu gost ikunu krudili. Huma jsibuha taʼ pjaċir, bħal kriminali li jistqarru li huma jagħmlu l-​ħsara lil ħaddieħor sempliċement għall-​eċċitament li jħossu. U xi ngħidu dwar il-​miljuni taʼ nies li jippreferu jaraw films taʼ vjolenza u krudeltà u li jinkuraġġixxu l-​industrija tal-​films biex idaħħlu iktar flus minn films bħal dawn? Meta wieħed jesponi ruħu b’mod kostanti għal atti brutali permezz tad-​divertiment u x-​xandir, is-​sensittività taʼ ħafna wħud titmewwet.

Il-krudeltà spiss tagħmel ħsara psikoloġika u hija l-​bidu taʼ ċirku vizzjuż. Meta rreferiet għall-​vjolenza li tinbet mill-​krudeltà, Noemí Díaz Marroquín, li tgħallem fin-​National Autonomous University tal-​Messiku, tgħid: “Wieħed jitgħallimha l-​vjolenza, hija parti mill-​kultura . . . Aħna nitgħallmu kif għandna naġixxu b’modi vjolenti meta l-​ambjent tagħna jippermetti u jinkuraġġixxi dan.” Għalhekk, dawk li kienu vittmi t’abbuż x’aktarx li jispiċċaw jabbużaw b’ħaddieħor, forsi saħansitra bl-​istess modi li huma stess kienu ġew abbużati.

F’każi oħrajn, dawk li jagħmlu użu ħażin minn affarijiet bħalma huma l-​alkoħol u d-​drogi jistgħu jispiċċaw jaġixxu b’mod krudil. Taʼ min isemmi wkoll lil dawk l-​individwi li m’humiex kuntenti bil-​gvern tagħhom għax dan ma jkunx laħaq il-​bżonnijiet tan-​nies. Xi wħud minnhom, minħabba li jkunu determinati li jagħmlu l-​opinjonijiet tagħhom magħrufin, iduru għal atti krudili u jkattru t-​terroriżmu, u spiss l-​innoċenti jmorru minn taħt.

Però, għandek mnejn taħseb: ‘Il-​bnedmin tgħallmu jaġixxu bil-​krudeltà waħedhom? X’qiegħed jikkaġuna s-​sitwazzjoni preżenti?’

Min Tassew Hemm Wara l-​Krudeltà?

Il-​Bibbja tgħidilna li Satana x-​Xitan għandu influwenza qawwija fuq din id-​dinja billi ssejjaħlu “l-​alla taʼ din is-​sistema.” (2 Korintin 4:4) Huwa l-​iktar persuna egoista u krudila fl-​univers. Ġesù bix-​xieraq jiddeskrivih bħala “qattiel” u “missier il-​gidba.”​—Ġwanni 8:​44.

L-umanità ilha tinsab taħt l-​influwenza qawwija taʼ Satana sa minn żmien id-​diżubbidjenza taʼ Adam u Eva. (Ġenesi 3:​1-7, 16-​19) Madwar 15-il seklu wara li l-​ewwel koppja umana taw daharhom lil Ġeħova, anġli ribellużi mmaterjalizzaw ruħhom, kellhom relazzjonijiet man-​nisa, u pproduċew nisel imħallat imsejjaħ Nefilim. X’kienet il-​karatteristika li tiddistingwihom? Isimhom jipprovdi t-​tweġiba. Dan ifisser “uħud li jwaqqgħu lil oħrajn.” B’mod ċar, huma kienu individwi vjolenti li ġabu krudeltà u immoralità li d-​Dilluvju kaġunat minn Alla biss setaʼ jġib tmiem għalihom. (Ġenesi 6:​4, 5, 17) Għalkemm in-​Nefilim inqerdu fid-​Dilluvju, missirijiethom reġgħu lura fil-​qasam taʼ l-​ispirti bħala demonji inviżibbli.​—1 Pietru 3:​19, 20.

L-attitudni krudila taʼ l-​anġli ribellużi hija evidenti fil-​każ taʼ tifel possedut minn demonju fi żmien Ġesù. B’mod ripetut, id-​demonju ġiegħel lit-​tifel ikollu konvulżjonijiet, u tefgħu fin-​nar u fl-​ilma biex jipprova jeqirdu. (Marku 9:​17-​22) B’mod ċar, “forzi taʼ l-​ispirti mill-​agħar” bħal dawn jirriflettu l-​personalità bla ħniena tal-​kap tagħhom, Satana x-​Xitan.​—Efesin 6:​12.

Illum, l-​influwenza demonika tkompli tippromwovi l-​krudeltà umana, kif kien imbassar fil-​Bibbja: “Fl-​aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, . . . minfuħin bihom infushom, suppervi, . . . ingrati, żleali, mingħajr imħabba naturali, ma jkunux iridu jiftiehmu, kalunnjaturi, mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb, tradituri, rashom iebsa, imkabbrin, iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla, ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha.”​—2 Timotju 3:​1-5.

Il-profeziji tal-​Bibbja jirrivelaw li ż-​żminijiet tagħna huma kritiċi b’mod partikulari minħabba li wara li ġiet stabbilita s-​Saltna t’Alla permezz taʼ Kristu Ġesù fl-​1914, Satana u l-​qtajjaʼ tad-​demonji tiegħu ġew imkeċċijin mis-​smewwiet. Il-​Bibbja tgħid: “Gwaj għall-​art u għall-​baħar, għax ix-​Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.”​—Rivelazzjoni 12:​5-9, 12.

Ifisser dan li s-​sitwazzjoni ma tistax titjieb? Díaz Marroquín, li ssemmiet iktar kmieni, tgħid li “n-​nies huma kapaċi jitgħallmu kif jegħlbu” kondotta mhix mixtieqa. Madankollu, minħabba li l-​art illum hi miżgħuda bl-​influwenza taʼ Satana, wieħed ma tantx jistaʼ jitgħallem kif jegħleb il-​vjolenza sakemm ma jippermettix forza differenti u superjuri tinfluwenza l-​mod taʼ ħsieb u l-​aġir tiegħu. X’inhi din il-​forza?

Il-​Bidliet Huma Possibbli​—Kif?

B’ferħ, l-​ispirtu qaddis t’Alla huwa l-​iktar forza qawwija li teżisti, u dan jistaʼ jegħleb kwalunkwe influwenza demonika. Dan jippromwovi l-​imħabba u l-​benesseri tal-​bnedmin. Sabiex jimtela bl-​ispirtu t’Alla, kulmin jixtieq jogħġob lil Ġeħova għandu jevita kondotta li għandha element taʼ krudeltà. Dan jeħtieġ li wieħed ibiddel il-​personalità tiegħu biex ikun fi qbil mar-​rieda divina. U din ir-​rieda x’inhi? Hija li aħna nimitaw lil Alla kemm jistaʼ jkun. Dan jinvolvi li nħarsu lejn oħrajn bil-​mod kif iħares Alla.​—Efesin 5:​1, 2; Kolossin 3:​7-​10.

Studju dwar il-​mod kif Alla jittratta l-​affarijiet se jikkonvinċik li Ġeħova qatt ma wera nuqqas taʼ interess f’oħrajn. Hu qatt ma ttratta b’mod inġust lil xi bniedem, jew jekk niġu f’dan, lil xi annimal.a (Dewteronomju 22:​10; Salm 36:8 [36:​7, NW]; Proverbji 12:10) Hu ċaħad il-​krudeltà u lil dawk kollha li jipprattikawha. (Proverbji 3:​31, 32) Il-​personalità l-​ġdida li Ġeħova jirrikjedi li l-​Kristjani jikkultivaw tgħinhom jikkunsidraw lil oħrajn bħala superjuri u jirrispettawhom. (Filippin 2:​2-4) Din il-​personalità Kristjana ġdida tinkludi “sentimenti profondi taʼ mogħdrija, u qalb tajba, umiltà, ħlewwa, u sabar fit-​tul.” L-​imħabba m’għandhiex tiġi injorata, “għax hi rabta perfetta li tgħaqqad.” (Kolossin 3:​12-14) Ma taqbilx int li d-​dinja kienet tkun post differenti kieku kwalitajiet bħal dawn kienu abbundanti?

Madankollu, għandek mnejn titħasseb jekk il-​bidliet dejjiema fil-​personalità humiex verament possibbli. Mela, ikkunsidra eżempju li ġara fir-​realtà. Martínb kien jgħajjat maʼ martu proprju quddiem it-​tfal tagħhom u kien isawwatha bl-​aħrax. F’okkażjoni minnhom, is-​sitwazzjoni tant saret perikoluża li t-​tfal kellhom jitilqu jiġru għand il-​ġirien għall-​għajnuna. Wara numru taʼ snin, il-​familja bdiet tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Martín tgħallem liema xorta taʼ persuna għandu jkun u kif għandu jittratta lil oħrajn. Kien kapaċi jinbidel? Martu twieġeb: “Fil-​passat, żewġi kien persuna differenti meta kienet titlagħlu t-​tempra. Minħabba dan, ħajjitna kienet f’rovina għal żmien twil. M’għandix biżżejjed kliem biex nirringrazzja lil Ġeħova talli għen lil Martín jinbidel. Issa hu missier tajjeb u raġel mill-​aqwa.”

Dan huwa biss każ wieħed. Madwar il-​globu, miljuni taʼ nies li studjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova warrbu l-​krudeltà. Iva, il-​bidla hija possibbli.

It-​Tmiem taʼ Kull Krudeltà Qed Joqrob

Fil-​futur qarib, is-​Saltna t’Alla​—gvern li issa huwa stabbilit fis-​smewwiet b’Ħakkiem li jagħder, Kristu Ġesù—se teżerċita awtorità sħiħa fuq l-​art. Din diġà naddfet is-​smewwiet minn Satana, is-​sors tal-​krudeltà kollha, u d-​demonji tiegħu. Dalwaqt, is-​Saltna t’Alla se tissodisfa l-​bżonnijiet tas-​suġġetti tagħha fuq l-​art li jħobbu l-​paċi. (Salm 37:​10, 11; Isaija 11:​2-5) Din hi l-​unika soluzzjoni vera għall-​problemi tad-​dinja. Iżda xi ngħidu jekk waqt li qed tistenna lil din is-​Saltna, issir vittma tal-​krudeltà?

Mhux se jkun t’għajnuna jekk tpatti lkrudeltà b’iktar krudeltà. Dan jirriżulta biss f’iktar krudeltà. Il-​Bibbja tistidinna biex nafdaw f’Ġeħova, li fiż-​żmien imwaqqat tiegħu se ‘jagħti ’l kull wieħed skond imġibtu, skond ma jkun jistħoqq għemilu.’ (Ġeremija 17:10) (Ara l-​kaxxa, “Kif Tirreaġixxi għall-​Krudeltà.”) Veru, għandek mnejn tbati minħabba li tkun sfajt vittma taʼ xi delitt krudil. (Koħèlet 9:​11) Madankollu, Alla jistaʼ jreġġaʼ lura r-​riżultati taʼ kwalunkwe krudeltà, anki l-​mewt. Skond il-​wegħda tiegħu, dawk fil-​memorja tiegħu li tilfu ħajjithom minħabba atti krudili se jkollhom il-​ħajja mill-​ġdid.​—Ġwanni 5:​28, 29.

Għalkemm il-​possibbiltà li nsiru vittmi tal-​krudeltà għadha teżisti, aħna nistgħu nsibu faraġ f’relazzjoni fil-​qrib m’Alla u fidi soda fil-​wegħdi tiegħu. Ikkunsidra lil Sara li mingħajr l-​għajnuna taʼ żewġha rabbiet liż-​żewġ uliedha subien u għamlet ċert li huma jkollhom edukazzjoni tajba. Fi xjuħitha, uliedha abbandunawha, u la tawha għajnuna materjali u lanqas ħadu ħsiebha meta kienet marida. Madankollu, Sara, li issa hi Kristjana, tgħid: “Għalkemm jien ma nistax ma nħossnix imnikkta, Ġeħova ma telaqnix. Inħoss l-​appoġġ tiegħu permezz taʼ ħuti spiritwali rġiel u nisa, li dejjem jieħdu ħsiebi. Jien nemmen b’mod sod li dalwaqt hu se jsolvi mhux biss il-​problemi tiegħi iżda wkoll il-​problemi taʼ dawk li jafdaw fil-​qawwa tiegħu u jagħmlu dak li jikkmanda.”

Min huma l-​aħwa spiritwali rġiel u nisa li rreferiet għalihom Sara? Dawn huma sħabha l-​Kristjani, li huma Xhieda taʼ Ġeħova. Huma jifformaw fratellanza dinjija taʼ nies li juru mogħdrija u li huma konvinti li dalwaqt se tintemm il-​krudeltà. (1 Pietru 2:​17) La l-​wieħed responsabbli prinċipalment għall-​krudeltà, Satana x-​Xitan, u lanqas xi ħadd li jaġixxi bħalu ma se jibqaʼ. Din l-​“era tal-​brutalità,” kif isejħilha wieħed kittieb, se tkun xi ħaġa tal-​passat. Għala ma titgħallimx x’inhi din it-​tama billi tikkuntattja lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

[Noti taʼ taħt]

a Għal konsiderazzjoni iktar profonda tal-​kwalitajiet u l-​personalità t’Alla, ara l-​ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

b Xi ismijiet ġew mibdulin.

[Kaxxa f’paġna 6]

Kif Tirreaġixxi għall-​Krudeltà

Il-​Kelma t’Alla toffri pariri prattiċi dwar kif wieħed jittratta mal-​krudeltà. Ikkunsidra kif int tistaʼ tapplika l-​kliem t’għerf li ġej:

“Tgħidx: ‘Ħa nrodd id-​deni b’deni’ imma stenna li l-​Mulej jeħilsek hu.”​—Proverbji 20:22.

“Jekk . . . tara l-​fqir jinħaqar u d-​dritt u l-​ħaqq mirfusa, m’għandekx tistagħġeb b’dan, għax kull uffiċjal hemm wieħed ogħla għassa tiegħu.”​—Koħèlet 5:7 (5:​8, NW).

“Henjin il-​ġwejdin, għax għad jirtu l-​art.”​—Mattew 5:5.

“Għalhekk, kulma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, intom tridu tagħmluh lilhom ukoll.”​—Mattew 7:​12.

“Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara. Agħmlu t-​tajjeb quddiem il-​bnedmin kollha. Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha. Maħbubin, tivvendikawx ruħkom, imma agħmlu l-​wisaʼ għall-​korla; għax hu miktub: ‘Il-​vendetta tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.’”​—Rumani 12:​17-​19.

“Saħansitra Kristu sofra għalikom, u ħallielkom mudell biex timxu mill-​qrib wara l-​passi tiegħu. . . . Meta kien mgħajjar, m’għajjarx lura. Meta kien qed isofri, m’heddidx, imma baqaʼ jafda ruħu f’idejn dak li jiġġudika bil-​ġustizzja.”​—1 Pietru 2:​21-​23.

[Stampi f’paġna 7]

Ġeħova għallem lil ħafna wħud iwarrbu l-​krudeltà

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja