LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 5/15 p. 31
  • Rebħa fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rebħa fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Niġġieldu għal-libertà tal-qima
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Predikaturi tas-Saltna jiftħu kawża l-qorti
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Battalja Legali Twila Tispiċċa b’Rebħa!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Jipproteġu Legalment l-Aħbar Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 5/15 p. 31

Rebħa fil-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem

FIL-​11 TAʼ JANNAR, 2007, il-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem fi Strasbourg, Franza, iddikjarat id-​deċiżjoni unanima li ħadet favur ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fir-​Russja fil-​kawża tagħhom kontra l-​Federazzjoni Russa. Id-​deċiżjoni kkonfermat il-​libertà tar-​reliġjon għax-​Xhieda taʼ Ġeħova u d-​dritt tagħhom għal smigħ imparzjali fil-​qorti. Ejja nikkunsidraw x’wassal għall-​kawża.

Fil-belt taʼ Chelyabinsk, ir-​Russja, hemm kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li tikkonsisti prinċipalment f’individwi neqsin mis-​smigħ. Il-​post fejn kienu jiltaqgħu kien faċilità li kienu jikru mingħand kulleġġ taʼ taħriġ vokazzjonali. Nhar il-​Ħadd, 16 t’April, 2000, il-​laqgħa tagħhom ġiet interrotta miċ-​chairwoman, jew Kummissarju, tal-​Kummissjoni tad-​Drittijiet tal-​Bniedem reġjonali kif ukoll minn żewġ uffiċjali tal-​pulizija u pulizija pajżan. Minħabba l-​preġudizzju, partikolarment min-​naħa tal-​Kummissarju, l-​assemblea ġiet imwaqqfa ħesrem minħabba l-​akkużi foloz u vvintati li l-​laqgħat kienu qed isiru mingħajr bażi legali. B’seħħ mill-​1 taʼ Mejju, 2000, ngħalqet il-​kera taʼ l-​awditorju.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ressqu lment quddiem il-​prosekutur taʼ Chelyabinsk, iżda dan ma wassal għall-​ebda riżultat. Il-​Kostituzzjoni Russa u l-​Konvenzjoni għall-​Protezzjoni tad-​Drittijiet tal-​Bniedem u l-​Libertajiet Fundamentali jiggarantixxu l-​libertà tar-​reliġjon u l-​libertà tas-​sħubija. Għalhekk, tressqet kawża quddiem qorti federali taʼ l-​ewwel istanza segwita minn appell lil qorti reġjonali. Iktar kmieni, fit-​30 taʼ Lulju, 1999, il-​qorti suprema f’kawża oħra ddeċidiet li “skond il-​Liġi Russa dwar il-​libertà tal-​kuxjenza u taʼ l-​assoċjazzjonijiet reliġjużi, il-​frażi ‘mingħajr tfixkil’ tfisser li m’huwa meħtieġ ebda permess, jew awtorizzazzjoni minn qabel, mingħand l-​awtoritajiet sekulari biex wieħed jagħmel ċerimonji reliġjużi f’postijiet provduti [għal dan l-​iskop].” (Parentesi tagħhom.) Minkejja dan, l-​ilmenti lil qrati federali taʼ l-​ewwel istanza u qrati reġjonali ma ġewx milqugħin.

Fis-17 taʼ Diċembru, 2001, il-​każ tressaq quddiem il-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem. Kien hemm smigħ fil-​qorti fid-​9 taʼ Settembru, 2004. Dawn li ġejjin huma siltiet mill-​ġudizzju finali maħruġ mill-​Qorti:

“Il-​Qorti sabet li seħħ indħil fid-​dritt għal-​libertà tar-​reliġjon tar-​rikorrenti, jiġifieri li nhar is-​16 t’April 2000, l-​uffiċjali taʼ l-​Istat ġagħlu li titwaqqaf l-​assemblea reliġjuża tagħhom qabel il-​ħin.”

“Il-​bażi legali għal interruzzjoni t’attività reliġjuża li tkun qed issir f’bini mikri legalment għal dan l-​iskop kienet nieqsa b’mod evidenti.”

“[Il-Qorti] tinnota l-​ġurisprudenza konsistenti tal-​Qorti Suprema Russa u dan ifisser li l-​assembleat reliġjużi ma jirrikjedu li tittieħed ebda awtorizzazzjoni minn qabel mill-​awtoritajiet, jew li tingħata notifikazzjoni lil dawn l-​istess awtoritajiet.”

“Għaldaqstant seħħet vjolazzjoni taʼ l-​Artiklu 9 [libertà tar-​reliġjon] tal-​Konvenzjoni għall-​Protezzjoni tad-​Drittijiet tal-​Bniedem u l-​Libertajiet Fundamentali minħabba l-​interruzzjoni tal-​laqgħa reliġjuża tar-​rikorrenti fis-​16 t’April 2000 mill-​Kummissarju u l-​assistenti tagħha.”

“Il-​Qorti sabet li l-​qrati federali taʼ l-​ewwel istanza u l-​qrati reġjonali naqsu fid-​dmir tagħhom . . . li juru li l-​partijiet kienu ngħataw smigħ b’mod ġust u ugwali. Seħħet . . . vjolazzjoni taʼ l-​Artiklu 6 [dritt għal smigħ ġust] tal-​Konvenzjoni.”

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma grati lejn Alla tagħhom talli tahom rebħa fil-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem. (Salm 98:1) Kemm se jkollha effett id-​deċiżjoni tal-​Qorti? Joseph K. Grieboski, president taʼ l-​Istitut tar-​Reliġjon u l-​Politika Pubblika, jgħid: “Din hija biss deċiżjoni oħra li hi importanti b’mod sinifikanti li teffettwa l-​libertà tar-​reliġjon madwar l-​Ewropa kollha, minħabba li d-​deċiżjoni se jkollha impatt fuq id-​drittijiet reliġjużi fl-​istati kollha li jinsabu taħt il-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja