LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 5/15 p. 29
  • Kif Hija Organizzata l-Ġemgħa li Tiggverna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Hija Organizzata l-Ġemgħa li Tiggverna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • “Ilkoll Kemm Aħna Qbilna”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Magħqudin fl-Imħabba—Rapport tal-Laqgħa Annwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Nikkoperaw mal-Ġemgha li Tiggverna Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 5/15 p. 29

Kif Hija Organizzata l-​Ġemgħa li Tiggverna

IL-​ĠEMGĦA li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova hija magħmula minn irġiel dedikati li huma qaddejja midlukin t’Alla. Dawn jaqdu bħala rappreżentanti tal-​klassi taʼ l-​ilsir leali u għaqli, li għandha r-​responsabbiltà li tipprovdi l-​ikel spiritwali u li tagħti direzzjoni u spinta lix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna maʼ l-​art kollha.—Mt. 24:14, 45-47.

Il-laqgħat tal-​Ġemgħa li Tiggverna jinżammu kull ġimgħa, ġeneralment nhar t’Erbgħa. Dan jgħin lil dawn l-​aħwa jaħdmu flimkien f’unità. (Salm 133:1) Il-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna jaqdu wkoll f’diversi kumitati. Biex jieħu ħsieb l-​interessi tas-​Saltna, kull kumitat hu responsabbli minn ċerti attivitajiet u sitwazzjonijiet, bħalma nsibu mniżżel fil-​qosor hawn taħt.

◼ IL-​KUMITAT TAL-​KOORDINATURI: Dan il-​kumitat huwa magħmul mill-​koordinaturi taʼ kull wieħed mill-​kumitati l-​oħra tal-​Ġemgħa li Tiggverna u segretarju li huwa wkoll membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Dan il-​kumitat jara li l-​kumitati kollha jaħdmu b’mod effiċjenti u mingħajr diffikultajiet żejda. Jieħu ħsieb ukoll emerġenzi kbar, persekuzzjonijiet, diżastri, u kwistjonijiet urġenti oħra li jeffettwaw lix-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja.

◼ IL-​KUMITAT TAL-​PERSONELL: L-​aħwa f’dan il-​kumitat ġew fdati bir-​responsabbiltà li jieħdu ħsieb il-​benesseri u l-​għajnuna spiritwali u persunali tal-​membri tal-​familji taʼ Betel madwar id-​dinja. Dan il-​kumitat jieħu ħsieb li jagħżel u jistieden lill-​membri ġodda tal-​familji taʼ Betel u jittratta mistoqsijiet dwar is-​servizz tagħhom f’Betel.

◼ IL-​KUMITAT TAʼ L-​IPPUBBLIKAR: Dan il-​kumitat għandu r-​responsabbiltà li jistampa, jippubblika, u jibgħat letteratura Biblika madwar id-​dinja. Jieħu ħsieb ukoll l-​istamperiji u l-​bini li huma proprjetà tad-​diversi korporazzjonijiet li jużaw ix-​Xhieda taʼ Ġeħova u li jitmexxew minnhom. Dan il-​kumitat jara kif juża bl-​aħjar mod il-​fondi li jingħataw bħala donazzjonijiet għax-​xogħol tas-​Saltna madwar id-​dinja.

◼ IL-​KUMITAT TAS-​SERVIZZ: Il-​membri taʼ dan il-​kumitat għandhom ir-​responsabbiltà tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar u l-​kwistjonijiet li jeffettwaw lill-​kongregazzjonijiet, il-​pijunieri, l-​anzjani, u l-​indokraturi li jivvjaġġaw. Huma jieħdu ħsieb it-​tħejjija tal-​Ministeru tas-​Saltna u jistiednu lill-​istudenti għall-​Iskola taʼ Gilgħad u għall-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, u wara li jiggradwaw jagħtuhom l-​inkarigi tagħhom.

◼ IL-​KUMITAT TAT-​TAGĦLIM: Dan il-​kumitat jieħu ħsieb l-​istruzzjoni li tiġi provduta fl-​assembleat, il-​konvenzjonijiet, u l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Iħejji programmi spiritwali għall-​membri tal-​familji taʼ Betel u għandu r-​responsabbiltà tad-​diversi skejjel bħalma huma l-​Iskola taʼ Gilgħad u l-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier, kif ukoll tat-​tħejjija taʼ programmi taʼ l-​awdjo u l-​vidjo.

◼ IL-​KUMITAT TAL-​KITBA: Dan il-​kumitat għandu r-​responsabbiltà li jieħu ħsieb li jiġi provdut l-​ikel spiritwali bil-​miktub sabiex ikun jistaʼ jiġi pubblikat u mqassam lil sħabhom fit-​twemmin u lill-​pubbliku in ġenerali. Dan il-​kumitat iwieġeb il-​mistoqsijiet dwar il-​Bibbja u japprova materjal bħalma huma l-​iskripts tad-​dramas u l-​outlines tat-​taħditiet. Jieħu ħsieb ukoll ix-​xogħol tat-​traduzzjoni li jsir mad-​dinja kollha.

L-​appostlu Pawlu qabbel il-​kongregazzjoni taʼ wħud midlukin maʼ ġisem uman u enfasizza l-​irwol importanti taʼ kull membru kif ukoll il-​mod kif jiddependu minn xulxin, iħobbu lil xulxin, u jikkooperaw bejniethom biex jagħmlu x-​xogħol li tahom Alla. (Rum. 12:4, 5; 1 Kor. 12:12-31) Ġesù Kristu, ir-​Ras, jipprovdi lill-​membri tal-​ġisem dak li hemm bżonn sabiex ikun hemm kooperazzjoni tajba, koordinazzjoni, u nutriment spiritwali. (Efes. 4:15, 16; Kol. 2:19) B’dan il-​mod, il-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna huma organizzati biex jieħdu t-​tmexxija skond kif Ġeħova jidderiġihom bl-​ispirtu qaddis.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja