LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 10/1 pp. 3-4
  • Dalwaqt Tispiċċa l-Pjaneta Art?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dalwaqt Tispiċċa l-Pjaneta Art?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Pjaneta fil-​Periklu
  • Raġuni għall-​Ottimiżmu
  • Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered
    Stenbaħ!—2023
  • Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?
    Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?
  • Il-bniedem se jeqred l-art għalkollox?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Id-Dinja Qed Tinqered—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 10/1 pp. 3-4

Dalwaqt Tispiċċa l-​Pjaneta Art?

Liema taħseb li hi t-​tweġiba t-​tajba għal dan li ġej?

Fil-​futur qarib, il-​kundizzjonijiet taʼ l-​art se

(a) jitjiebu?

(b) jibqgħu l-​istess?

(ċ) jeħżienu?

TIPPROVA int iżżomm ħarsa pożittiva dwar il-​futur? Hemm ħafna benefiċċji jekk tagħmel dan. L-​istudji wrew li n-​nies b’ħarsa ottimista huma iktar intelliġenti u huma iktar f’saħħithom. Studju fit-​tul saħansitra wera li l-​irġiel li kienu ottimisti kellhom ħafna inqas ċans li jbatu minn mard tal-​qalb minn dawk li kellhom ħarsa pessimista lejn il-​ħajja. Dawn ir-​riżultati huma fi qbil maʼ stqarrija li saret fil-​Bibbja ħafna sekli ilu: “Qalb ferħana hi mediċina tajba: iżda spirtu mnikket inixxef il-​għadam.”—Proverbji 17:22, Karm Żammit.

Madankollu, meta nqisu dak li l-​esperti tax-​xjenza qed ibassru dwar il-​futur tal-​pjaneta Art, ħafna jsibuha diffiċli biex jibqgħu ferħanin u ottimisti. Ikkunsidra biss ftit mit-​tbassir ikrah li qed jidher fuq l-​aħbarijiet.

Pjaneta fil-​Periklu

Fl-​2002, l-​Istitut taʼ l-​Ambjent li Jinsab fi Stokkolma, li huwa rispettat ħafna, wissa li jekk ma nnaqqsux l-​effett negattiv taʼ l-​umanità fuq l-​ambjent sabiex nipproteġu l-​iżvilupp ekonomiku x’aktarx li se nagħtu bidu għal “ġrajjiet li jistgħu jittrasformaw bil-​kbir il-​klima u s-​sistemi ekoloġiċi tal-​pjaneta.” Ir-​rapport kompla jgħid li l-​faqar, l-​inġustizzja kontinwa, u l-​qerda kontinwa tar-​riżorsi taʼ l-​ambjent madwar id-​dinja jistgħu jikkaġunaw lis-​soċjetà biex taqaʼ “fi kriżi waħda wara l-​oħra kemm ambjentali, kemm soċjali, u kemm tas-​sigurtà.”

Fl-2005, il-​Ġnus Magħquda ħarġet Rapport Dwar Sintesi li Fih Stima taʼ l-​Ekosistema għall-​Millennju. Dan kien ir-​riżultat taʼ studju globali dwar l-​ambjent taʼ l-​Art li ħa erbaʼ snin, u li involva iktar minn 1,360 espert minn 95 pajjiż. Ir-​rapport kien fih twissija iebsa: “L-​attività tal-​bniedem tant qed tagħmel pressjoni fuq il-​funzjonijiet naturali taʼ l-​Art li l-​abbiltà tas-​sistemi ekoloġiċi tal-​pjaneta biex isostnu lill-​ġenerazzjonijiet tal-​futur m’għadhiex tistaʼ tittieħed bħala xi ħaġa ċerta.” Biex jiġi evitat dan l-​inkwiet kbir hemm bżonn “bidliet sinifikanti li għadhom ma bdewx iseħħu fil-​politika, fl-​istituzzjonijiet, u fil-​proċeduri,” jgħid ir-​rapport.

Anna Tibaijuka, direttriċi esekuttiva tal-​Programm tal-​Ġnus Magħquda Biex Isolvi Kwistjonijiet Umani, tesprimi l-​opinjoni taʼ iktar u iktar riċerkaturi. Hi tgħid: “Jekk nibqgħu sejrin hekk, hemm diżastru jistenniena fil-​futur.”

Raġuni għall-​Ottimiżmu

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, li jippubblikaw din ir-​rivista, ukoll jemmnu li ġrajjiet drastiċi li se jibdlu l-​art jinsabu fil-​qrib. Madankollu, huma konvinti li minflok ma se jwasslu għal futur diżastruż, dawn il-​ġrajjiet se jiftħu t-​triq għall-​iktar kundizzjonijiet meraviljużi li qatt rat id-​dinja. Għala għandhom din il-​ħarsa ottimista? Għaliex huma jafdaw fil-​wegħdi li hemm fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Innota waħda minn dawn il-​wegħdi: “Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar; u int tħares bir-​reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm. Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:10, 11.

Hija din it-​tama sempliċi ħolma? Qabel ma twieġeb din il-​mistoqsija, ikkunsidra bis-​serjetà din l-​istqarrija: Eluf taʼ snin ilu, il-​Bibbja bassret bir-​reqqa bosta mill-​akbar problemi li llum qed narawhom iħassru l-​art u jnikktu l-​umanità. Jekk jogħġbok aqra l-​iskritturi ċitati fl-​artiklu li jmiss u qabbel dak li jgħidu maʼ dak li qed tara jseħħ fid-​dinja. Hekk kif tagħmel dan, se tkabbar il-​fiduċja tiegħek fit-​tbassir bir-​reqqa tal-​Bibbja dwar il-​ġrajjiet tal-​futur.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja