LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 10/1 pp. 24-25
  • Dawk li Kitbu Dwar Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dawk li Kitbu Dwar Ġesù
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Dawn kitbu dwar Ġesù
    Għallem lil Uliedek
  • Marku Ma Qatax Qalbu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Kristu fuq il-leminija t’Alla
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 10/1 pp. 24-25

Għallem Lil Uliedek

Dawk li Kitbu Dwar Ġesù

TIEĦDU pjaċir taqraw flimkien dwar Ġesù?—a Xi nies jibqgħu skantati meta jitgħallmu li Ġesù ma kiteb l-​ebda parti mill-​Bibbja. Madankollu, tmien kittieba tal-​Bibbja jgħidulna ħafna dwaru. Dawn kollha għexu meta għex Ġesù, u jgħidulna dak li għallem. Taf min huma dawn it-​tmienja?— Hemm Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni. L-​erbgħa l-​oħrajn huma Pietru, Ġakbu, Ġuda, u Pawlu. X’taf dwar dawn il-​kittieba?—

Ejja nitkellmu l-​ewwel dwar it-​tliet kittieba li kienu wkoll fost it-​tnax-​il appostlu taʼ Ġesù. Taf x’jisimhom?— Pietru, Ġwanni, u Mattew. Pietru kiteb żewġ ittri lill-​Kristjani sħabu. Qalilhom dwar l-​affarijiet li kien jaf li Ġesù għamel u qal. Iftaħ il-​Bibbja fit-​2 Pietru 1:16-​18, u aqra d-​deskrizzjoni taʼ Pietru dwar meta semaʼ lil Alla Ġeħova jkellem lil Ġesù mis-​sema.—Mattew 17:5.

L-​appostlu Ġwanni kiteb ħames kotba tal-​Bibbja. Fl-​aħħar ikla li d-​dixxipli kielu maʼ Sidhom hu kien bilqiegħda ħdejn Ġesù. Ukoll, Ġwanni kien maʼ Ġesù meta miet. (Ġwanni 13:23-​26; 19:26) Ġwanni kiteb wieħed mill-​erbaʼ rakkonti Bibliċi dwar il-​ħajja taʼ Ġesù li jissejħu l-​Evanġelji. Ukoll, niżżel bil-​miktub ir-​Rivelazzjoni li Ġesù tah u t-​tliet ittri fil-​Bibbja li jġorru ismu. (Rivelazzjoni 1:1) It-​tielet kittieb tal-​Bibbja li sar appostlu taʼ Ġesù kien Mattew, li qabel kien jiġbor it-​taxxa.

Żewġ kittieba oħrajn tal-​Bibbja kienu jafu lil Ġesù b’mod speċjali. Kienu ħutu iżgħar minnu mill-​omm, tfal oħrajn taʼ Ġużeppi u Marija. (Mattew 13:55) Għall-​ewwel, ma sarux dixxipli taʼ Ġesù. Saħansitra ħasbu li kien xi ftit miġnun minħabba l-​ippritkar żeluż tiegħu. (Marku 3:21) Min kienu dawn l-​aħwa?— Ġakbu hu wieħed minnhom. Hu kiteb il-​ktieb Bibliku taʼ Ġakbu. L-​ieħor hu Ġuda. Kiteb il-​ktieb Bibliku taʼ Ġuda.—Ġuda 1.

Żewġ kittieba oħrajn li kitbu dwar il-​ħajja taʼ Ġesù huma Marku u Luqa. Marija, omm Marku, kellha dar kbira f’Ġerusalemm, fejn kienu jiltaqgħu l-​Kristjani tal-​bidu, inkluż l-​appostlu Pietru. (Atti 12:11, 12) Snin qabel, fil-​lejla li Ġesù kellu l-​aħħar ikla tal-​Qbiż mal-​appostli tiegħu, x’aktarx li Marku segwiehom meta marru fil-​ġnien tal-​Ġetsemani. Meta Ġesù ġie arrestat, is-​suldati ħatfu lil Marku, imma hu ħarab mingħajr il-​libsa tiegħu.—Marku 14:51, 52.

Luqa kien tabib mediku b’edukazzjoni tajba li milli jidher sar dixxiplu wara l-​mewt taʼ Ġesù. Hu studja bir-​reqqa l-​ħajja taʼ Ġesù u kiteb storja ċara u eżatta dwarha. Iktar tard, Luqa beda jivvjaġġa mal-​appostlu Pawlu u wkoll kiteb il-​ktieb Bibliku tal-​Atti.—Luqa 1:1-​3; Atti 1:1.

Pawlu hu t-​tmien kittieb tal-​Bibbja li kiteb dwar Ġesù. Ġie mgħallem mill-​avukat famuż Gamaljel. Peress li ġie mrobbi u mgħallem mill-​Fariżej, Pawlu, li dak iż-​żmien kien jissejjaħ Sawl, kien jobgħod lid-​dixxipli taʼ Ġesù u ħa sehem fil-​qtil tagħhom. (Atti 7:58–8:3; 22:1-​5; 26:4, 5) Taf kif Pawlu tgħallem il-​verità dwar Ġesù?—

Mela, Pawlu kien fi triqtu lejn Damasku biex jarresta xi dixxipli taʼ Ġesù meta f’daqqa waħda dawl qawwi mis-​sema għamieh. Semaʼ leħen jistaqsi: “Sawl, Sawl, għala qed tippersegwitani?” Kien qed jitkellem Ġesù! Qal lil Pawlu biex imur Damasku. Imbagħad Ġesù qal lid-​dixxiplu tiegħu Ananija biex ikellem lil Pawlu, u Pawlu sar dixxiplu taʼ Ġesù. (Atti 9:1-​18) Pawlu kiteb 14-​il ktieb tal-​Bibbja, minn Rumani s’Ebrej.

Bdejt taqra l-​kotba Bibliċi dwar Ġesù jew tlabt lil xi ħadd biex jaqrahomlok?— Waħda mill-​aqwa affarijiet li qatt se tagħmel f’ħajtek hi li tibda titgħallem x’tgħid il-​Bibbja dwar Ġesù issa, waqt li għadek żgħir.

[Nota taʼ taħt]

a Jekk qed taqra mat-​tfal, is-​sinjal qiegħed hemm biex ifakkrek li għandek tieqaf u tinkuraġġixxi lit-​tfal jesprimu ruħhom.

MISTOQSIJIET:

▪ Liema appostli taʼ Ġesù saru kittieba tal-​Bibbja?

▪ Liema żewġ kittieba tal-​Bibbja kienu ħut Ġesù mill-​omm?

▪ Marku kif forsi kien jaf lil Ġesù, imma Luqa għala forsi ma kienx jafu?

▪ Pawlu kif sar dixxiplu taʼ Ġesù?

[Stampi f’paġna 25]

Ġuda

Marku

Pietru

Mattew

Pawlu

Ġakbu

Luqa

Ġwanni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja