LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 4/1 p. 18
  • “Ipprova Jtaffi l-Korla taʼ Ġeħova”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ipprova Jtaffi l-Korla taʼ Ġeħova”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jistaʼ Jaħfer—Xi Jfisser Dan Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • X’Jiġifieri li Vera Jkun Iddispjaċiek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Mistoqsijiet Mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kont Taqdi Qabel? Tistaʼ Terġaʼ Taqdi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 4/1 p. 18

Ersaq Qrib Lejn Alla

“Ipprova Jtaffi l-​Korla taʼ Ġeħova”

“ĦASSEJTNI ma niswa għal xejn,” qal raġel li trabba skont il-​livelli t’Alla imma li għal xi żmien ma baqax jgħix fi qbil maʼ dawn il-​livelli. Meta beda jieħu passi biex ibiddel ħajtu, hu beżaʼ mill-​fatt li Alla għandu mnejn qatt ma jaħfirlu. Iżda dan il-​midneb niedem sab faraġ fir-​rakkont Bibliku dwar Manasse. Dan ir-​rakkont insibuh fit-​2 Kronaki 33:1-​17. Jekk ġieli ħassejtek li ma tiswa għal xejn minħabba xi dnubiet li għamilt fil-​passat, int ukoll għandek mnejn issib faraġ jekk tikkunsidra l-​eżempju taʼ Manasse.

Manasse trabba f’familja li tqim lil Alla. Missieru, Ħeżekija, kien wieħed mill-​iktar slaten taʼ Ġuda li spikkaw. Manasse twieled xi tliet snin wara li Alla, b’mod mirakoluż, tawwal il-​ħajja taʼ missieru. (2 Slaten 20:1-​11) Bla dubju, Ħeżekija kien iqis lil dan l-​iben bħala rigal grazzi għall-​ħniena t’Alla u pprova jnaqqax fih imħabba għall-​qima pura. Iżda t-​tfal taʼ ġenituri li jqimu lil Alla mhux dejjem isegwu l-​passi tal-​ġenituri tagħhom. Dan kien minnu fil-​każ taʼ Manasse.

Manasse ma kellux iktar minn 12-​il sena meta tilef lil missieru fil-​mewt. B’sogħba, Manasse “għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.” (Versi 1, 2) Kien is-​sultan żagħżugħ influwenzat minn dawk li jagħtu l-​pariri u li ma kellhom l-​ebda rispett lejn il-​qima vera? Il-​Bibbja ma tgħidx. Li tgħidilna hu li Manasse dar għall-​idolatrija u l-​krudeltà grassa. Hu bena artali lil allat foloz, offra lil uliedu stess bħala sagrifiċċju, ipprattika l-​ispiritiżmu, u għamel xbieha minquxa fit-​tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm. Manasse, li kellu rasu iebsa, irrifjuta li jagħti widen għat-​twissijiet li ngħata għal darba wara l-​oħra minn Ġeħova, l-​Alla li permezz taʼ miraklu għamel possibbli t-​twelid tiegħu.—Versi 3-​10.

Fl-​aħħar, Ġeħova ppermetta li Manasse jittieħed marbut fil-​qjud lejn Babilonja. Waqt li kien fl-​eżilju hemmhekk, Manasse kellu ċ-​ċans jirrifletti fuq ħajtu. Setaʼ hu issa jara li l-​idoli tiegħu, li kienu bla ħajja u bla saħħa, kienu naqsu li jipproteġuh? Ftakar hu f’dak li missieru, li kien devot, kien għallmu meta kien żgħir? Kien x’kien il-​każ, Manasse biddel l-​attitudni tiegħu. Ir-​rakkont jgħidilna: “Ipprova jtaffi l-​korla taʼ Ġeħova Alla tiegħu u baqaʼ jumilja ruħu ħafna . . . U baqaʼ jitolbu.” (Versi 12, 13) Imma setaʼ raġel li kkommetta dnubiet serji bħal dawn, verament jingħata l-​maħfra minn Alla?

Ġeħova ħassu mqanqal mill-​indiema sinċiera taʼ Manasse. Alla semaʼ s-​suppliki tiegħu għall-​ħniena “u reġġgħu lura lejn Ġerusalemm, lejn saltnatu.” (Vers 13) Imbagħad, sabiex juri l-​indiema tiegħu, Manasse għamel dak li setaʼ biex jirranġa l-​iżbalji tiegħu billi neħħa l-​idolatrija minn saltnatu u ħeġġeġ lill-​poplu tiegħu “jaqdi lil Ġeħova.”—Versi 15-​17.

Jekk tħoss li ma jistħoqqlokx il-​maħfra taʼ Ġeħova minħabba xi dnubiet tal-​passat, agħmel kuraġġ bl-​eżempju taʼ Manasse. Dan ir-​rakkont jagħmel parti mill-​Kelma ispirata t’Alla. (Rumani 15:4) B’mod ċar, Ġeħova jridna nkunu nafu li hu ‘lest li jaħfer.’ (Salm 86:5) Dak li jikkonċernah hu l-​kundizzjoni taʼ qalb il-​midneb u mhux id-​dnub tiegħu. Jekk midneb li jitlob b’qalb niedma jabbanduna t-​triq midinba tiegħu u jagħmel sforz biex jagħmel dak li hu sewwa, għandu mnejn “itaffi l-​korla taʼ Ġeħova,” saħansitra bħalma għamel Manasse.—Isaija 1:18; 55:6, 7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja