LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 3/1 p. 5
  • Mosè—Raġel Umli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mosè—Raġel Umli
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Ġeħova japprezza lill-qaddejja umli tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Mosè—Raġel li Jħobb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ikkultiva Umiltà Ġenwina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Jehovah Jirrivela l-Glorja Tiegħu lill-Umli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 3/1 p. 5

Mosè Raġel Umli

X’INHI L-​UMILTÀ?

L-​umiltà tfisser li tkun ħieles mill-​arroganza jew il-​kburija. Bniedem umli ma jqisx lil oħrajn inferjuri għalih. Kull individwu imperfett li hu umli għandu jkun ukoll modest, jiġifieri, konxju tal-​limitazzjonijiet tiegħu.

MOSÈ KIF WERA L-​UMILTÀ?

Mosè ma ħalliex l-​awtorità titlagħlu għal rasu. Spiss, meta bniedem jingħata xi ftit awtorità, ma jdumx ma juri jekk hux umli jew kburi. Robert G. Ingersoll, awtur tas-​seklu dsatax, poġġieha b’dan il-​mod: “Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jistgħu jissaportu l-​għawġ. Imma jekk trid tkun taf bniedem xi jsarraf verament, agħtih il-​poter.” F’dan is-​sens, Mosè ħalla eżempju eċċellenti tal-​umiltà. Kif?

Mosè ngħata awtorità kbira, għax Ġeħova inkarigah biex imexxi lill-​Iżraelin. Iżda Mosè qatt ma tkabbar minħabba din l-​awtorità li ngħata. Pereżempju, ikkunsidra kif bil-​modestja wieġeb mistoqsija diffiċli dwar id-​drittijiet tal-​wirt. (Numri 27:1-​11) Din kienet deċiżjoni serja għax ma kinitx se teffettwa biss lil dawk in-​nisa involuti imma wkoll każi oħrajn fil-​futur.

Mosè kif kien se jwieġeb? Kien se jirraġuna li bħala l-​mexxej taʼ Iżrael, hu kien kwalifikat biex jieħu deċiżjoni dwar il-​kwistjoni? Kien se jistrieħ fuq l-​abbiltà naturali tiegħu, fuq is-​snin tal-​esperjenza li kellu, jew fuq l-​għarfien tajjeb li kellu dwar il-​mod kif jaħseb Ġeħova?

Forsi hekk kien jagħmel raġel kburi. Imma mhux Mosè. Ir-​rakkont fil-​Bibbja jgħidilna: “Mosè ppreżenta l-​każ . . . quddiem Ġeħova.” (Numri 27:5) Aħseb ftit! Anki wara li kien ilu xi 40 sena jmexxi lill-​ġens taʼ Iżrael, Mosè ma straħx fuqu nnifsu imma fuq Ġeħova. Hawnhekk naraw b’mod ċar li Mosè kien umli ħafna.

Mosè ma ħasibx li hu biss għandu jkollu l-​awtorità. Hu feraħ meta Ġeħova ppermetta lil Iżraelin oħrajn jaqdu bħala profeti miegħu. (Numri 11:24-​29) Meta ħatnu ssuġġerielu li jiddelega ftit minn xogħlu, Mosè bl-​umiltà applika s-​suġġeriment. (Eżodu 18:13-​24) U lejn it-​tmiem taʼ ħajtu, għalkemm kien għadu b’saħħtu fiżikament, Mosè staqsa lil Ġeħova biex jaħtarlu suċċessur. Meta Ġeħova ħatar lil Ġożwè, Mosè b’qalbu kollha appoġġa lir-​raġel iżgħar fl-​età, u ħeġġeġ lin-​nies biex isegwu lil Ġożwè hekk kif imexxihom għal ġol-​Art Imwiegħda. (Numri 27:15-​18; Dewteronomju 31:3-​6; 34:7) M’għandniex xi ngħidu, Mosè qiesu privileġġ li jmexxi lill-​Iżraelin fil-​qima. Imma ma qiesx l-​awtorità tiegħu iktar importanti mill-​benesseri t’oħrajn.

AĦNA X’NITGĦALLMU MINN DAN?

Qatt ma rridu nħallu l-​qawwa, l-​awtorità, jew l-​abbiltà naturali titlgħalna għal rasna. Ftakar: Sabiex inkunu utli għal Ġeħova, l-​umiltà tagħna għandha tkun iktar importanti mill-​abbiltà tagħna. (1 Samwel 15:17) Meta nkunu verament umli, se nistinkaw biex napplikaw il-​parir għaqli tal-​Bibbja: “Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess.”—Proverbji 3:5, 6.

L-​eżempju taʼ Mosè jgħallimna wkoll biex ma nagħtux importanza żejda lill-​pożizzjoni jew lill-​awtorità li jkollna.

Nibbenefikaw aħna jekk nimitaw l-​eżempju tal-​umiltà taʼ Mosè? Dażgur! Meta nikkultivaw l-​umiltà ġenwina, nagħmlu l-​ħajja iktar faċli għal dawk taʼ madwarna, u nsiru iktar għeżież għalihom. Iktar importanti minn hekk, insiru iktar għeżież għal Alla Ġeħova, li hu nnifsu juri din il-​kwalità sabiħa. (Salm 18:35) “Alla jopponi lis-​suppervi, imma juri qalb tajba mhix mistħoqqa maʼ l-​umli.” (1 Pietru 5:5) X’raġuni konvinċenti biex nimitaw l-​umiltà taʼ Mosè!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja