LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 12/1 pp. 14-15
  • Ġesù Kristu—⁠Kif Għandna Niftakru Fih?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Kristu—⁠Kif Għandna Niftakru Fih?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • “Dan Hu Ibni”
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù Jitwieled fi Stalla
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Waslet “Għal Konklużjonijiet f’Qalbha”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Anġli jwasslu l-aħbar li twieled Ġesù
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 12/1 pp. 14-15

GĦALLEM LIL ULIEDEK

Ġesù Kristu​—Kif Għandna Niftakru Fih?

F’Diċembru ħafna nies madwar id-​dinja jaraw stampi u statwi taʼ Ġesù tarbija. Hu jkun f’maxtura, kaxxa kbira li fiha jinżamm it-​tiben li jieklu l-​annimali. Imma għandna niftakru lil Ġesù biss bħala tarbija?—a Ejja nitkellmu dwar mod iktar importanti kif għandna niftakru fih. Nistgħu nitgħallmu dwaru minn dak li ġara lejl wieħed lil grupp taʼ ragħajja fl-​għelieqi qrib Betlehem.

F’daqqa waħda jidher anġlu lir-​ragħajja. Hu jgħidilhom: “Illum, . . . twildilkom Salvatur li hu Kristu l-​Mulej.” L-​anġlu jgħidilhom ukoll li kienu se jsibu lil Ġesù ‘mfisqi u mimdud f’maxtura.’ Dak il-​ħin, jidhru ħafna anġli oħrajn u jibdew “ifaħħru lil Alla.”

Kif kont tħossok kieku smajt lill-​anġli jfaħħru lil Alla?— Ir-​ragħajja huma ferħanin! Huma jgħidu: “Ejja mmorru dritt Betlehem u naraw dak li ġara.” Hemmhekk isibu “lil Marija kif ukoll lil Ġużeppi, u t-​tarbija mimduda fil-​maxtura.”

Ftit wara, oħrajn jiġu Betlehem fejn hemm Marija u Ġużeppi. Meta r-​ragħajja jgħidulhom x’kien ġara, ilkoll jistagħġbu. Tieħu gost tkun taf dawn l-​affarijiet tant sbieħ?— Dawk kollha li jħobbu lil Alla jieħdu gost. Issa ejja naraw għala t-​twelid taʼ Ġesù jġib tant ferħ. Biex nagħmlu dan, irridu mmorru lura lejn iż-​żmien meta Marija kienet għadha ma żżewġitx.

Ġurnata waħda, anġlu jismu Gabrijel imur għand Marija. Hu jwegħedha li se jkollha tarbija tifel li se “jkun kbir u jissejjaħ Bin l-​Iktar Għoli.” Gabrijel jgħidilha li dan il-​wieħed se “jsaltan . . . u ma jkunx hemm tmiem għal saltnatu.”

Marija trid tkun taf kif jistaʼ jkun dan, għax hi qatt ma kellha x’taqsam maʼ raġel. Għalhekk, Gabrijel jispjegalha: “Il-​qawwa mingħand l-​Iktar Għoli tgħattik bid-​dell tagħha,” u “dak li jitwieled jissejjaħ qaddis, Bin Alla.” Alla jieħu lil Ibnu mis-​sema u jpoġġi ħajtu fil-​ġuf taʼ Marija biex hemm jikber u jsir tarbija—x’miraklu kbir huwa dan!

Ġieli rajt xi stampi jew xeni li juru tlett “irġiel għorrief” qed iżuru lit-​tarbija Ġesù flimkien mar-​ragħajja?— Fi żmien il-​Milied tara ħafna minn dawn ix-​xeni. Imma dawn mhumiex eżatti. Dawk l-​“irġiel għorrief” kienu fil-​fatt astrologi, li jipprattikaw dak li jikkundanna Alla. Ejja naraw x’ġara meta waslu huma. Il-​Bibbja tgħid: “X’ħin daħlu fid-​dar raw lit-​tifel m’ommu Marija.” Għalhekk, sa dak iż-​żmien Ġesù ma kienx għadu tarbija f’maxtura; hu kien tifel żgħir li jgħix maʼ Ġużeppi u Marija f’dar.

L-​astrologi kif sabuh lil Ġesù?— Kienu mmexxijin minn “kewkba,” mhux lejn Betlehem, imma din l-​ewwel ħadithom għand is-​Sultan Erodi f’Ġerusalemm. Il-​Bibbja tgħid li Erodi ried isib lil Ġesù sabiex joqtlu. Issa aħseb ftit dwar dan. Min taħseb li ġiegħel dik li dehret li hi kewkba tiggwida lill-​astrologi għal għand Erodi?— Ma kienx l-​Alla l-​veru, Ġeħova, imma l-​avversarju, jew l-​għadu, tiegħu, Satana x-​Xitan!

Illum, Satana jipprova jġiegħel lin-​nies jaħsbu f’Ġesù biss bħala tarbija li ma tistaʼ tagħmel xejn. Imma l-​anġlu Gabrijel qal lil Marija: “[Hu] jsaltan . . . , u ma jkunx hemm tmiem għal saltnatu.” Issa Ġesù qed jaħkem bħala Sultan fis-​sema, u dalwaqt se jeqred l-​għedewwa kollha t’Alla. Dan għandna niftakru dwar Ġesù, u hemm bżonn li ngħiduh lil oħrajn.

Aqra mill-​Bibbja tiegħek

  • Luqa 1:26-​35; 2:8-​18

  • Mattew 2:7-​12; 1 Pietru 5:8

  • Rivelazzjoni 19:19-​21; 1 Ġwanni 2:17

a Jekk qed taqra mat-​tfal, is-​sing twil qiegħed hemm biex ifakkrek li għandek tieqaf u tinkuraġġixxi lit-​tfal jesprimu ruħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja