LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 3/15 pp. 17-19
  • Il-qima tal-familja—Tistaʼ tagħmilha iktar pjaċevoli?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-qima tal-familja—Tistaʼ tagħmilha iktar pjaċevoli?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • FLESSIBILTÀ U VARJETÀ
  • IL-​PREPARAZZJONI HI NEĊESSARJA
  • STINKAW BIEX TKUNU REGULARI
  • Għajnuna għall-Familji
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Qimu lil Ġeħova bħala familja
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Familji Kristjani—“Kunu Dejjem għal-Lest”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Għin lill-​familja tiegħek biex ma jinsewx lil Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 3/15 pp. 17-19
Familja jirreċtaw rakkont Bibliku matul il-qima tal-familja tagħhom

Il-​qima tal-​familja—Tistaʼ tagħmilha iktar pjaċevoli?

“Tant nintilfu f’diskussjonijiet matul il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja li spiss nibqgħu sejrin sa tard billejl jekk ma nwaqqafx lil familti,” jgħid missier fil-​Brażil. Missier fil-​Ġappun jgħid li t-​tifel tiegħu li għandu għaxar snin donnu ma jarax il-​ħin għaddej u ma jkunx irid jieqaf. Għala? “Iħossu mmotivat, u dan iżid mal-​ferħ tiegħu,” jgħid il-​missier.

M’għandniex xi ngħidu, mhux it-​tfal kollha huma daqshekk immotivati, u biex ngħiduha kif inhi, xi wħud forsi ma jiħdux gost fil-​qima tal-​familja. Imma għala le? Missier fit-​Togo jgħid hekk, “Il-​qima taʼ Ġeħova trid tkun interessanti.” Jekk ma tkunx hekk, jistaʼ jkun minħabba l-​mod kif qed titmexxa l-​qima tal-​familja? Ħafna familji sabu li l-​qima tal-​familja tistaʼ tkun “għaxqa kbira,” bħalma kien is-​Sabat għal xi Iżraelin.—Is. 58:13, 14.

Missirijiet Kristjani jagħrfu li biex il-​familja tagħhom tieħu pjaċir bil-​qima tal-​familja, irid ikun hemm atmosfera rilassata. Ralf, li għandu tlett ibniet u tifel, jgħid li l-​qima tal-​familja tagħhom iktar qisha konversazzjoni milli studju; kulħadd jieħu sehem. Huwa minnu li kultant jistaʼ jkun taʼ sfida li żżomm lil kulħadd interessat u involut fl-​istudju. Waħda omm tammetti: “Mhux dejjem ikolli l-​enerġija biex nagħmel il-​qima tal-​familja pjaċevoli daqskemm nixtieq.” Tistaʼ tegħleb din l-​isfida?

FLESSIBILTÀ U VARJETÀ

“Irridu nkunu flessibbli,” jgħid missier taʼ żewġt itfal fil-​Ġermanja. “L-​iktar ħaġa importanti għall-​familja tagħna,” tgħid Natalia omm taʼ żewġt itfal, “hi l-​varjetà u iktar varjetà.” Ħafna familji jqassmu l-​qima tal-​familja tagħhom f’diversi partijiet. “Dan jagħmel l-​istudju iktar interessanti u jinvolvi lil kull membru tal-​familja,” jispjega Cleiton, missier taʼ żewġ adoloxxenti fil-​Brażil. Billi jqassmu l-​ħin tal-​istudju, il-​ġenituri jistgħu jagħtu attenzjoni lill-​bżonnijiet taʼ kull tifel u tifla jekk ikun hemm differenza mhux ħażin fl-​età. Il-​ġenituri jistgħu jittrattaw il-​bżonnijiet taʼ kull membru tal-​familja u jistgħu jkunu flessibbli meta jiddeċiedu liema pubblikazzjonijiet se jistudjaw u kif se jistudjawhom.

Xi familji x’qed jagħmlu biex ikollhom iktar varjetà? Xi wħud jibdew il-​qima tal-​familja billi jkantaw għanjiet lil Ġeħova. “Dan jagħmel atmosfera sabiħa u jħejji lil moħħna għall-​materjal li nkunu se ngħaddu,” jgħid Juan fil-​Messiku. Il-​familja tiegħu tagħżel għanjiet li għandhom x’jaqsmu mal-​materjal magħżul għall-​qima tal-​familja.

Familja fis-Sri Lanka jirreċtaw rakkont Bibliku

Sri Lanka

Għadd taʼ familji jaqraw siltiet mill-​Bibbja flimkien. Biex ikun hemm il-​varjetà, kull membru tal-​familja jaqra l-​parti taʼ karattru differenti. Missier fil-​Ġappun jammetti li għalih kien “ftit stramb li jaqraw hekk għall-​ewwel.” Imma ż-​żewġ subien tiegħu kienu ferħanin li jaraw lill-​ġenituri tagħhom igawdu l-​qima tal-​familja magħhom. Xi familji saħansitra jirreċtaw rakkonti mill-​Bibbja. It-​tfal “spiss jaraw affarijiet f’rakkont Bibliku li aħna l-​ġenituri ma nkunux rajniehom,” jgħid Roger, missier taʼ żewġ subien fl-​Afrika t’Isfel.

Familja fl-Afrika t’Isfel ikantaw għanjiet tas-Saltna

L-Afrika t’Isfel

Mod ieħor kif tistgħu toħolqu l-​varjetà hu billi taħdmu flimkien fuq proġett, bħal li tibnu mudell tal-​arka taʼ Noè jew tat-​tempju taʼ Salamun. Proġetti bħal dawn jeħtieġu riċerka li tistaʼ tkun eċċitanti. Pereżempju, fl-​Asja, tifla taʼ ħames snin flimkien mal-​ġenituri tagħha u nannitha pprovaw dan. Fis-​salott tagħhom, kollha ħadmu flimkien biex jagħmlu logħba bbażata fuq il-​vjaġġi missjunarji tal-​appostlu Pawlu. Familji oħrajn għamlu logħob ibbażat fuq rakkonti li qegħdin fil-​ktieb tal-​Eżodu. Il-​varjetà “reġgħet tat il-​ħajja lill-​qima tal-​familja tagħna u lill-​familja tagħna nfisha,” jgħid Donald mit-​Togo, li għandu 19-​il sena. Tistaʼ taħseb f’xi proġett li se jagħmel il-​qima tal-​familja tagħkom saħansitra iktar pjaċevoli?

Familja fl-Istati Uniti jibnu mudell tal-arka taʼ Noè

L-Istati Uniti tal-Amerika

IL-​PREPARAZZJONI HI NEĊESSARJA

Għalkemm il-​varjetà u l-​flessibiltà jagħmlu l-​qima tal-​familja interessanti, biex verament joħroġ ġid minnha, kulħadd irid jipprepara. Kultant iż-​żgħar jegħjew, allura l-​missirijiet iridu jaħsbu sew minn qabel dwar x’materjal se jagħżlu u jieħdu l-​ħin biex jippreparaw sew. Wieħed missier jgħid, “Meta nkun preparat, kulħadd ikollu studju iktar siewi.” Missier fil-​Ġermanja jgħid lil familtu minn qabel x’se jikkunsidraw fil-​ġimgħat li ġejjin. Meta jagħżel DVD bbażat fuq il-​Bibbja bħala parti mill-​qima tal-​familja tagħhom, missier taʼ sitt itfal li għandhom bejn sentejn u tnax-​il sena fil-​Benin jagħtihom il-​mistoqsijiet bil-​quddiem. Tabilħaqq, il-​preparazzjoni tagħmel differenza fil-​kwalità tal-​qima tal-​familja tagħna.

Meta l-​familja tkun taf minn qabel x’se jiġi kunsidrat, jistgħu jitkellmu dwaru matul il-​ġimgħa. Imbagħad se jħarsu ’l quddiem għall-​istudju b’entużjażmu. U jekk kulħadd fil-​familja jkollu inkarigu, kull membru se jħoss li hi l-​qima tal-​familja tiegħu.

STINKAW BIEX TKUNU REGULARI

Ħafna familji jsibuha diffiċli biex ikollhom il-​qima tal-​familja regolarment. Għala?

Xi ġenituri jkollhom jaħdmu sigħat twal sempliċement biex ilaħħqu mal-​ħajja. Pereżempju, missier fil-​Messiku jitlaq mid-​dar fis-​sitta taʼ filgħodu u ma jasalx lura d-​dar qabel it-​tmienja taʼ filgħaxija. Barra minn hekk, kultant forsi jkun hemm bżonn li l-​Qima tal-​Familja ssir ġurnata oħra minħabba xi attività spiritwali oħra, bħaż-​żjara tal-​indokratur tas-​circuit jew il-​konvenzjoni distrettwali.

Xorta waħda, irridu nkunu deċiżi li l-​qima tal-​familja ssir regolarment. Loïs li għandha 11-​il sena u li tgħix it-​Togo tgħid hekk dwar id-​determinazzjoni tal-​familja tagħha: “Avolja kultant ikollna nibdew il-​qima tal-​familja tagħna tard minħabba xi ħaġa li tkun inqalgħet matul il-​ġurnata, dejjem nagħmluha l-​qima tal-​familja.” Allura hi idea tajba li l-​qima tal-​familja tagħmluha fil-​bidu tal-​ġimgħa. Għala? Għax jekk tinqalaʼ xi ħaġa bla mistenni, tkunu tistgħu tagħmlu l-​qima tal-​familja iktar tard dik il-​ġimgħa.

Bħalma juri t-​titlu stess “il-​qima tal-​familja,” hija parti mill-​qima tiegħek lil Ġeħova. Flimkien bħala familja, nistgħu noffru sagrifiċċju taʼ ‘barrin żgħar,’ jiġifieri, infaħħru lil Ġeħova. (Ħos. 14:2) U jalla jkun żmien taʼ ferħ għal kull membru tal-​familja, “għax il-​ferħ taʼ Ġeħova hu l-​fortizza tagħkom.”—Neħ. 8:9, 10.

IL-​QIMA TAL-​FAMILJA TAGĦKOM GĦANDHA TKUN:

  • Rilassata

  • Flessibbli

  • Varjata

  • Preparata sew

  • Issir regolarment

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja