LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 2 pp. 14-15
  • Kapitli u versi—Min poġġiehom fil-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kapitli u versi—Min poġġiehom fil-Bibbja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • LA KAPITLI U LANQAS VERSI
  • MIN ŻIED IL-​KAPITLI?
  • MIN ŻIED IL-​VERSI?
  • VANTAĠĠ GĦALL-​ISTUDENTI TAL-​BIBBJA
  • X’se jagħmel il-​qari interessanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Profeta t’Alla Jġib Dawl għall-Bnedmin
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
  • Il-Ktieb li Jirrivela l-Għarfien Dwar Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Ibbenefika Mill-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1996—It-2 Parti
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 2 pp. 14-15
Silta mill-ktieb taʼ Isaija mir-Rombli tal-Baħar il-Mejjet

Kapitli u versi—Min poġġiehom fil-​Bibbja?

IMMAĠINA li int Kristjan li qed tgħix fl-​ewwel seklu. Il-​kongregazzjoni tiegħek għadha kif irċiviet ittra mingħand l-​appostlu Pawlu. Waqt li tismagħha tinqara, tinnota li Pawlu spiss ikkwota mill-​“kitba qaddisa,” jiġifieri l-​Iskrittura Ebrajka. (2 Timotju 3:15) ‘Nixtieq kieku nara minn fejn qed jikkwota,’ tgħid bejnek u bejn ruħek. Imma ma kinitx tkun ħaġa faċli. Għala le?

LA KAPITLI U LANQAS VERSI

Ikkunsidra kif kienu jidhru l-​manuskritti tal-​“kitba qaddisa” li kienu disponibbli fi żmien l-​appostlu Pawlu. Wieħed minnhom jidher hawn—parti mill-​ktieb taʼ Isaija mir-​Rombli tal-​Baħar il-​Mejjet. X’tistaʼ tara? Skoss kitba! L-​ebda punteġġjatura. U l-​ebda kapitlu u vers innumerat li nużaw illum.

Il-​kittieba tal-​Bibbja ma qasmux il-​messaġġ tagħhom f’kapitli jew versi. Qabdu u kitbu l-​messaġġ li tahom Alla sabiex il-​qarrejja wkoll ikun jistaʼ jkollhom il-​messaġġ kollu, mhux biss biċċiet żgħar minnu. Mhux hekk tkun trid int meta tirċievi ittra importanti mingħand xi ħadd li tħobb? Taqra l-​ittra kollha, mhux biss biċċiet minnha.

Però, il-​fatt li ma kienx hemm kapitli jew versi qajjem problema. Pawlu setaʼ biss jidentifika l-​kwotazzjonijiet tiegħu bi kliem bħal “bħalma hu miktub” jew “bħalma Isaija qal minn qabel.” (Rumani 3:10; 9:29) U kien ikun diffiċli ssib dawk il-​kwotazzjonijiet sakemm ma kontx midħla sew tal-​“kitba qaddisa” kollha.

Iżjed minn hekk, din il-​“kitba qaddisa” ma kinitx sempliċi messaġġ wieħed mingħand Alla. Sa tmiem l-​ewwel seklu WK, dawn kienu jikkonsistu f’kollezzjoni taʼ 66 ktieb! Hu għalhekk li l-​parti l-​kbira tal-​qarrejja tal-​Bibbja llum jieħdu pjaċir ikollhom kapitli u versi nnumerati biex jgħinuhom isibu informazzjoni speċifika, bħalma huma l-​ħafna kwotazzjonijiet fl-​ittri taʼ Pawlu.

‘Mela,’ għandek mnejn tistaqsi, ‘min poġġiehom fil-​Bibbja n-​numri tal-​kapitli u l-​versi?’

MIN ŻIED IL-​KAPITLI?

Il-​qassis Ingliż Stephen Langton, li iżjed tard sar l-​Arċisqof taʼ Canterbury, jingħata l-​krettu taʼ li qasam il-​Bibbja f’kapitli. Dan għamlu kmieni fis-​seklu 13 WK, meta kien għalliem fl-​Università taʼ Pariġi fi Franza.

Qabel żmien Langton, l-​istudjużi tal-​Bibbja kienu esperimentaw b’modi differenti biex jaqsmu l-​Bibbja f’sezzjonijiet jew kapitli iżgħar, prinċipalment biex, milli jidher, jagħmluha iżjed faċli għall-​qarrejja biex jirreferu għal siltiet partikulari. Tistaʼ timmaġina kemm kien ikun iżjed faċli jsibu silta li kieku kellhom ifittxu f’kapitlu wieħed biss minflok fi ktieb sħiħ, bħall-​ktieb taʼ Isaija, li fih 66 kapitlu.

Imma, dan kollu ħoloq problema. L-​istudjużi ħolqu ħafna sistemi differenti li ma kinux jaqblu bejniethom. F’waħda minnhom, l-​Evanġelju taʼ Marku ġie maqsum fi kważi 50 kapitlu, mhux fis-​16 li għandna issa. F’Pariġi fi żmien Langton, kien hemm studenti minn ħafna pajjiżi, u ġabu magħhom Bibbji minn art twelidhom. Madankollu, l-​għalliema u l-​istudenti ma setgħux faċilment isibu l-​istess versi. Għala? Għax it-​taqsim tal-​kapitli fil-​manuskritti li kellhom sempliċement ma qabilx.

Għalhekk, Langton żviluppa taqsim taʼ kapitli ġdid. Il-​ktieb The Book—A History of the Bible jgħid li s-​sistema tiegħu ntgħoġbot ħafna mill-​qarrejja u l-​iskribi u malajr infirxet madwar l-​Ewropa. Hu tana n-​numri tal-​kapitli li nsibu fil-​biċċa l-​kbira tal-​Bibbji llum il-​ġurnata.

MIN ŻIED IL-​VERSI?

Xi 300 sena wara, f’nofs is-​seklu 16, l-​istampatur u studjuż Franċiż magħruf Robert Estienne għamel l-​affarijiet jerġaʼ iżjed sempliċi. L-​għan tiegħu kien li jagħmel l-​istudju tal-​Bibbja iżjed popolari. Hu rrealizza kemm kien se jkun taʼ valur li jkun hemm sistema konsistenti taʼ kemm kapitli u kemm versi nnumerati.

Ma kienx Estienne li ħareġ bl-​idea li t-​test Bibliku jinqasam f’versi. Oħrajn kienu diġà għamlu dan. Sekli qabel pereżempju, kopisti Lhud kienu qasmu l-​Bibbja Ebrajka kollha, jew il-​parti tal-​Bibbja li spiss tissejjaħ it-​Testment il-​Qadim, f’versi imma mhux f’kapitli. Għal darb’oħra, bħalma kien il-​każ fl-​iżvilupp tal-​kapitli, ma kienx hemm sistema konsistenti.

Estienne qasam l-​Iskrittura Griega Kristjana, jew dak li hu msejjaħ it-​Testment il-​Ġdid, f’sett ġdid taʼ versi nnumerati u għaqqadhom maʼ dawk li diġà kien hemm fil-​Bibbja Ebrajka. Fl-​1553, hu ppubblika l-​ewwel Bibbja kompleta (edizzjoni bil-​Franċiż) li bażikament kellha l-​istess kapitli u versi tal-​maġġoranza tal-​Bibbji li jintużaw illum. Xi nies ikkritikaw din il-​verżjoni u qalu li l-​versi qasmu t-​test Bibliku f’biċċiet żgħar, u b’hekk dehru li kienu serje taʼ sentenzi separati u mifrudin minn xulxin. Imma fi żmien qasir, is-​sistema tiegħu ġiet adottata minn stampaturi oħra.

VANTAĠĠ GĦALL-​ISTUDENTI TAL-​BIBBJA

Tidher li hi tant idea sempliċi—kapitli u versi nnumerati. Dan jagħti “indirizz” uniku lil kull vers fil-​Bibbja—bħal kodiċi postali. Veru, it-​taqsim tal-​kapitli u l-​versi mhux ispirat minn Alla, u kultant veru jaqsam it-​test Bibliku f’postijiet strambi. Imma jagħmilhielna iżjed faċli biex insibu kwotazzjonijiet u nenfasizzaw jew naqsmu versi individwali li forsi jkollhom xi tifsir speċjali għalina—bħal meta nimmarkaw espressjonijiet jew frażijiet li nkunu rridu niftakru partikularment f’dokument jew ktieb.

Hu kemm hu konvenjenti t-​taqsim tal-​kapitli u l-​versi, dejjem żomm f’moħħok l-​importanza taʼ li tara l-​istampa kollha—li tifhem il-​messaġġ kollu li Alla ta. Ikkultiva d-​drawwa li taqra l-​kuntest iżjed milli versi iżolati. Billi tagħmel dan se ssir iżjed u iżjed familjari mal-​“kitba qaddisa, li tistaʼ tagħmlek għaref għas-​salvazzjoni.”—2 Timotju 3:15.

Kif issib il-​kapitli u l-​versi

Silta mill-Bibbja li fiha jidhru a) il-ktieb mill-Bibbja, b) il-kapitlu, u ċ) il-vers

Referenza taʼ kapitlu u vers tgħidlek fejn issib kwalunkwe silta mill-​Iskrittura. F’din ir-​rivista, ir-​referenza “Isaija 40:13,” pereżempju, tidentifika

  1. il-​ktieb taʼ Isaija

  2. il-​kapitlu, 40 u

  3. il-​vers, 13

Hemm insibu l-​kliem taʼ Isaija: “Min ħa l-​qisien taʼ l-​ispirtu taʼ Ġeħova, u min jistaʼ jagħtih il-​pariri u jgħarrfu xi ħaġa?” Pawlu kkwota din is-​silta fl-​ittri tiegħu f’dawk li issa huma Rumani 11:34 u l-​1 Korintin 2:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja