LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 2 pp. 3-4
  • Rigal uniku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rigal uniku
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • L-​aqwa rigal mingħand Alla—Għala daqstant prezzjuż?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • X’inhu l-aqwa rigal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Ġesù Kristu—Kif il-Messaġġ Tiegħu Jeffettwak
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 2 pp. 3-4
Xwejjaħ jagħti temprina forma taʼ dgħajsa lil tifel żgħirXwejjaħ jagħti temprina forma taʼ dgħajsa lil tifel żgħir

SUĠĠETT PRINĊIPALI | SE TAĊĊETTAH INT L-AQWA RIGAL MINGĦAND ALLA?

Rigal uniku

IT-​TEMPRINA forma taʼ dgħajsa li Jordan għandu f’idu ma tidhirx li hi xi ħaġa speċjali. Però, għalih hi waħda mill-​iktar affarijiet li jgħożż. Jordan jispjega: “Tahieli Russell, ħabib tal-​familja mdaħħal fiż-​żmien, meta kont għadni żgħir.” Wara li miet Russell, Jordan sar jaf li Russell kellu rwol importanti fil-​ħajja tan-​nannu u l-​ġenituri taʼ Jordan. Hu kien għenhom matul żminijiet diffiċli. “Issa li sirt naf iktar dwar Russell,” jgħid Jordan, “għalija dan ir-​rigal żgħir sar iktar prezzjuż minn qatt qabel.”

Bħalma turi l-​esperjenza taʼ Jordan, rigal jaf ftit li xejn ikollu valur għal xi nies oħrajn. Iżda, għal dak li jkun grat li rċivieh, dan jistaʼ jkun prezzjuż jew saħansitra imprezzabbli. Il-​Bibbja tiddeskrivi rigal li l-​valur tiegħu ma jistax jiġi stmat. Hi tgħid: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.”—Ġwanni 3:16.

Hemm rigal li jistaʼ jagħti l-​ħajja taʼ dejjem lil dak li jirċivih! Jistaʼ jkun hemm rigal ieħor li jiswa iktar minn dan? Filwaqt li xi wħud għandhom mnejn ma jirrikonoxxux il-​valur taʼ dan ir-​rigal, il-​Kristjani veri jqisuh “prezzjuż.” (Salm 49:8; 1 Pietru 1:18, 19) Imma Alla għala offra l-​ħajja taʼ Ibnu bħala rigal għad-​dinja?

L-​appostlu Pawlu jispjega għala b’dan il-​kliem: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha.” (Rumani 5:12) L-​ewwel raġel, Adam, dineb għax apposta m’obdiex lil Alla, u minħabba f’hekk bata l-​piena tal-​mewt. Permezz t’Adam, il-​mewt ġiet fuq id-​dixxendenti tiegħu kollha—l-​umanità.

“Il-​ħlas li jagħti d-​dnub hu l-​mewt, imma l-​għotja li jagħti Alla hi l-​ħajja taʼ dejjem bi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.” (Rumani 6:23) Biex jeħles lill-​bnedmin mill-​kundanna tal-​mewt, Alla bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, fuq l-​art biex jagħti l-​ħajja perfetta tiegħu bħala sagrifiċċju għad-​dinja. Fuq il-​bażi taʼ dan is-​sagrifiċċju, li hu magħruf bħala “l-​fidwa,” dawk kollha li jeżerċitaw il-​fidi f’Ġesù se jkollhom il-​ħajja taʼ dejjem.—Rumani 3:24.

Rigward il-​barkiet kollha li Alla ta lill-​aduraturi tiegħu permezz taʼ Ġesù Kristu, Pawlu ddikjara: “Grazzi lil Alla għall-​għotja b’xejn tiegħu li ma tistax tiġi deskritta.” (2 Korintin 9:15) Iva, il-​fidwa tant hi meraviljuża li lanqas biss nistgħu niddeskrivuha bis-​sħiħ. Imma fost l-​għotjiet kollha li Alla jagħti b’qalb tajba lill-​umanità, il-​fidwa għala hi tant rimarkevoli? Il-​fidwa b’liema mod hi rigal uniku mingħand Alla?a U kif għandna nwieġbu għaliha? Nistidnuk biex taqra t-​tweġibiet tal-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet fiż-​żewġ artikli li ġejjin.

a Ġesù minn jeddu “ta ruħu għalina.” (1 Ġwanni 3:16) Madankollu, ladarba dan is-​sagrifiċċju kien parti mill-​iskop t’Alla, din is-​serje t’artikli se tiffoka fuq l-​irwol t’Alla bħala Dak li pprovda l-​fidwa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja