LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 4 p. 3
  • Hemm ħajja wara l-mewt?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm ħajja wara l-mewt?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Ħajja Wara L-mewt—In-Nies x’Jemmnu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Hemm Ħajja Wara l-Mewt?
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • Il-Ħarsa Tiegħek Dwar ir-Ruħ Teffettwa lil Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Ir-Ruħ Tibqaʼ Ħajja Wara l-Mewt?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 4 p. 3
Mara titlob bir-rużarju quddiem xemgħat mixgħula

In-nies taʼ kważi r-reliġjonijiet il-kbar kollha jemmnu li r-ruħ tal-bniedem hi immortali

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’TGĦID IL-BIBBJA DWAR IL-ĦAJJA U L-MEWT?

Hemm ħajja wara l-mewt?

L-​OPINJONIJIET dwar il-​ħajja u l-​mewt huma ħafna u differenti. Xi wħud iħossu li wara l-​mewt jibqgħu jgħixu, forsi f’xi forma oħra jew f’post ieħor. Oħrajn iħossu li se jitwieldu mill-​ġdid biex jgħixu ħajja oħra. Jerġaʼ oħrajn jaħsbu li l-​mewt iġġib it-​tmiem taʼ kollox.

Għandu mnejn għandek it-​twemmin tiegħek dwar dan is-​suġġett, skont it-​trobbija jew il-​kultura tiegħek. Ladarba l-​opinjonijiet huma tant differenti dwar x’jiġri wara l-​mewt, hemm xi sors li nistgħu nduru lejh u taʼ min noqogħdu fuqu ħalli nkunu nistgħu nwieġbu din il-​mistoqsija taʼ taħbil il-​moħħ?

Għal sekli sħaħ, mexxejja reliġjużi għallmu d-​duttrina tal-​immortalità tar-​ruħ tal-​bniedem. In-​nies taʼ kważi r-​reliġjonijiet il-​kbar kollha—il-​Kristjani, il-​Ħindu, il-​Lhud, il-​Musulmani, u oħrajn—jemmnu li teżisti ruħ immortali, li jintqal li tibqaʼ ħajja wara l-​mewt tal-​ġisem u li tgħix fil-​qasam tal-​ispirti. Mill-​banda l-​oħra, il-​Buddisti jemmnu li jitwieldu mill-​ġdid għal ħafna drabi u eventwalment ma jbatux iktar. Dan l-​istat mimli ferħ jissejjaħ Nirvana.

Nies iħallu l-ikel għall-maħbubin mejtin tagħhom

Minħabba tagħlim bħal dan, il-​maġġorparti tan-​nies taʼ madwar id-​dinja saru jemmnu li l-​mewt tiftaħ il-​bieb għall-​ħajja f’dinja oħra. Allura, il-​mewt għal ħafna hi pass importanti fiċ-​ċiklu tal-​ħajja, u għalihom tidher li hi parti mill-​iskop t’Alla. Imma l-​Bibbja x’tgħid dwar dan? Jekk jogħġbok aqra l-​artiklu li jmiss. It-​tweġiba għandha mnejn tissorprendik.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja