LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/02 p. 7
  • Tistaʼ Terġaʼ Tingħaqad mal-Kumplament?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Terġaʼ Tingħaqad mal-Kumplament?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Kont Xi Darba Pijunier Regulari?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Hemm Bżonn Taʼ Iktar Aħwa Rġiel Fis-Servizz Taʼ Pijunier
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 5/02 p. 7

Tistaʼ Terġaʼ Tingħaqad mal-​Kumplament?

1 Matul dawn l-​aħħar ħames snin, eluf taʼ pijunieri regulari sabu li kellhom bżonn iħallu s-​servizz taʼ pijunier. Kont int wieħed minnhom? Jekk inhu hekk, żgur li kellek raġuni għalxiex tħalli dan il-​privileġġ. Forsi ġralek xi ħaġa li ma kontx qed tistennieha u li ma stajtx tikkontrollaha. Għadha teżisti din ir-​raġuni? Jekk kellek bżonn tieqaf minħabba problemi taʼ saħħa jew finanzjarji, jew obbligi tal-​familja, tjiebu issa dawn iċ-​ċirkustanzi? Tistaʼ tagħmel xi ftit aġġustamenti raġunevoli li jippermettulek terġaʼ tgawdi l-​barkiet li jiġu mis-​servizz taʼ pijunier regulari? Ħsibt biex tapplika mill-​ġdid?

2 Bħalma taf, teħtieġ organizzazzjoni tajba u skeda mħejjija sew biex tirnexxi bħala pijunier. Għalkemm is-​soltu pijunier ma jkollux ħafna ħin għar-​rikreazzjoni, il-​ħinijiet qosra li jkollu biex jistrieħ spiss ikunu iktar sodisfaċenti u premjanti. (Prov. 19:17; Atti 20:35) Billi tkun bieżel fis-​servizz taʼ Jehovah, tiġi protett mill-​influwenza tan-​nies tad-​dinja li jfittxu dak li jogħġob lilhom u li jridu jgħixu ħajja faċli. Jehovah wiegħed li se jagħmlek għani spiritwalment jekk ikollok spirtu taʼ sagrifiċċju u tpoġġi l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel. Żgur li se tesperjenza ferħ u kuntentizza vera meta taqdi b’qalb sħiħa fis-​servizz taʼ Jehovah.—Prov. 10:22; Kol. 3:​23, 24.

3 Għandna nħarsu lejn il-​ministeru full-time bħala privileġġ merfugħ biss għal ftit uħud speċjali? Le. Skond il-​wegħda tad-​dedikazzjoni tagħna, kull Kristjan għandu jaħseb bis-​serjetà dwar li jaqdi fis-​servizz full-time sakemm ma jkollux ċirkustanzi li jagħmluhielu impossibbli.—Mk. 12:30.

4 Jekk minħabba s-​saħħa tiegħek u r-​responsabbiltajiet Skritturali jidher ċar li ma tistax taqdi bħala pijunier bħalissa, tistaʼ tkun żgur li Jehovah jaf u jifhmek. Se jippremjak għall-​fedeltà tiegħek f’dak li tagħmel skond ma jippermettulek iċ-​ċirkustanzi. (1 Kor. 4:2; 2 Kor. 8:12) Madankollu, jekk jidher li issa hu possibbli li terġaʼ taqdi bħala pijunier, għax ma tavviċinax lill-​indokratur li jippresiedi u titolbu formola biex tapplika?

5 Tistaʼ Tgħinek il-​Familja Tiegħek? Għandek mnejn ħallejt is-​servizz taʼ pijunier għax kellek bżonn tieħu ħsieb xi obbligi tal-​familja. Jistaʼ jkun li issa xi membri oħrajn tal-​familja jinsabu f’qagħda li jagħtu għajnuna li se tgħinek terġaʼ tibda taqdi fix-​xogħol taʼ pijunier? Xi wħud, b’sempliċement naqra għajnuna f’li jieħdu ħsieb ċerti responsabbiltajiet, ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jaqdu bħala pijunieri.

6 Kooperazzjoni tajba u naqra sforz akbar mill-​membri l-​oħrajn tal-​familja jistgħu jgħinu biex dan isir possibbli. L-​għajnuna tistaʼ tingħata b’mod finanzjarju jew permezz taʼ li jiġi provdut it-​trasport, kif ukoll permezz taʼ arranġamenti regulari biex taħdmu flimkien fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Wisq probabbli hemm modi oħra kif jistgħu jgħinu. Jekk iċ-​ċirkustanzi ma jippermettulekx li terġaʼ tibda taqdi f’dan it-​tip taʼ privileġġ taʼ servizz, forsi tistaʼ tagħti għajnuna bħal din lil xi membru ieħor tal-​familja li jistaʼ jaqdi hu bħala pijunier.

7 Għala ma tiddiskutux din il-​kwistjoni bħala familja? Jistaʼ jkollkom prospetti tajbin jekk tagħmluh bħala proġett li se taħdmu fuqu flimkien. Jekk jistaʼ jiżdied pijunier ieħor mal-​kumplament, il-​familja kollha tistaʼ tħossha daqslikieku qed tieħu sehem hi stess. Spirtu ġeneruż bħal dan mhux biss se jżid għax-​xiehda tas-​Saltna fit-​territorju tiegħek iżda se jgħaqqad iktar lill-​familja spiritwalment.—Lq. 6:38; Flp. 2:​2-4.  (km-E 8/94)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja