LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/99 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Skola li Tħejjina għal Dak li Hu l-Iktar Importanti fil-Ħajja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ibqaʼ Agħmel Progress
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Ġeħova Qed Iħarriġna Għal Dan ix-Xogħol
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Niltaqgħu flimkien għall-qima
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 10/99 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’affarijiet għandna nieħdu għal-​laqgħat?

Fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni taʼ kull ġimgħa aħna nirċievu istruzzjoni u inkuraġġiment li nibbenefikaw minnhom. (Is. 48:17; Lhud 10:​24, 25) Madankollu, kemm nibbenefikaw, fil-​biċċa l-​kbira jiddependi minn jekk aħna niġux preparati sew jew le.

Ikun tajjeb jekk kull membru tal-​familja jkollu l-​materjal taʼ studju tiegħu stess u affarijiet oħrajn meħtiġin għal-​laqgħat. Dawn se jinkludu l-​Bibbja, il-​ktieb taʼ l-​għanjiet, il-​pubblikazzjoni(jiet) li tkun qed tiġi studjata, ktieb għan-​noti, u pinna jew lapes.

Għall-Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, hemm bżonn l-​iSkeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u t-​Theocratic Ministry School Guidebook. Dawn se jgħinuna nżommu f’moħħna t-​tema tat-​taħditiet għall-​istudenti u nsegwu l-​indokratur taʼ l-​iskola meta jagħti l-​pariri. Nistgħu napplikaw il-​pariri u s-​suġġerimenti personalment sabiex intejbu t-​taħditiet u l-​preżentazzjonijiet tas-​servizz taʼ l-​għalqa tagħna stess. It-​taħditiet taʼ istruzzjoni huma bbażati fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa, Stenbaħ! jew All Scripture Is Inspired Of God and Beneficial. It-​taħditiet numru 3 u 4 huma bbażati fuq Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja jew fuq l-​Insight on the Scriptures. Forsi ma jkunx prattiku li kull membru tal-​familja jieħu l-​kopja tiegħu stess; bħala familja jistgħu jieħdu volum wieħed sabiex ikunu jistgħu jirreferu għalih.

Għal-Laqgħa tas-​Servizz, hemm bżonn li jkollna Il-​Ministeru tas-​Saltna kurrenti u l-​ktieb Reasoning. Ħu kull pubblikazzjoni li tkun qed issir referenza għaliha matul il-​laqgħa, bħal xi letteratura li se tintuża fil-​preżentazzjonijiet li se jintwerew. L-​anzjani għandhom ikollhom kopja taʼ Organized to Accomplish Our Ministry.

Il-ġenituri għandhom jipprovaw iżommu lil uliedhom bil-​qegħda kwieti u attenti fil-​laqgħat Kristjani. Jekk jipprovdulhom kopji persunali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u pubblikazzjonijiet oħrajn, anki qabel ma jkunu jafu jaqraw, dan jinkuraġġihom biex jieħdu interess. Meta ż-​żgħar jitgħallmu jirrispettaw pubblikazzjonijiet teokratiċi u jużawhom, se jifformaw drawwiet spiritwali bnien tul ħajjithom kollha.

Il-ferħ u s-​sodisfazzjon li nieħdu mil-​laqgħat Kristjani jiżdiedu ferm meta niġu mħejjijin għal kollox. (2 Tim. 3:17) Dan hu l-​aħjar mod biex niżguraw li qed ‘nagħrfu sewwa r-​rieda taʼ Alla bl-​għerf kollu u d-​dehen spiritwali.’​—Kol. 1:9. (km-E 5/95)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja