Kontribuzzjonijiet Għall-Appoġġ Tat-Tkabbir Tax-Xogħol Madwar Id-Dinja Tas-Soċjetà
Bħalma huwa mbassar f’Isaija 54:2, 3, il-qima pura taʼ Jehovah qiegħda tkompli tespandi madwar l-art. Dan jinkludi diversi pajjiżi fil-kontinent Afrikan u gżejjer fil-qrib. Matul l-aħħar għaxar snin, ġew imneħħijin restrizzjonijiet fuq l-attività tas-Saltna f’postijiet bħall-Angola, l-Equatorial Guinea, l-Etjopja, il-Kameroon, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Mozambique, u t-Togo. F’dawn l-artijiet u f’artijiet oħrajn fejn l-għalqa kienet lesta għall-ħsad, mijiet taʼ missjunarji taʼ Gilead, gradwati mill-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali, membri mill-familja taʼ Betel, u oħrajn aċċettaw inkarigi.—Matt. 9:37, 38.
Ovvjament, iż-żjieda t’adoraturi veri fl-organizzazzjoni taʼ Jehovah tirrikjedi li jinbnew mijiet taʼ Swali tas-Saltna ġodda. Kien hemm ukoll il-bżonn li jiġu ppjanati Swali taʼ l-Assemblea u faċilitajiet tal-fergħa ġodda jew akbar. Biex jiġu ffinanzjati dawn il-proġetti u kif ukoll biex ix-xogħol tas-Saltna jibqaʼ miexi ’l quddiem mhux biss fl-Afrika imma wkoll f’partijiet oħrajn tad-dinja, intuża ammont kbir mill-kontribuzzjonijiet tax-xogħol madwar id-dinja tas-Soċjetà.
L-istampi u t-tpinġijiet fuq tnejn mill-paġni taʼ din l-insert jagħtukom xi idea taʼ dak li s-Soċjetà għadha tistinka biex twettaq fl-għalqa Afrikana. Qed jiġi muri xi ftit mill-bini li bħalissa qiegħed isir u proġetti li dalwaqt se jinbdew.
Billi tiċċekkja t-tabella tas-servizz taʼ l-għalqa fil-Yearbook taʼ l-1996, jistaʼ jkollok stampa aħjar taʼ x’qegħdin jagħmlu l-pubblikaturi fil-ministeru f’dawn il-pajjiżi. Seħħew żjidiet li jispikkaw f’ħafna artijiet, u l-potenzjal għal tkabbir huwa rifless fl-attendenzi eċċezzjonali tal-Mafkar. Meta nżommu f’moħħna x’qiegħed jiġi mwettaq bħala parti mix-xogħol globali taʼ l-ippridkar tas-Saltna u taʼ li nagħmlu dixxipli f’kontinenti oħrajn, dan jimpressjona fuqna xi privileġġ għandna li nappoġġjaw b’mod materjali l-kawża tal-qima vera.—Luqa 16:9; 1 Tim. 6:18.
Sala tas-Saltna fi KwaZulu-Natal, fl-Afrika t’Isfel, mibnija f’disgħat ijiem
Sala tas-Saltna mibnija ekonomikament fin-Niġerja
Sala taʼ l-Assemblea fil-Mozambique
b’postijiet għal 1,500, li trid titlesta
sa l-aħħar taʼ l-1996
Faċilitajiet tal-fergħa fil-Mozambique, li se jitlestew għall-użu fil-ħarifa taʼ l-1996
Fergħa fi Sierra Leone, maħsuba li tkun lesta dan is-sajf
Sala taʼ l-Assemblea bil-ġnub miftuħin li tlestiet fil-Mauritius, flimkien maʼ faċilitajiet tal-fergħa, li jridu jitlestew fir-rebbiegħa taʼ l-1997
Fergħa f’Żimbabwe li qiegħda tinbena
Sala taʼ l-Assemblea bil-ġnub miftuħin u fergħa ġdida li qegħdin jinbnew fis-Senegal
Fergħa ġdida fil-Kenya, fil-belt kapitali, Nairobi
Fergħa fil-Madagaskar,
li dalwaqt se tkun lesta
Bini tal-fergħa li ġie propost għal Malawi