Nippubblikaw Aħbar Tajba Taʼ Xi Ħaġa Aħjar
1 Għal 117-il sena It-Torri Taʼ L-Għassa bl-Ingliż qeda bħala difensur tal-verità Biblika. Fil-mument, qegħdin jiġu stampati 18,950,000 kopja f’125 lingwa. L-Awake! ukoll ilu ħafna jipproklama l-Kelma t’Alla, u issa għandu ċirkolazzjoni taʼ 15,730,000 kopja fi 80 lingwa.—Qabbel Kolossin 1:23.
2 Ir-Rivisti Jimlew Bżonn Spiritwali: Miljuni taʼ nies taʼ qalb onesta bbenefikaw mit-Torri Taʼ L-Għassa u l-Awake! billi dawn għenuhom jimlew il-bżonn spiritwali tagħhom. Artikli li jibnu l-fidi jiġu ppubblikati. Per eżempju, f’It-Torri Taʼ L-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 1996, studjajna l-materjal dwar il-bżonn li nafdaw f’Jehovah u l-Kelma tiegħu. Il-ħarġa taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa taʼ l-1 taʼ Marzu, 1996, ħeġġitna biex nibqgħu biżlin fis-servizz taʼ Jehovah u li nibqgħu nistennewh. Kemm kienet stimulanti d-diskussjoni ddettaljata tal-profezija taʼ Sofonija! Imbagħad kien hemm id-diskussjoni li ssaħħaħ il-fidi dwar il-lealtà Kristjana f’It-Torri Taʼ L-Għassa taʼ l-1 t’April, 1996 (w96 3/15). Il-ħarġa taʼ l-1 taʼ Ġunju, 1996 (w96 5/15) enfasizzat il-valur tal-qari u l-istudju tal-Kelma t’Alla fuq bażi regulari. Dawn l-artikli servew biex ikattru l-fehma tagħna tal-Kelma t’Alla, u l-apprezzament tagħna għas-Saltna tiegħu kiber.
3 Flimkien maʼ dan, dawn ir-rivisti fihom artikli f’waqthom u prattiċi fuq il-kondotta kif irid Alla, fuq morali Kristjani, u fuq suġġetti oħrajn taʼ importanza vitali. Huma jittrattaw bis-serjetà kwistjonijiet reali li jeffettwaw lil ħajjitna. Bħala riżultat, aħna ngawdu kwalità superjuri taʼ ħajja issa fil-waqt li nistennew it-twettiq tal-wegħdi t’Alla taʼ xi ħaġa saħansitra aħjar fil-futur.—Isa. 48:17; 1 Tim. 6:19.
4 Reviżjoni qasira taʼ dak li hemm miktub f’paġna 4 taʼ kull ħarġa taʼ l-Awake! tagħtina raġuni tajba għalfejn nirrikmandaw din ir-rivista bħala materjal eċċellenti għall-qari lin-nies taʼ kullimkien, kemm kbar u kemm żgħar. Hemmhekk insibu miktub: “L-Awake! qiegħed għat-tidwil tal-familja kollha. Juri kif wieħed ikampa mal-problemi tal-lum. Dan jirrapporta l-aħbarijiet, jitkellem dwar nies f’ħafna artijiet, jeżamina r-reliġjon u x-xjenza. Imma jagħmel iktar minn hekk. Iħaffer fil-fond u jipponta lejn it-tifsira vera wara ġrajjiet kurrenti, iżda dejjem jibqaʼ newtrali politikament u ma jgħollix razza ’l fuq minn oħra. L-iktar importanti, din ir-rivista tibni fiduċja fil-wegħda tal-Ħallieq għal dinja ġdida kollha paċi u sigurtà li dalwaqt se tieħu post din is-sistema preżenti bla liġi u mill-agħar t’affarijiet.”
5 Aqsam Ir-Rivisti M’Oħrajn: Kun ġeneruż f’li tqassam It-Torri Taʼ L-Għassa u l-Awake! (Qabbel 1 Timotju 6:18.) Żomm kopji disponibbli sabiex tkun tistaʼ toffrihom lil kulmin tiltaqaʼ miegħu. (Ekkl. 11:6) Ilkoll kemm aħna, inklużi ż-żgħar u pubblikaturi ġodda, jistaʼ jkollna sehem sħiħ f’li nqassmu r-rivisti dan ix-xahar billi nużaw preżentazzjonijiet qosra bbażati fuq l-artikli f’waqthom misjubin fil-ħarġiet kurrenti. Sir midħla sew tal-kontenut tagħhom, u offrihom bis-sinċerità u b’konvinzjoni.
6 It-Torri Taʼ L-Għassa u l-Awake! fihom informazzjoni li kull persuna teħtieġ. Li nqassmuhom huwa wieħed mill-aqwa modi biex ngħinu lil oħrajn ħalli jsiru jafu l-aħbar tajba li xi ħaġa aħjar dalwaqt se tiġi!