Aħdem It-Territorju Tiegħek Bir-Reqqa
1 F’xi nħawi residenzjali xi kultant niltaqgħu maʼ xi post żgħir tan-negozju, bħal ħanut tal-merċa, restorant, jew ħanut bl-imnut. Jekk dawn l-istabbilimenti għandhom isiru flimkien mal-bqija taʼ dan it-territorju, għandek iżżurhom l-istess bħad-djar.
2 Tistaʼ tuża preżentazzjoni sempliċi u qasira, forsi billi tgħid: “Għandi xi ħaġa li nixtieq nurik.” Jekk is-sid jidher li f’dak il-ħin hu mħabbat, tistaʼ forsi sempliċement toffri fuljett u tgħid: “Nerġaʼ ngħaddi meta ma tkunx daqshekk imħabbat. Nixtieq inkun naf x’taħseb fuq dan.”
3 M’għandekx għalfejn tħossok beżgħan biex tagħmel dan ix-xogħol. Wieħed pubblikatur irrapporta: “Jien stennejt li r-reazzjoni se tkun waħda negattiva. Madankollu, b’sorpriża għalija, ir-reazzjoni għall-messaġġ tas-Saltna kienet preċiż l-oppost. Kienu edukati u dħulin b’mod ġenwin u kważi dejjem aċċettaw ir-rivisti.”
4 Waħda mara li kienet taħdem f’kumpanija tal-propjetà immobbli stiednet lix-Xhieda fl-uffiċċju tagħha. Hi aċċettat ir-rivisti u esprimiet interess f’li jkollha studju tal-Bibbja. Ġiet murija l-ktieb Għarfien, u nbeda studju dak il-ħin stess, sewwa sew fl-uffiċċju tagħha!
5 L-inkarigu li taħdem it-territorju tiegħek bir-reqqa jinkludi li żżur individwi li jħaddmu negozji f’inħawi residenzjali. (Atti 10:42) Ippjana li żżur dawn il-postijiet l-istess bħalma tagħmel fid-djar privati. Permezz taʼ dan mhux biss se tkopri tajjeb it-territorju tiegħek imma tistaʼ tiġi ppremjat b’xi esperjenzi pjaċevoli!