LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/98 p. 7
  • Nagħtu Xiehda B’kondotta Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nagħtu Xiehda B’kondotta Tajba
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Żgħażagħ li Qed Jiddu Bħala Dawwala
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Żgħażagħ—Saħħu x-Xewqa Tagħkom Biex Taqdu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 6/98 p. 7

Nagħtu Xiehda B’kondotta Tajba

1 Fis-​soċjetà permissiva tal-​lum, ħafna żgħażagħ jaħlu ħajjithom kif ġie ġie fuq id-​drogi, fuq l-​immoralità, fuq ir-​ribelljoni, u fuq il-​vjolenza. B’kuntrast, il-​kondotta eżemplari taʼ żgħażagħ prudenti fil-​kongregazzjoni Kristjana hija rifreskanti meta taraha u żgur li hija xi ħaġa taʼ sbuħija għal Jehovah. Isservi bħala xiehda qawwija li tistaʼ tiġbed lil oħrajn lejn il-​verità.​—1 Pt. 2:12.

2 Ħafna esperjenzi juru li l-​kondotta tajba taʼ żgħażagħ Kristjani kellha impatt pożittiv fuq dawk li jkunu qed josservaw. Waqt li kienet qed titkellem dwar Xhud żagħżugħa li kienet studenta tagħha, għalliema taʼ l-​iskola qalet lill-​klassi kollha kemm hi li Jehovah, dak Alla taʼ din it-​tifla, hu dak Alla veru. Dan qalitu għaliex il-​kondotta tat-​tifla hija dejjem rispettabbli. Għalliem ieħor kiteb lis-​Soċjetà, billi qal: “Nixtieq infaħħarkom għaż-​żgħażagħ mill-​aħjar li għandkom fir-​reliġjon tagħkom . . . Iż-​żgħażagħ tagħkom tassew huma taʼ eżempju. Huma jirrispettaw lill-​anzjani tagħhom, huma edukati u jilbsu modest. U kemm jafuha sew il-​Bibbja! Dik hi vera reliġjon!”

3 Għalliema oħra taʼ l-​iskola kienet impressjonata bil-​kondotta mill-​aħjar taʼ Xhud taʼ sebaʼ snin fil-​klassi tagħha. Hi nġibdet lejn il-​personalità kalma u pjaċevoli tat-​tifel, li ġagħlitu jispikka b’kuntrast qawwi maʼ subjien oħrajn. L-​attitudni serja tiegħu lejn it-​twemmin reliġjuż tiegħu​—ma staħax li jkun differenti minħabba dak li kien jemmen, laqtitha. Hi setgħet tara li l-​kuxjenza tiegħu kienet ġiet imħarrġa u li hu kien kapaċi ‘jagħżel bejn it-​tajjeb u l-​ħażin.’ (Lhud 5:14) Eventwalment, omm it-​tifel żaret lill-​għalliema, u nbeda studju tal-​Bibbja. Maż-​żmien, l-​għalliema tgħammdet u iktar tard saret pijuniera regulari!

4 Wieħed żagħżugħ kien influwenzat mill-​kondotta tajba taʼ Xhud fl-​iskola tiegħu. Hi veru kienet differenti​—edukata ħafna, studjuża, u dejjem modesta fl-​ilbies tagħha; ukoll, kuntrarju għal bniet oħrajn, hi qatt ma tkessħet mas-​subjien. Setaʼ jara li kienet qed tgħix fi qbil maʼ prinċipji Bibliċi. Iż-​żagħżugħ staqsieha xi mistoqsijiet dwar it-​twemmin reliġjuż tagħha u kien impressjonat b’dak li tgħallem. Beda jistudja, malajr tgħammed, u eventwalment ħa sehem fil-​ministeru taʼ pijunier u fis-​servizz taʼ Betel.

5 Jekk int Kristjan żagħżugħ li tixtieq tagħti xiehda mill-​aħjar lil oħrajn, għasses il-​kondotta tiegħek b’kull mod. Qatt tħalli l-​għassa tiegħek tbatti billi tibda tapprova l-​attitudnijiet, il-​ħarsiet, jew l-​istili taʼ ħajja permissivi tad-​dinja. Agħti eżempju elevat fid-​diskors, fl-​ilbies, u fil-​komportament tiegħek, mhux biss waqt li tkun qed tieħu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa u fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni imma wkoll waqt li tkun l-​iskola u meta tieħu sehem f’xi rikreazzjoni. (1 Tim. 4:12) Se jkollok ferħ veru meta xi ħadd jieħu interess fil-​verità minħabba li tkun ħallejt ‘id-​dawl tiegħek jiddi’ permezz tal-​kondotta tajba tiegħek.​—Mt. 5:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja