LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/98 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Tinsiex lil Dawk li Huma Inattivi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • “Erġgħu Lura Lejja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Għinhom Jerġgħu Lura bla Dewmien!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 11/98 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Għadu xieraq li jsiru studji tal-​Bibbja m’aħwa inattivi taħt id-​direzzjoni taʼ wieħed mill-​membri tal-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni?

L-​anzjani għandhom ir-​responsabbiltà li jirgħu l-​kongregazzjoni, inkluż kwalunkwe membru li jkun sar inattiv. Huma jżuru lil uħud bħal dawn u jiddeterminaw liema assistenza persunali tinħtieġ. Fejn ikun xieraq, dan jistaʼ jinkludi li l-​benefiċċju taʼ studju persunali tal-​Bibbja jiġi offrut lill-​wieħed inattiv. Il-​ktieb Organized to Accomplish Our Ministry, paġna 103, jispjega li l-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni jistaʼ jiddeċiedi min jistaʼ jibbenefika minn provvediment bħal dan.

L-indokratur tas-​servizz jiddetermina min jistaʼ jkun l-​aħjar individwu biex jipprovdi l-​assistenza, liema suġġetti għandhom jiġu studjati, u liema pubblikazzjoni se tkun l-​iktar t’għajnuna. Forsi l-​wieħed li studja maʼ l-​individwu oriġinalment jew xi ħadd li hu kien jaf u jirrispetta se jkun f’pożizzjoni tajba biex jgħinu. Oħt kapaċi u matura tistaʼ tintalab tgħin lil oħt inattiva. Ġeneralment ma jkunx hemm bżonn li pubblikatur ieħor imur maʼ dak li jikkonduċi l-​istudju. Meta jiġi assenjat, il-​pubblikatur li jikkonduċi l-​istudju jistaʼ jgħodd il-​ħin, iż-​żjajjar lura, u l-​istudju.​—Ara l-​Our Kingdom Ministry taʼ Novembru 1987, paġni 1-2.

Peress li l-​istudent huwa individwu mgħammed, ġeneralment l-​istudju ma jkollux għalfejn jitkompla għal perijodu mtawwal taʼ żmien. Il-​mira hija li l-​wieħed inattiv jiġi megħjun biex jerġaʼ jibda jattendi l-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni u biex isir pubblikatur regulari taʼ l-​aħbar tajba. L-​indokratur tas-​servizz se jikkontrolla l-​progress taʼ studji bħal dawn. Ir-​riżultat taʼ din l-​assistenza kollha mħabba għandu jkun li dawn l-​aħwa jkunu jistgħu jerfgħu fuq spallejhom it-​tagħbija taʼ responsabbiltà tagħhom stess quddiem Jehovah u jsiru ‘mniżżlin fl-​għeruq u mibnijin’ fis-​sod fil-​verità.​—Efes. 3:17; Gal. 6:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja