Offri l-Ktieb Hena Fil-Familja lil Nies taʼ Kull Età
1 Tifel taʼ 11-il sena minn California esprima l-apprezzament tiegħu għall-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Hu kiteb: “Jien grat għalih, u ninkuraġġixxi lil familji oħrajn jaqraw dan il-ktieb għax huwa taʼ l-għaġeb. Qiegħed . . . jgħin lill-familja tiegħi biex ikollna paċi u hena f’darna.” L-esperjenza taʼ dan it-tfajjel għandha tinkuraġġina noffru l-ktieb Hena Fil-Familja lil nies taʼ kull età. Hawn ġejjin xi ftit suġġerimenti li forsi tkun tixtieq tipprova fil-ministeru tiegħek matul Frar.
2 Meta tiltaqaʼ maʼ xi ħadd żagħżugħ, tistaʼ tgħid:
◼ “Ħafna taʼ l-età tiegħek qegħdin jaħsbu dwar iż-żwieġ. Imma fejn tistaʼ ssib informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha dwar is-suġġett? [Agħti ċans għal tweġiba.] Taʼ spiss iż-żgħażagħ jgħidu li m’humiex ċerti jekk humiex lesti għaż-żwieġ. Ippermettili naqsam miegħek dak li jgħid dan il-ktieb żgħir dwar dan is-suġġett.” Sib paġna 14 fil-ktieb Hena Fil-Familja, u aqra paragrafu 3. Imbagħad iġbidlu l-attenzjoni lejn kull sottitlu fil-kapitlu. Offrilu l-ktieb, u ftiehem miegħu biex terġaʼ tmur.
3 Meta titkellem maʼ xi ġenitur, tistaʼ tgħid:
◼ “Qed naqsmu mal-ġenituri xi linji prattiċi taʼ gwida li tassew jaħdmu għat-trobbija tat-tfal. Dawn inġabru f’dan il-ktieb żgħir Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.” Sib paġna 55. Aqra paragrafu 10, imbagħad Dewteronomju 6:6, 7, minn paragrafu 11. Imbagħad iġbidlu l-attenzjoni lejn is-sentenzi fil-korsiv f’paragrafi 12 sa 16. Kompli billi tgħid: “Dan il-ktieb għen lil ħafna wħud jiksbu iktar suċċess bħala ġenituri. Jekk tixtieq taqrah, nagħtik din il-kopja bil-qalb kollha.”
4 Meta titkellem maʼ xi ħadd anzjan, tistaʼ tgħid:
◼ “Wara li naqra dan il-kumment qasir, għidli x’taħseb jekk jogħġbok.” Iftaħ il-ktieb Hena Fil-Familja f’paġna 169, u aqra l-ewwel żewġ sentenzi taʼ paragrafu 17. Imbagħad itolbu jagħtik tweġiba. Skond kif iwieġbek, tistaʼ taqra iktar siltiet mill-ktieb qabel ma toffrih.
5 Meta terġaʼ tmur fejn tkun ħallejt il-ktieb Hena Fil-Familja, mur bit-tir li tipprova tibda studju tal-Bibbja. Lezzjoni Nru. 8 fil-browxer X’Jirrikjedi jew kapitlu 15 fil-ktieb Għarfien jistgħu jkunu l-post xieraq minfejn tibda. Sadanittant, ejjew nistinkaw biex ngħinu lil nies taʼ kull età jibnu ħajja tal-familja Kristjana mimlija hena.