LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/99 p. 8
  • Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Musulman?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Musulman?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Qed Tużahom Dawn il-Browxers?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Nagħtu Xiehda Lil Nies Taʼ Kull Lingwa U Reliġjon
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 11/99 p. 8

Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Musulman?

1 Kellek l-​esperjenza li tagħti xiehda lil wieħed Musulman? Jekk iva, int probabbilment tgħallimt li l-​Musulmani jemmnu b’mod ferventi f’Alla. Madankollu, huma ftit li xejn jafu dwar il-​Ġenna fuq l-​art li ġejja, imbassra mill-​profeti taʼ Jehovah, u aħna nixtiequ naqsmu din it-​tama magħhom. (1 Tim. 2:​3, 4) It-​tagħrif li ġej għandu jgħinek biex tagħti xiehda tajba.

2 Il-​Musulmani jemmnu f’Allah, jew Alla, u jemmnu li Muħammad hu l-​profeta t’Alla. Il-​ktieb imqaddes tagħhom hu l-​Koran, u r-​reliġjon tagħhom tissejjaħ Islam, li tfisser “sottomissjoni.” Il-​Koran jistqarr li l-​gideb u l-​qima taʼ l-​idoli huma ħżiena, li Alla hu wieħed, u li m’huwiex parti minn xi Trinità. Ukoll, dan jgħallem l-​immortalità tar-​ruħ, in-​nar taʼ l-​infern, u l-​ġenna fis-​sema. Il-​Musulmani jaċċettaw il-​Bibbja bħala l-​Kelma t’Alla imma jemmnu li din ġiet mibdula, waqt li l-​Koran, li għadu fil-​lingwa oriġinali tiegħu, baqaʼ safi.

3 Kun Dħuli, Tattikuż, u Għaqli: Meta taqbad konversazzjoni maʼ Musulman, kun dħuli u tattikuż. (Prov. 25:15) Żomm f’moħħok li t-​twemmin tal-​Musulmani huwa stabbilit fis-​sod u li l-​biċċa l-​kbira minnu ġie mgħallem b’ripetizzjoni. B’hekk, li jirraġunaw fuq it-​tagħlim reliġjuż u li jagħtu prova għalihom infushom taʼ x’inhi r-​rieda t’Alla ma kienx parti mill-​iżvilupp spiritwali tagħhom. (Rum. 12:2) Biex wieħed jgħin lill-​Musulmani, il-​paċenzja u l-​komprensjoni huma vitali.—1 Kor. 9:​19-23.

4 Evita li tuża espressjonijiet li bihom wieħed Musulman jistaʼ f’moħħu jassoċjak mal-​Kristjaneżmu. Agħmilha ċara li int ma tagħmel l-​ebda parti la mir-​reliġjon Kattolika u lanqas minn dik Protestanta, imma li int differenti. Irreferi għall-​Bibbja bħala l-​Ktieb t’Alla. Ladarba l-​Musulmani jobogħduh it-​terminu “Bin Alla,” normalment ikun aħjar li ma tużahx jew li ma tiddiskutix dan is-​suġġett sakemm ikun sar progress spiritwali. Madankollu, dwar Ġesù tistaʼ titkellem, billi tirreferi għalih bħala profeta jew messaġġier. Evita li targumenta. Jekk tara li se tibda tfeġġ ir-​rabja, itlaq bl-​edukazzjoni kollha minnufih.

5 Ikun aħjar jekk titkellem maʼ persuna waħda biss u mhux maʼ grupp. Normalment, huwa rikkmandat li n-​nisa jagħtu xiehda lin-​nisa, u l-​irġiel, lill-​irġiel. Ovvjament, hemm xi eċċezzjonijiet dwar dan, imma għandu jintuża d-​dehen. Ukoll, ħafna Musulmani huma sensittivi dwar dak li jikkunsidrawh ilbies u dehra immodesta fejn jidħlu n-​nisa. L-​aħwa nisa għandhom joqogħdu attenti dwar dan.—1 Kor. 10:​31-33.

6 Affarijiet li Tistaʼ Titkellem Dwarhom: Tkellem sinċerament dwar il-​kobor t’Alla u l-​imħabba tiegħu. Iżżommx lura milli tistqarr li int kredent veru, li Alla hu wieħed (mhux Trinità), u li l-​qima taʼ l-​idoli hija ħażina. Tkellem dwar il-​ħażen li hawn fid-​dinja llum—il-​gwerer, l-​inkwiet ċivili, il-​mibegħda razzjali, u l-​ipokresija li hija evidenti fost tant nies reliġjużi.

7 Il-​browxer The Guidance of God​—Our Way to Paradise (Il-Gwida t’Alla—il-​Mogħdija Tagħna lejn il-​Ġenna taʼ l-​Art) se jagħtik iktar dehen dwar suġġetti li jistgħu jintużaw biex taqbad konversazzjonijiet mal-​Musulmani. Huwa magħmul biex jappella lill-​Musulmani li jgħixu f’ambjent fejn jistgħu jħossuhom ħielsa li jistudjaw il-​Bibbja.

8 Bħala preżentazzjoni, int tistaʼ tgħid:

◼ “Qed nagħmel sforz speċjali biex nitkellem mal-​Musulmani. Qrajt mhux ħażin dwar ir-​reliġjon tagħkom u nemmen li għandi raġun jekk ngħid li l-​Musulmani jemmnu f’Alla wieħed veru u fil-​profeti kollha. [Agħti ċans għal tweġiba.] Nixtieq nitkellem miegħek dwar profezija tal-​qedem li tbassar il-​bidla taʼ l-​art f’ġenna. Tippermettili naqralek x’kiteb il-​profeta? [Aqra Isaija 11:​6-9.] Din il-​profezija ġġagħalni naħseb dwar kwotazzjoni mill-​Koran li tinsab f’dan il-​browxer.” Sib paġna 9 fil-​browxer Guidance of God, u aqra l-​kwotazzjoni stampata b’tipa grassa, li titkellem dwar kif l-​uħud twajba se jirtu l-​art. Jekk jintwera interess, kompli l-​konversazzjoni billi tiddiskuti minn paragrafu 7 sa 9 fil-​paġna taʼ faċċata. Ħalli l-​browxer, u agħmel arranġament għal żjara lura.—Għal preżentazzjoni oħra, ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 1998, paġna 6, paragrafu 26.

9 Meta tistieden lil xi ħadd biex jikkunsidra l-​browxer Guidance of God, ikun aħjar li ssejħilha diskussjoni minflok studju tal-​Bibbja. Meta tlesti l-​browxer, l-​istudent għandu jkun lest biex jistudja l-​browxer X’Jirrikjedi jew il-​ktieb Għarfien. Pubblikazzjonijiet oħrajn li huma magħmulin speċjalment għall-​Musulmani huma l-​fuljett How to Find the Road to Paradise (Kif Tistaʼ Ssib it-​Triq għall-​Ġenna taʼ l-​Art) u l-​ktejjeb The Time for True Submission to God (Il-Waqt għal Sottomissjoni Vera lejn Alla).

10 B’dan l-​għarfien dwar it-​twemmin u l-​affarijiet li huma sensittivi fuqhom il-​Musulmani, aħna nistgħu nuru d-​dehen fl-​għażla tagħna tal-​letteratura li noffru lill-​Musulmani u fil-​mod li nagħtuhom xiehda. Jalla Jehovah jkompli jbierek l-​isforzi tagħna f’li nassistu lin-​nies taʼ kull xorta biex isejħu lil ismu u jiġu salvati.—Atti 2:21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja