LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/00 p. 8
  • Kif Niżviluppaw l-Abbiltà li Nirraġunaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Niżviluppaw l-Abbiltà li Nirraġunaw
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Qed Tużah il-Ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • “Qatt Ma Kien Hawn Bniedem Ieħor li Tkellem Bħalu”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 2/00 p. 8

Kif Niżviluppaw l-​Abbiltà li Nirraġunaw

1 Definizzjoni waħda tal-​kelma “raġuni” hi “li titkellem maʼ ħaddieħor sabiex tinfluwenza l-​azzjonijiet jew l-​opinjonijiet tiegħu.” Sabiex ittejjeb l-​effettività tiegħek fil-​ministeru, int għandek bżonn tikkultiva l-​abbiltà li tirraġuna maʼ dawk li tiltaqaʼ magħhom. (Atti 17:​2-4) Imma kif tistaʼ tiżviluppaha din is-​sengħa?

2 Din Tibda bil-​Meditazzjoni: Meta tistudja l-​veritajiet Bibliċi, int se ssibha t’għajnuna jekk tirrifletti fuq il-​materjal. Jekk xi partijiet minnu jkunu jidhru ftit iktar komplikati, ħu l-​ħin biex tagħmel xi ftit riċerka u timmedita fuq dak li tkun sibt. Ipprova ifhem b’mod ċar mhux biss l-​ispjegazzjonijiet provduti imma wkoll ir-​raġunijiet Skritturali għal dawk l-​ispjegazzjonijiet.

3 Tinvolvi Preparazzjoni għall-​Ministeru: Aħseb dwar kif kieku tispjega l-​verità lil diversi tipi taʼ nies. Biex tqanqal l-​interess, agħmel mistoqsija li ġġiegħel lil dak li jkun jaħseb. Iddetermina kif se tqabbel punt Skritturali u tirraġuna fuqu. Antiċipa xi oġġezzjonijiet li jistgħu jinħolqu, u aħseb dwar kif tistaʼ tiddiskutihom. Sib punt prinċipali li tistaʼ tapplika fil-​pubblikazzjoni li tkun se toffri.

4 Segwi l-​Eżempju taʼ Ġesù: Ġesù tana l-​aqwa eżempju taʼ raġunar effettiv mill-​Iskrittura. Sabiex tanalizza l-​mod kif għallem, ikkunsidra r-​rakkont misjub f’Luqa 10:​25-37. Innota dan il-​proċess: (1) Idderieġi l-​attenzjoni lejn l-​Iskrittura meta tkun se twieġeb il-​mistoqsijiet tan-​nies. (2) Stedinhom jesprimu ruħhom, u faħħarhom meta jagħmlu kummenti intelliġenti. (3) Oqgħod attent li tinżamm ċara l-​konnessjoni bejn il-​mistoqsija u l-​Iskrittura. (4) Uża tixbieha li tappella għall-​qalb biex tkun ċert li s-​sinjifikat veru tat-​tweġiba jiġi mifhum.—Ara t-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1986, paġni 17-18, paragrafi 8-10.

5 Uża l-​Għodda li Ngħatatilna: Il-​ktieb Reasoning From the Scriptures u l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq il-​Bibbja ġew pubblikati bħala manwali għall-​ministeru taʼ l-​għalqa. L-​introduzzjonijiet, it-​tweġibiet għal risposti intenzjonati li jwaqqfu l-​konversazzjoni, u l-​punti taʼ l-​irraġunar tiegħu jgħinuna biex niżviluppaw l-​abbiltà taʼ l-​irraġunar. Il-​ktieb Reasoning u l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu huma għodod imprezzabbli li dejjem għandna nġorruhom magħna fis-​servizz u m’għandniex inżommu lura milli nużawhom meta jkollna diskussjonijiet Bibliċi. Irrevedi paġni 7-8 tal-​ktieb biex tara kif tistaʼ tużah bl-​aħjar mod possibbli.

6 Li tiżviluppa l-​abbiltà taʼ l-​irraġunar se jgħinek ittejjeb is-​sengħa tiegħek fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar u tat-​tagħlim. Dan se jirriżulta f’barkiet għonja kemm għalik kif ukoll għal dawk li tiltaqaʼ magħhom fil-​ministeru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja