LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/00 p. 8
  • Itlob l-Għajnuna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Itlob l-Għajnuna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • L-Anzjani Kif Jgħinu lill-Kongregazzjoni?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Tkellem mal-Anzjani Meta Jkollok Bżonn l-Għajnuna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • “Irgħu l-Merħla t’Alla li Hemm fil-Ħarsien Tagħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 3/00 p. 8

Itlob l-​Għajnuna

1 Il-​kelma mnebbħa ‘mwiegħra’ tiddeskrivi sew iż-​żminijiet kritiċi li qed ngħixu fihom. (2 Tim. 3:​1, Saydon) Għaldaqstant, x’tistaʼ tagħmel meta tiltaqaʼ maʼ sfidi spiritwali diffiċli li tħossok li m’intix kapaċi tiffaċċjahom?

2 Lest int li titkellem maʼ xi persuna matura spiritwalment fil-​kongregazzjoni? Xi wħud għandhom mnejn iżommu lura milli jagħmlu dan għax iħossuhom imbarazzati, ma jkunux iridu lil dak li jkun iħossu sforzat, jew jiddubitaw jekk hemmx xi ħadd li tassew jistaʼ jgħinhom. Veru, aħna rridu nħabirku biex nieħdu ħsieb ir-​responsabbiltajiet persunali tagħna bl-​aħjar mod possibbli. Imma dejjem għandna nħossuna komdi biex infittxu l-​għajnuna fi kwistjonijiet li jinvolvu l-​benesseri spiritwali tagħna.—Gal. 6:​2, 5.

3 Minfejn Għandek Tibda: Forsi tkun trid tavviċina lil dak li jikkonduċi l-​istudju tal-​ktieb tiegħek u tistaqsih jekk tistax taħdem miegħu fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Dan se jagħtik l-​opportunità biex tgħidlu dwar ix-​xewqa tiegħek li tipprogressa spiritwalment. Jekk hu qaddej ministerjali, għidlu li għandek bżonn l-​għajnuna spiritwali u hu se jitlob lill-​anzjani sabiex jassistuk. Jew tistaʼ tavviċina lil kwalunkwe anzjan biex tkellmu dwar kwistjonijiet li qed jinkwetawk.

4 Liema tip t’għajnuna għandek bżonn? Ġralek xi ħaġa li naqqsitlek iż-​żelu li kellek? Int ġenitur waħdek li qed tipprova żżomm lil uliedek qrib tal-​kongregazzjoni? Int persuna mdaħħla fiż-​żmien li għandek bżonn l-​għajnuna? Jew hemm xi problema li qed tiskuraġġik? Li nittrattaw maż-​żminijiet kritiċi li qed ngħixu fihom jistaʼ jkun iebes—imma mhux impossibbli. L-​għajnuna hija disponibbli.

5 Kif l-​Anzjani Jgħinu: L-​anzjani jieħdu ħsiebna ġenwinament. Huma se jisimgħu sew x’qed jinkwetak. Jekk hemm pubblikaturi oħrajn li għandhom ostakli simili, l-​anzjani se jikkunsidrawh dan hekk kif jirgħu u jgħallmu lill-​kongregazzjoni. Bħala “eżempju tal-​merħla,” huma dejjem lesti biex jaħdmu flimkien miegħek bil-​ferħ. (1 Pt. 5:3) Li tagħti widen lil dawn l-​aħwa bl-​esperjenza hekk kif jirraġunaw fuq prinċipji Bibliċi jistaʼ jtejjeb il-​ministeru tiegħek u jassistik fil-​ħajja persunali tiegħek.—2 Tim. 3:​16, 17.

6 Ġesù tana ħafna doni li jikkonsistu fi rġiel. (Efes. 4:8) Dan ifisser li l-​anzjani huma għad-​dispożizzjoni tiegħek. Huma disponibbli biex jgħinuk. Fil-​fatt, huma ‘tiegħek.’ (1 Kor. 3:​21-23) Għalhekk, minflok ma żżomm lura, esprimi lilek innifsek magħhom. Itlob l-​għajnuna li għandek bżonn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja