Nistudjaw Il-Profezija taʼ Danjel
1 Mill-ġimgħa li tibda fis-17 t’April, aħna se nistudjaw Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel! fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Ħafna diġà qrawh dan il-ktieb interessanti ferm, imma issa għandna l-opportunità li ngawdu l-benefiċċji li jiġu minn diskussjoni tal-materjal bħala grupp. Il-pubblikaturi, l-uħud interessati, u t-tfal kollha huma mistidnin, iva, inkuraġġiti, biex ikunu preżenti kull ġimgħa għal dan l-istudju fil-fond tal-ktieb Bibliku taʼ Danjel.—Dt. 31:12, 13.
2 L-Iskeda u l-Istruzzjonijiet taʼ l-Istudju: L-iskeda sħiħa taʼ l-istudju għall-ktieb Il-Profezija taʼ Danjel hija preżentata f’din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna. Kun żgur li żżomm kopja mal-ktieb tiegħek taʼ l-istudju. L-iskeda turi l-kapitlu u l-paragrafi mill-ktieb kif ukoll il-versi minn Danjel li jkunu se jiġu diskussi f’kull sessjoni tal-ġimgħa. In-noti taʼ taħt jispjegaw kif u meta ċertu materjal fil-ktieb ikun se jiġi kunsidrat. Fil-konklużjoni taʼ kull studju tal-ġimgħa, dak li jikkonduċi l-istudju huwa inkuraġġit li jirrevedi mal-grupp il-versi speċifiċi minn Danjel li jkunu mniżżlin fl-iskeda għal dik il-ġimgħa. Skond ma jippermetti l-ħin, il-versi jistgħu jinqraw u jsiru xi kummenti fuqhom. Xi versi se jestendu minn ġimgħa għal oħra minħabba li nkunu se nkomplu nikkunsidraw l-applikar tagħhom.
3 Ipprepara għal Studju bir-Reqqa: Sar sforz sabiex ikun hemm ħin biżżejjed biex kull ġimgħa tistaʼ ssir diskussjoni mingħajr għaġla dwar il-materjal assenjat. Erbaʼ lezzjonijiet huma pjuttost qosra. Għaldaqstant, fl-aħħar taʼ l-istudju għall-ġimgħa tal-5 taʼ Ġunju, dak li jikkonduċi l-istudju jistaʼ jinkludi reviżjoni taʼ Danjel 2:1-40. Għall-ġimgħa tas-26 taʼ Ġunju, hu jistaʼ jirrevedi Danjel 3:1-23, 91(24)-97(30), [3:1-30, NW]. Il-ġimgħa taʼ l-4 taʼ Settembru għandha tinkludi diskussjoni bir-reqqa dwar l-istampi u l-iskritturi f’paġna 139. It-tabella f’paġni 188 u 189 għandha tiġi diskussa fl-istudju tal-ġimgħa tat-2 t’Ottubru.
4 Kull ġimgħa pprepara sew għall-istudju, u ħu gost f’li tipparteċipa fih. Apprezza l-privileġġ li għandek li tassoċja maʼ l-organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah u li tibbenefika mid-dehen u mill-fehma provduti mill-uħud midlukin u leali tiegħu. (Dan. 12:3, 4) Inkuraġġixxi bil-ħlewwa lil oħrajn sabiex jattendu għall-istudju tal-ktieb regolarment. Jalla lkoll kemm aħna noqogħdu attenti għall-kelma profetika t’Alla kif inhi rivelata fil-ktieb impressjonanti taʼ Danjel.—Lhud 10:23-25; 2 Pt. 1:19.