Nibnu l-Apprezzament għall-Bibbja mill-Vidjo The Bible—Mankind’s Oldest Modern Book
Il-mistoqsijiet li ġejjin jenfasizzaw il-punti li forsi int osservajt meta rajt dan il-vidjo: (1) Liema fatti jiddistingwu l-Bibbja bħala li m’hawnx bħalha? (2) Agħti eżempju dwar kif il-Bibbja, għalkemm hija antika, taqbel max-xjenza moderna. (3) Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja tal-lum ma nbidlitx mill-kitbiet oriġinali? (4) Liema hi karatteristika importanti li għandha x’taqsam mal-kitba tal-manuskritti Bibliċi antiki, u x’fiduċja jnissel dan ġewwa fik? (5) B’liema modi John Wycliffe, Johannes Gutenberg, William Tyndale, Mary Jones, u Charles Taze Russell taw is-sehem tagħhom f’li jxerrdu l-Kelma t’Alla mad-dinja kollha? (6) Il-knisja kif opponiet bl-aħrax il-Bibbja, imma x’kien li żammha tibqaʼ teżisti sal-lum? (7) Sa liema punt l-organizzazzjoni taʼ Jehovah ttraduċiet u pproduċiet il-Bibbji? (8) Il-pariri prattiċi tal-Bibbja kif għenu lin-nies ikampaw mal-problemi tal-logħob taʼ l-ażżard ossessjonat (1 Tim. 6:9, 10), is-separazzjonijiet u l-infedeltà fiż-żwieġ (1 Kor. 13:4, 5; Efes. 5:28-33), u l-ansjetà fuq l-għana materjali (Mt. 16:26)? (9) X’evidenza hemm li jekk jiġu applikati l-prinċipji Skritturali tistaʼ tingħeleb il-mibegħda nazzjonali, etnika, u razzjali fid-dinja? (10) F’liema modi ksibt ferħ akbar hekk kif tgħallimt dak li fiha l-Bibbja? (11) Min taħseb li jistaʼ jibbenefika minn dan il-vidjo, u kif se tippreżentah?